Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0123

Kawża C-123/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Marzu 2017 – Nefiye Yön vs Landeshauptstadt Stuttgart

ĠU C 318, 25.9.2017, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Marzu 2017 – Nefiye Yön vs Landeshauptstadt Stuttgart

(Kawża C-123/17)

(2017/C 318/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nefiye Yön

Konvenuta: Landeshauptstadt Stuttgart

Domandi preliminari

1.

Il-klawżola ta’ “standstill” tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80 issostitwiet għal kollox il-klawżola ta’ “standstill” tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 2/76, jew il-legalità ta’ restrizzjonijiet ġodda għal-libertà ta’ moviment tal-ħaddiema, introdotti bejn id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 2/76 u d-data li fiha l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 sar applikabbli, għandha tibqa’ tiġi evalwata skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2/76?

2.

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2/76 ma ġiex issostitwit għal kollox: il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 għandha wkoll tiġi trasposta għal kollox għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2/76, b’tali mod li l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2/76 japplika bħala prinċipju wkoll għal regola nazzjonali, introdotta b’effett mill-5 ta’ Ottubru 1980, li tissuġġetta r-riunifikazzjoni ma’ konjuġi ħaddiem Tork għall-ħruġ ta’ viża nazzjonali?

3.

L-introduzzjoni ta’ tali regola nazzjonali hija ġġustifikata permezz ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari permezz tal-għan ta’ kontroll effettiv tal-immigrazzjoni u tal-amministrazzjoni tal-flussi ta’ migrazzjoni, meta klawżola eċċessivament rigoruża tieħu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi partikolari tal-każ inkwistjoni?


Top