EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0084

Kawża C-84/17 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2017 minn Société des produits Nestlé SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-112/13 – Mondelez UK Holdings & Services Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 178, 6.6.2017, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/4


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2017 minn Société des produits Nestlé SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-112/13 – Mondelez UK Holdings & Services Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-84/17 P)

(2017/C 178/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Société des produits Nestlé SA (rappreżentant: G.S.P. Vos, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Mondelez UK Holdings & Services Ltd, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-112/13, għar-raġuni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikoli 7(3) u 52(2) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“RTMUE”) (1); u

tikkundanna l-appellata Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li kienet ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali, għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Nestlé tappella mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali għar-raġuni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikoli 7(3) u 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009, kif emendata bir-Regolament (UE) Nru 2015/2424 (2), imsejjaħ ukoll RTMUE.

B’mod iktar preċiż, Nestlé tikkontesta s-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn hija tindika li, għal dak li jirrigwarda l-firxa tat-territorju li fir-rigward tiegħu huwa neċessarju li jiġi stabbilit il-karattru distintiv miksub permezz tal-użu, l-imsemmi karattru distintiv miksub permezz tal-użu għandu jiġi stabbilit fir-rigward tat-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri fl-Istati Membri kollha kkonċernati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).

(2)  Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2015, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (ĠU 2015, L 341, p. 21).


Top