This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CJ0298
Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 13 December 2018.#France Télévisions SA v Playmédia and Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA).#Request for a preliminary ruling from the Conseil d'État (France).#Reference for a preliminary ruling — Directive 2002/22/EC — Electronic communications networks and services — Universal service and users’ rights — Undertaking providing an electronic communications network used for the distribution of radio or television broadcasts to the public — Undertaking offering the live streaming of television programmes online — ‘Must carry’ obligation.#Case C-298/17.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018.
France Télévisions SA vs Playmédia u Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA).
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Conseil d'État.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2002/22/KE – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Servizz universali u drittijiet tal-utenti – Impriża li topera netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi użat għat-trażmissjoni lill-pubbliku ta’ xandiriet tar-radju jew tat-televiżjoni – Impriża li toffri l-istreaming ta’ programmi tat-televiżjoni b’mod kontinwu u dirett fuq l-internet – Obbligi ta’ trażmissjoni (must carry).
Kawża C-298/17.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018.
France Télévisions SA vs Playmédia u Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA).
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Conseil d'État.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2002/22/KE – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Servizz universali u drittijiet tal-utenti – Impriża li topera netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi użat għat-trażmissjoni lill-pubbliku ta’ xandiriet tar-radju jew tat-televiżjoni – Impriża li toffri l-istreaming ta’ programmi tat-televiżjoni b’mod kontinwu u dirett fuq l-internet – Obbligi ta’ trażmissjoni (must carry).
Kawża C-298/17.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2018:1017
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
13 ta’ Diċembru 2018 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2002/22/KE – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Servizz universali u drittijiet tal-utenti – Impriża li topera netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi użat għat-trażmissjoni lill-pubbliku ta’ xandiriet tar-radju jew tat-televiżjoni – Impriża li toffri l-istreaming ta’ programmi tat-televiżjoni b’mod kontinwu u dirett fuq l-internet – Obbligi ta’ trażmissjoni (must carry)”
Fil-Kawża C‑298/17,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal‑10 ta’ Mejju 2017, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑23 ta’ Mejju 2017, fil-proċedura
France Télévisions SA
vs
Playmédia,
Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA),
fil-preżenza ta’:
Ministre de la Culture et de la Communication,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn T. von Danwitz, President tas-Seba’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, K. Jürimäe, C. Lycourgos, E. Juhász u C. Vajda (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Szpunar,
Reġistratur: V. Giacobbo-Peyronnel, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑30 ta’ Mejju 2018,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal France Télévisions SA, minn E. Piwnica, avocat, |
– |
għal Playmédia, minn T. Haas, avocat, |
– |
għall-Gvern Franċiż, minn R. Coesme, D. Colas u D. Segoin, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Litwan, minn R. Krasuckaitė, D. Kriaučiūnas u R. Dzikovič, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun, L. Nicolae u J. Hottiaux, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑5 ta’ Lulju 2018,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (id-Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑25 ta’ Novembru 2009 (ĠU 2009, L 337, p. 11) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Servizz Universali”). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn France Télévisions SA u l-Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA) (il-Kunsill Superjuri tal-Awdjoviżiv) dwar id-Deċiżjoni Nru 2015‑232 tas‑27 ta’ Mejju 2015, li permezz tagħha dan tal-aħħar bagħat intimazzjoni lil France Télévisions sabiex tikkonforma, fil-futur, mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34‑2 tal-Liġi Nru 86‑1067, tat‑30 ta’ Settembru 1986, dwar il-libertà ta’ komunikazzjoni (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-libertà ta’ komunikazzjoni”), billi ma topponix għar-ritrażmissjoni, minn Playmédia, permezz ta’ streaming kontinwu u dirett, fuq is-sit tal-internet tagħha, tal-programmi editjati minn France Télévisions. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Id-Direttiva “Qafas”
3 |
Il-premessa 5 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑25 ta’ Novembru 2009 (ĠU 2009, L 337, p. 37, u Rettifika ĠU 2013, L 241, p. 8) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Qafas”) hija fformulata kif ġej: “Il-konverġenza tat-telekomunikazzjonijiet, il-media u s-settturi tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni tfisser li n-networks kollha ta’ trasmissjoni u servizzi għandhom ikunu koperti b’kwadru regolatorju wieħed. Dak il-kwadru regolatorju jikkonsisti f’din id-Direttiva u erba’ Direttivi speċifiċi: Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni tan-networks tat-komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337], id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ l-Aċċess) [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323], id-Direttiva [Servizz Universali] u d-Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna l-ipproċessar ta’ data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-setttur tat-telekomunikazzjonijiet [ĠU 1998, L 24, p. 1], (hawnhekk iżjed ’l quddiem imsejħa ‘id-Direttivi Speċifiċi’). Huwa meħtieġ li ssir separazzjoni bejn ir-regolament tat-trasmissjoni u r-regolament tal-kontenut. Dan il-kwadru għalhekk ma jkoprix il-kontenut tas-servizzi mwassla fuq in-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jużaw servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjonijiet, bħal kontenut tax-xandir, is-servizzi finanzjarji u ċerti servizzi tas-soċjeta ta’ l-informazzjoni, u hija għalhekk bla preġudizzju għall-miżuri meħuda fil-livell tal-Komunità u dak nazzjonali dwar dawk is-servizzi, b’konformità mal-liġi tal-Komunità, sabiex jippromwovu diversità kulturali u lingwistika u biex jiżguraw id-difiża tal-pluraliżmu fil-midja. Il-kontenut tal-programmi tat-televiżjoni huwa kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat‑3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet preskritti bil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar l-attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6 Vol. 1, p. 216]. Is-separazzjoni bejn ir-regolament tat-trasmissjoni u r-regolament tal-kontenut ma tippreġudikax li jingħata kont tar-rabtiet li jeżistu bejniethom, b’mod partikolari biex jiġi garantit il-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali u l-protezzjoni tal-konsumatur.” |
4 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva Qafas, intitolat “Il-qasam ta’ applikazzjoni u miri”, jipprevedi, fil-paragrafi (2) u (3) tiegħu: “2. Din id-Direttiva kif ukoll id-Direttivi Speċifiċi huma mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet iimposti bil-liġi nazzjonali skond il-liġi tal-Komunità jew bil-liġi tal-Komunità fir-rigward tas-servizzi provduti bl-użu ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi. 3. Din id-Direttiva kif ukoll id-Direttivi Speċifiċi huma mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda fil-livell tal-Komunità jew nazzjonali, b’konformità mal-liġi tal-Komunità, li jfittxu miri ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari li jirrelataw mar-regolament tal-kontenut u l-politika awdjo-viżwali.” |
5 |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva Qafas, intitolat “Tifsiriet”, jipprovdi: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
[…]
[…]” |
Id-Direttiva Servizz Universali
6 |
Skont il-premessa 45 tad-Direttiva Servizz Universali: “Servizzi li jfornu kontenut bħall-offerta għall-bejgħ ta’ pakkett ta’ kontenut ta’ xandir bil-ħoss jew bit-televiżjoni m’humiex koperti bil-qafas regolatorju komuni għal networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-fornituri ta’ dawk is-servizzi m’għandhomx ikunu suġġetti għall-obbligi ta’ servizz universali fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda fil-livell nazzjonali, b’konformità mal-liġi tal-Komunità, fir-rigward ta’ dawk is-servizzi.” |
7 |
L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat “Tifsiriet”, jistipula: “Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, t-tifsiriet stipulati fl-Artikolu 2 tad-[Direttiva Qafas] għandhom japplikaw. […]” |
8 |
L-Artikolu 31 tad-Direttiva Servizz Universali, intitolat “Obbligi ta’ trasmissjoni (must carry)”, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi raġonevoli ta’ trażmissjoni (must carry), għat-trażmissjoni ta’ servizzi speċifiċi ta’ radju u kanali ta’ trasmissjoni televiżiva u servizzi komplimentari, b’mod partikolari servizzi ta’ aċessibbiltà biex jippermettu aċċess xieraq għal utenti b’diżabbiltà, fuq impriżi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li jipprovdu networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi wżati għad-distribuzzjoni ta’ servizzi tar-radju jew ta’ kanali ta’ trasmissjoni televiżiva lill-pubbliku fejn numru sinifikanti ta’ utenti finali ta’ tali networks jużawhom bħala l-mezzi prinċipali tagħhom biex jirċievu servizzi bir-radju u kanali ta’ trażmissjoni televiżiva. Tali obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jilħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali kif definiti b’mod ċar minn kull Stat Membru u għandhom ikunu proporzjonati u trasparenti. L-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu eżaminati mill-Istati Membri mhux aktar tard minn sena wara mill‑25 ta’ Mejju 2011., ħlief meta l-Istat Membru jkun implimenta dan l-eżaminar fis-sentejn preċedenti. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw obbligi ta’ trażmissjoni ‘must carry’ fuq bazi regolari.” |
Id-dritt Franċiż
9 |
L-Artikolu 2‑1 tal-Liġi dwar il-Libertà ta’ Komunikazzjoni jipprovdi: “Għall-applikazzjoni ta’ din il-liġi, il-kliem: distributur tas-servizzi jfisser kull persuna li tistabbilixxi relazzjonijiet kuntrattwali ma’ edituri tas-servizzi sabiex toffri servizzi ta’ komunikazzjoni awdjoviżiva disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu L. 32 tal-Kodiċi tal-posta u tal-komunikazzjoni elettronika. Għandha wkoll titqies bħala distributur ta’ servizzi kull persuna li tagħmel tali offerta billi tistabbilixxi relazzjonijiet kuntrattwali ma’ distributuri oħra”. |
10 |
Skont il-punt I tal-Artikolu 34‑2 ta’ din il-liġi: “Fit-territorju metropolitan, kull distributur ta’ servizzi fuq netwerk li ma jużax il-frekwenzi terrestri assenjati mill-[CSA] għandu jipprovdi mingħajr ħlas lill-klijenti tiegħu s-servizzi tal-kumpaniji msemmija fil-[punt] I tal-Artikolu 44 u l-kanal Arte, imxandra bi frekwenza hertz terrestri b’mod analogu kif ukoll il-kanal TV 5, u s-servizz tat-televiżjoni mxandar permezz ta’ frekwenza terrestri b’mod diġitali li għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-għarfien tal-pajjiżi barranin, speċifikament maħsub għall-pubbliku metropolitan, editjat mill-kumpannija msemmija fl‑I tal-Artikolu 44, ħlief jekk dawn l-edituri jqisu li l-forniment tas-servizzi huwa manifestament inkompatibbli mal-osservanza tal-missjonijiet tagħhom ta’ servizz pubbliku. Meta jipproponi offerta ta’ servizzi b’mod diġitali, huwa jqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni bla ħlas tal-abbonati f’din l-offerta, is-servizzi ta’ dawn il-kumpanniji li huma mxandra permezz ta’ frekwenza terrestri b’mod diġitali […]”. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
11 |
Playmédia toffri l-istreaming ta’ programmi tat-televiżjoni b’mod kontinwu u dirett fuq sit tal-internet u titħallas prinċipalment permezz tax-xandir ta’ riklami qabel u matul dan l-istreaming. Billi tuża l-kwalità ta’ distributur tas-servizzi, fis-sens tal-Artikolu 2‑1 tal-Liġi dwar il-libertà ta’ komunikazzjoni, Playmédia tqis li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34‑2 ta’ din il-liġi jagħtuha d-dritt li xxandar il-programmi editjati minn France Télévisions. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li France Télévisions ixxandar hija stess l-imsemmija programmi permezz ta’ streaming dirett u kontinwu fuq sit tal-internet li hija tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
12 |
Permezz ta’ deċiżjoni tas‑27 ta’ Mejju 2015, is-CSA bagħat intimazzjoni lil France Télévisions sabiex tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34‑2 tal-Liġi dwar il-libertà ta’ komunikazzjoni billi ma topponix għar-ritrażmissjoni tal-programmi tagħha minn Playmédia, permezz ta’ streaming kontinwu, fuq is-sit tal-internet ta’ din tal-aħħar. |
13 |
Permezz ta’ rikors sommarju, irreġistrat fis‑6 ta’ Lulju 2015 mas-Segretarjat tal-kontenżjuz tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza), France Télévisions talbet l-annullament ta’ din l-intimazzjoni billi argumentat li Playmédia ma tistax tgawdi mill-obbligu previst fl-Artikolu 34‑2 tal-imsemmija liġi. France Télévisions argumentat, f’dan ir-rigward, li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 31(1) tad-Direttiva Servizz Universali ma humiex issodisfatti, peress li, b’mod partikolari, ma huwiex possibbli li jiġi affermat li numru sinjifikattiv ta’ utenti tan-netwerk tal-internet jużawh bħala l-mezz prinċipali tagħhom sabiex jirċievu xandiriet televiżivi. |
14 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
15 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva Servizz Universali għandux jiġi interpretat fis-sens li impriża li toffri l-istreaming ta’ programmi tat-televiżjoni b’mod kontinwu u dirett fuq l-internet, minħabba dan il-fatt biss, għandha titqies bħala impriża li topera netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi użat għat-trażmissjoni lill-pubbliku ta’ xandiriet tar-radju u tat-televiżjoni. |
16 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva Servizz Universali, l-Istati Membri jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jimponu obbligi ta’ trażmissjoni (must carry) fuq l-impriżi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li jipprovdu netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi wżati għad-distribuzzjoni lill-pubbliku ta’ servizzi tar-radju u ta’ kanali tat-televiżjoni. |
17 |
Il-“provista ta’ network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” hija ddefinita fl-Artikolu 2(m) tad-Direttiva Qafas bħala “l-istabbiliment, l-operazzjoni, il-kontroll jew it-tagħmil disponibbli ta’ dak in-network”. Din id-definizzjoni hija applikabbli fil-kuntest tad-Direttiva Servizz Universali skont l-Artikolu 2 ta’ din tal-aħħar. |
18 |
L-attività li tikkonsisti f’li jiġi operat l-istreaming ta’ programmi tat-televiżjoni b’mod kontinwu u dirett fuq sit tal-internet ma taqax taħt din id-definizzjoni. Fil-fatt, is-sempliċi fatt li impriża, sabiex toffri dawn is-servizzi, hija utent ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva Qafas, jiġifieri l-internet, ma jippermettix li jitqies li din hija nfisha fornitur ta’ tali netwerk. |
19 |
F’dan il-każ, impriża, bħal Playmédia, li sempliċement topera l-istreaming ta’ programmi tat-televiżjoni b’mod kontinwu u dirett fuq l-internet ma tipprovdix netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, iżda toffri, min-naħa l-oħra, aċċess għall-kontenut ta’ servizzi awdjoviżivi pprovduti fuq in-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 23 tal-konklużjonijiet tiegħu. |
20 |
Issa, mill-premessa 5 tad-Direttiva Qafas jirriżulta b’mod ċar li huwa neċessarju li tiġi sseparata l-leġiżlazzjoni dwar it-trażmissjoni minn dik dwar il-kontenut u li l-qafas komuni regolatorju, li tagħmel parti minnu d-Direttiva Servizz Universali, ma huwiex applikabbli għall-kontenut tas-servizzi pprovduti fuq in-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi bl-għajnuna tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Novembru 2013, UPC Nederland,C‑518/11, EU:C:2013:709, punt 38). |
21 |
Barra minn hekk, skont il-premessa 45 tad-Direttiva Servizz Universali, is-servizzi li jipprovdu kontenut ma humiex koperti bil-qafas regolatorju komuni għa-netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u dawn is-servizzi ma humiex suġġetti għall-obbligi ta’ servizz universali għal dawn l-attivitajiet. Minn dan isegwi li impriża li sempliċement toffri, permezz ta’ sit tal-internet, aċċess għal kontenut ipprovdut fuq l-internet, ma taqax taħt l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva Servizz Universali. |
22 |
F’dawn il-kundizzjonijiet, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva Servizz Universali għandu jiġi interpretat fis-sens li impriża li toffri l-istreaming ta’ programmi tat-televiżjoni b’mod kontinwu u dirett fuq l-internet ma għandhiex, minħabba dan il-fatt biss, titqies bħala impriża li topera netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi użat għat-trażmissjoni lill-pubbliku ta’ xandiriet tar-radju u tat-televiżjoni. |
Fuq it-tieni sar-raba’ domanda
23 |
Permezz tat-tieni u tar-raba’ domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Servizz Universali jew regoli oħrajn tad-dritt tal-Unjoni għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru jimponi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, obbligu ta’ trażmissjoni (must carry) fuq impriżi li, mingħajr ma jipprovdu netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, joffru l-istreaming ta’ programmi tat-televiżjoni b’mod kontinwu u dirett fuq l-internet. |
24 |
Dawn id-domandi huma rilevanti minħabba l-fatt li, fil-kawża prinċipali, jidher li xi obbligi ta’ trażmissjoni (must carry) ġew imposti, bis-saħħa tad-dritt nazzjonali, fuq impriżi li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva Servizz Universali. Fil-fatt, bħalma jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu ta’ trażmissjoni (must carry) imsemmi fl-Artikoli 2‑1 u 34‑2 tal-Liġi dwar il-libertà ta’ komunikazzjoni huwa differenti minn dak li huwa previst fl-imsemmi Artikolu 31(1). Fil-kuntest tat-tilwima fil-kawża prinċipali, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi jekk effettivament ġewx imposti obbligi ta’ trażmissjoni (must carry) fuq impriżi bħal Playmédia. |
25 |
F’dan ir-rigward, hemm lok jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva Qafas, id-direttivi li jaqgħu taħt il-qafas regolatorju komuni ma jimminawx il-miżuri meħuda fuq il-livell nazzjonali, b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni, sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kontenut u l-politika awdjoviżiva. |
26 |
Barra minn hekk, mill-premessa 5 tad-Direttiva Qafas jirriżulta li l-qafas komuni regolatorju, li jagħmel parti minnu d-Direttiva Servizz Universali, ma japplikax għall-kontenut tas-servizzi pprovduti fuq in-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jużaw servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u għaldaqstant ma jimminax il-miżuri relatati ma’ dawn is-servizzi li huma meħuda fuq il-livell tal-Unjoni jew fuq il-livell nazzjonali, konformement mad-dritt tal-Unjoni, sabiex tiġi promossa d-diversità kulturali u lingwistika u sabiex tiġi ggarantita d-difiża tal-pluraliżmu tal-mezzi tax-xandir. |
27 |
Għaldaqstant, id-Direttiva Servizz Universali tħalli lill-Istati Membri liberi li jimponu obbligi ta’ trażmissjoni (must carry), lil hinn minn dawk imsemmija fl-Artikolu 31(1) tagħha, b’mod partikolari fuq impriżi li, mingħajr ma jipprovdu netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, joffru l-istreaming ta’ programmi tat-televiżjoni b’mod kontinwu u dirett fuq l-internet. |
28 |
Sa fejn il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment għal “regoli oħra tad-dritt tal-Unjoni”, għandu jiġi rrilevat li t-talba għal deċiżjoni preliminari ma tippermettix li jiġu identifikati b’mod iktar preċiż id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li din il-qorti qiegħda titlob l-interpretazzjoni tagħhom. |
29 |
Ċertament, meta jimponu obbligi ta’ trażmissjoni (must carry) fuq impriżi li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva Servizz Universali, l-Istati Membri għandhom josservaw id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari r-regoli dwar il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi stipulati fl-Artikolu 56 TFUE. |
30 |
Jekk jiġi preżunt li r-riferiment għal “regoli oħra tad-dritt tal-Unjoni” li jinsab fid-deċiżjoni tar-rinviju għandu jinftiehem bħala li jkopri din id-dispożizzjoni tal-aħħar, hemm lok jitfakkar, madankollu, li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma humiex applikabbli għal sitwazzjoni li l-elementi kollha tagħha huma limitati ġewwa Stat Membru wieħed biss (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑15 ta’ Novembru 2016, Ullens de Schooten,C‑268/15, EU:C:2016:874, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
31 |
F’dan il-każ, l-elementi tal-kawża prinċipali donnhom huma kollha limitati ġewwa t-territorju Franċiż. Fil-fatt, din it-tilwima hija bejn impriża Franċiża u s-CSA dwar l-oppożizzjoni tagħha għar-ritrażmissjoni, minn impriża Franċiża oħra, tal-programmi li hija editjat. |
32 |
Fil-punti 50 sa 53 tas-sentenza tal‑15 ta’ Novembru 2016, Ullens de Schooten (C‑268/15, EU:C:2016:874), il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret l-erba’ ipoteżijiet li fihom, madankollu, seta’ jkun neċessarju, għas-soluzzjoni tal-kawżi prinċipali, li tingħata interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati dwar il-libertajiet fundamentali minkejja li l-elementi kollha tal-imsemmija kawżi jkunu limitati ġewwa Stat Membru wieħed biss (sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2018, Fremoluc,C‑343/17, EU:C:2018:754, punt 20). |
33 |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, fil-kuntest ta’ sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-elementi kollha tagħha huma limitati ġewwa Stat Membru wieħed biss, huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tindikalha, konformement ma’ dak li jeżiġi l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif, minkejja n-natura purament interna tagħha, it-tilwima pendenti quddiemha għandha element ta’ konnessjoni mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-libertajiet fundamentali li jrendi l-interpretazzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari mitluba neċessarja għas-soluzzjoni ta’ din it-tilwima (sentenza tal‑15 ta’ Novembru 2016, Ullens de Schooten,C‑268/15, EU:C:2016:874, punt 55). |
34 |
Issa, f’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju ma indikatx b’liema mod it-tilwima pendenti quddiemha, minkejja n-natura purament interna tagħha, għandha element ta’ konnessjoni mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi li jrendi l-interpretazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE neċessarja għas-soluzzjoni ta’ din it-tilwima. |
35 |
F’dawn il-kundizzjonijiet, għandu jiġi kkonstatat li t-tieni sar-raba’ domanda huma inammissibbli sa fejn dawn jirrigwardaw “regoli oħra tad-dritt tal-Unjoni”. |
36 |
F’dawn il-kundizzjonijiet, ir-risposta għat-tieni sar-raba’ domanda għandha tkun li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Servizz Universali għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru jimponi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, obbligu ta’ trażmissjoni (must carry) fuq impriżi li, mingħajr ma jipprovdu netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, joffru l-istreaming ta’ programmi tat-televiżjoni b’mod kontinwu u dirett fuq l-internet. |
Fuq il-ħames domanda
37 |
Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk, f’tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-kundizzjoni li tipprovdi li numru sinjifikattiv ta’ utenti finali tan-netwerks suġġetti għall-obbligu ta’ trażmissjoni (must carry) għandhom jużaw dawn in-netwerks bħala l-mezz prinċipali tagħhom sabiex jirċievu kanali tat-televiżjoni msemmija fl-Artikolu 31(1) tad-Direttiva Servizz Universali, għandhiex tiġi evalwata fid-dawl tal-utenti kollha li jwettqu streaming dirett tal-programmi tat-televiżjoni fuq l-internet jew biss fir-rigward tal-utenti tas-sit tal-internet li jappartjeni għall-impriża suġġetta għal dan l-obbligu. |
38 |
F’dan il-każ, bħalma jirriżulta mill-punti 19 u 21 ta’ din is-sentenza, impriża, bħal Playmédia, ma taqax taħt l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva Servizz Universali. Issa, fir-rigward tal-impriżi li ma jaqgħux taħt l-imsemmija dispożizzjoni, id-dritt tal-Unjoni ma jimponix l-obbligu tal-osservanza tal-kundizzjoni li tipprovdi li numru sinjifikattiv ta’ utenti finali tan-netwerks suġġetti għall-obbligu ta’ trażmissjoni (must carry) għandhom jużaw dawn in-netwerks bħala l-mezz prinċipali tagħhom sabiex jirċievu kanali tat-televiżjoni. |
39 |
F’dawn il-kundizzjonijiet, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ħames domanda. |
Fuq l-ispejjeż
40 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.