This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0227
Case C-227/17: Request for a preliminary ruling from the Finanzgericht Düsseldorf (Germany) lodged on 28 April 2017 — Medtronic GmbH v Finanzamt Neuss
Kawża C-227/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-28 ta’ April 2017 – Medtronic GmbH vs Finanzamt Neuss
Kawża C-227/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-28 ta’ April 2017 – Medtronic GmbH vs Finanzamt Neuss
Information about publishing Official Journal not found, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-28 ta’ April 2017 – Medtronic GmbH vs Finanzamt Neuss
(Kawża C-227/17)
(2017/C 249/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Medtronic GmbH
Konvenut: Finanzamt Neuss
Domanda preliminari
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754, tas-6 ta’ Ottubru 2015 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li s-sistemi ta’ ffissar tas-sinsla tad-dahar tat-tip deskritt f’iktar dettall fid-deċiżjoni (2) għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 9021 90 90?
(2) Sistemi ta’ ffissar tas-sinsla tad-dahar tat-trademark CD Horizon SOLERA Spinal System.