Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0133

    Kawża C-133/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Marzu 2017 – Dănuț Podilă e altri vs Societatea Națională de Transport Feroviar de Călători “CFR Călători” SA București

    ĠU C 202, 26.6.2017, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 202/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Marzu 2017 – Dănuț Podilă e altri vs Societatea Națională de Transport Feroviar de Călători “CFR Călători” SA București

    (Kawża C-133/17)

    (2017/C 202/14)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Cluj

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Dănuț Podilă et

    Konvenuta: Societatea Națională de Transport Feroviar de Călători “CFR Călători” SA București

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikoli 114(3), 151 u 153 TFUE kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva kwadra 89/391/KEE (1) u tad-direttivi individwali ulterjuri għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu lil Stat Membru tal-UE milli jistabbilixxi termini u proċeduri li jillimitaw l-aċċess għall-ġustizzja għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-positijiet tax-xogħol bħala kkaratterizzati minn kundizzjonijiet partikolari jew speċjali, bil-konsegwenza li ma jiġux rikonoxxuti d-drittijiet tal-ħaddiema għas-sigurtà u għas-saħħa fuq ix-xogħol naxxenti mill-evalwazzjoni ta’ dawk il-kundizzjonijiet, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali deskritti fid-digriet tar-rinviju?

    2)

    L-Artikolu 9(a) tad-Direttiva 89/391/KEE jipprekludi leġizlazzjoni interna li ma tissanzjonax l-passività tal-persuna li tħaddem fil-rigward tal-kisba ta’ evalwazzjoni tar-riskji li jikkonċernaw is-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill, tat-12 ta’ Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349)


    Top