Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0248

    Kawża C-248/17 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2017 minn Bank Tejarat mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-346/15, Bank Tejarat vs Il-Kunsill

    Information about publishing Official Journal not found, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 249/19


    Appell ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2017 minn Bank Tejarat mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-346/15, Bank Tejarat vs Il-Kunsill

    (Kawża C-248/17 P)

    (2017/C 249/30)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellant: Bank Tejarat (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy, A. Meskarian, Solicitors, M. Brindle QC, T. Otty, R. Blakeley, Barristers)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    tilqa’ dan l-appell u tannulla l-punti 1 u 2 tad-dispożittiv fit-tieni sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali;

    tilqa’ t-talba għal inklużjoni mill-ġdid tal-Bank;

    tannulla l-miżuri kkontestati sa fejn dawn japplikaw għall-Bank; u

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-appell u għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li b’mod żbaljat ma attribwietx piż u/jew ma attribwietx biżżejjed piż lill-provi prodotti mill-Bank u għalhekk żnaturat l-evidenza ewlenija rilevanti għall-kwistjoni dwar jekk l-allegazzjonijiet fir-raġunijiet ikkontestati kinux issostanzjati mill-Kunsill.

    Irrispettivament mill-eżitu tal-ewwel aggravju, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li żnaturat il-provi prinċipali rilevanti għall-kwistjoni dwar jekk l-allegazzjonijiet fil-motivazzjoni kkontestata kinux issostanzjati mill-Kunsill u/jew jekk qiegħdux b’mod żbaljat l-oneru tal-prova fuq il-Bank.

    Fir-rigward kemm tal-ewwel u tat-tieni aggravju, kieku l-Qorti Ġenerali applikat il-prinċipji korretti u/jew kieku ma żnaturatx il-provi msemmija hawn fuq, hija kienet tannulla l-miżuri kkontestati.

    Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kunsill kien intitolat li jinkludi mill-ġdid lill-Bank fuq il-bażi ta’ raġunijiet li setgħu u kellhom ikunu mressqa qabel l-ewwel sentenza u li l-imġiba tal-Kunsill ma kisirx l-Artikolu 266 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ res judicata u/jew ċertezza legali u/jew finalità u/jew effettività u/jew id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u/jew id-drittijiet tal-Bank skont l-Artikolu 47 tal-Karta tal-Unjoni Ewropea u/jew skont l-Artikolu 6 u l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u/jew id-drittijiet tagħha għal amministrazzjoni tajba u/jew il-prinċipju ta’ proporzjonalità.


    Top