Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CC0411

    Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali J. Kokott, ippreżentati fid-29 ta’ Novembru 2018.
    Inter-Environnement Wallonie ASBL u Bond Beter Leefmilieu Vlaanderen ASBL vs Conseil des ministres.
    Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju).
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Konvenzjoni ta’ Espoo – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43/KEE – Artikolu 6(3) – Kunċett ta’ ‘proġett’ – Evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit ikkonċernat – Artikolu 6(4) – Kunċett ta’ ‘raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku kbir’ – Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi – Direttiva 2009/147/KE – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent – Direttiva 2011/92/UE – Artikolu 1(2)(a) – Kunċett ta’ ‘proġett’ – Artikolu 2(1) – Artikolu 4(1) – Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent – Artikolu 2(4) – Eżenzjoni tal-evalwazzjoni – Twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, minn naħa, il-bidu mill-ġdid, għal madwar għaxar snin, tal-attività ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku minn impjant nukleari sakemm jitwaqqaf, b’effett ta’ posponiment ta’ għaxar snin mid-data inizjalment iffissata mil-leġiżlatur nazzjonali għad-diżattivazzjoni u t-tmiem tal-attività tiegħu, u, min-naħa l-oħra, il-posponiment, għal għaxar snin ukoll, tat-terminu inizjalment previst minn dan l-istess leġiżlatur għad-diżattivazzjoni u għat-twaqqif tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku ta’ impjant attiv – Assenza ta’ evalwazzjoni tal-effett fuq l-ambjent.
    Kawża C-411/17.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2018:972

     KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

    KOKOTT

    ippreżentati fid-29 ta’ Novembru 2018 ( 1 )

    Kawża C-411/17

    Inter-Environnement Wallonie ASBL,

    Bond Beter Leefmilieu Vlaanderen ASBL

    vs

    Ministerrat

    Beteiligte:

    Electrabel SA

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Belġju))

    “Talba għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Konvenzjoni ta’ Espoo – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Direttiva 2011/92/UE – Direttiva 92/43KE – Direttiva 2009/147/KE – Abbandun tal-enerġija nukleari – Proroga prevista mil-liġi ta’ għaxar snin tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku minn ċerti impjanti nukleari – Assenza ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent – Kunċett ta’ proġett – Att leġiżlattiv – Tiġdid ta’ awtorizzazzjoni – Effettività diretta tal-konvenzjonijiet tad-dritt internazzjonali – Deroga għal ċerti obbligi – Interess pubbliku superjuri – Sigurtà tal-provvista”

    Werrej

     

    I. Introduzzjoni

     

    II. Il-qafas regolamentari

     

    A. Id-dritt internazzjonali

     

    1. Il-Konvenzjoni ta’ Espoo

     

    2. Il-Konvenzjoni ta’ Århus

     

    B. Id-dritt tal-Unjoni

     

    1. Id-Direttiva SEA

     

    2. Id-Direttiva dwar il-Habitats

     

    III. Il-fatti

     

    IV. Ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari

     

    V. Analiżi

     

    A. Fuq l-applikabbiltà tad-dritt tal-Unjoni għall-enerġija nukleari

     

    B. Atti leġiżlattivi fl-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent

     

    C. Fuq il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku

     

    1. Kunċett ta’ proġett tad-Direttiva SEA

     

    2. Kunċett ta’ proġett fil-Konvenzjoni ta’ Espoo

     

    a) Il-ġurisdizzjoni ta’ interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

     

    b) Il-kunċett ta’ proġett fil-Konvenzjoni ta’ Espoo

     

    3. Il-kunċett ta’ proġett tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus

     

    a) Il-proroga bħala “proġett”

     

    b) L-eżami mill-ġdid tal-awtorizzazzjonijiet bħala “proġett”

     

    c) Il-bidla jew l-estensjoni bħala “proġett”

     

    d) Konklużjoni intermedja

     

    4. Il-kontradizzjoni bejn l-interpretazzjoni adottata s’issa tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva SEA u ż-żewġ konvenzjonijiet

     

    a) Interpretazzjoni konformi mad-dritt internazzjonali tal-kunċett ta’ proġett tad-Direttiva SEA

     

    b) Fuq l-effettività diretta tal-konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Aarhus

     

    5. Fuq il-kwalità ta’ proġett minħabba xogħlijiet oħra

     

    D. Domandi oħra dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva SEA

     

    1. Il-klassifikazzjoni fl-annessi tad-Direttiva SEA

     

    2. Il-mument tal-evalwazzjoni

     

    E. Id-deroga għall-obbligu ta’ evalwazzjoni għal raġunijiet marbuta mas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u maċ-ċertezza legali

     

    1. Id-deroga minħabba l-eċċezzjoni tal-każ konkret partikolari fid-Direttiva SEA

     

    2. Id-deroga għall-Konvenzjoni ta’ Espoo

     

    3. Id-deroga għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus

     

    4. Il-konsegwenzi għall-interpretazzjoni tal-possibbiltà ta’ deroga fis-sens tad-Direttiva SEA

     

    F. Fuq id-domanda 8 – L-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva dwar il-Habitats

     

    1. Fuq id-domanda 8(a) – Kunċett ta’ proġett tad-Direttiva dwar il-Habitats

     

    2. Fuq id-domanda 8(b) – Att leġiżlattiv

     

    3. Fuq id-domanda 8(c) – Doel 1 u Doel 2

     

    4. Fuq id-domanda 8(d) – Deroga minħabba s-sigurtà tal-provvista

     

    a) Ir-rekwiżiti tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Habitats

     

    b) Is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija

     

    c) Konklużjoni intermedja

     

    G. Fuq iż-żamma tal-effetti tal-liġi fuq il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku tal-impjanti nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2

     

    1. Fuq il-ġurisprudenza fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva fuq l-evalwazzjoni strateġika tal-ambjent

     

    2. Fuq it-traspożizzjoni ta’ evalwazzjonijiet ambjentali oħra

     

    VI. Konklużjoni

    I. Introduzzjoni

    1.

    L-adozzjoni ta’ liġi intiża sabiex tipproroga l-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku tal-impjanti nukleari teżiġi evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent? Din id-domanda titqajjem quddiem il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Belġju), u għalhekk din tressaqha bħala rinviju għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

    2.

    F’dan ir-rigward, il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali) tirreferi għall-Konvenzjonijiet internazzjonali ta’ Espoo ( 2 ) u ta’ Aarhus ( 3 ), kif ukoll għad-Direttiva SEA ( 4 ) u għad-Direttiva dwar il-Habitats ( 5 ), li lkoll jipprevedu evalwazzjoni tal-ambjent, imma jinkludu rekwiżiti differenti. Il-lista ta’ domandi li saret hija daqstant ieħor twila.

    3.

    Madankollu, ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jista’ jitqassam fi tliet domandi ċentrali, jiġifieri, fl-ewwel lok, jekk il-miżuri leġiżlattivi jeħtiġux evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent; fit-tieni lok, jekk l-estensjoni ta’ attività diġà awtorizzata tirrikjedix evalwazzjoni u, fit-tielet lok, jekk, fil-każ ta’ ksur eventwali tal-obbligi ta’ evalwazzjoni, interessi pubbliċi superjuri jistgħux jiġġustifikaw it-tkomplija tal-eżerċizzju tal-impjanti involuti. Minn tal-anqas mal-ewwel daqqa ta’ għajn, kull wieħed mill-atti leġiżlattivi msemmija jinkludi rekwiżiti differenti fir-rigward ta’ dawn id-domandi.

    4.

    Barra minn hekk, minħabba d-domandi li jikkonċernaw il-konvenzjonijiet, din il-kawża terġa’ toffri lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tanalizza l-effetti tad-dritt internazzjonali fil-qasam tal-ambjent fuq id-dritt tal-Unjoni, kif ukoll ir-rwol tagħha fl-interpretazzjoni ta’ dawn ir-regoli. Kif espost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja waqt is-seduta, dan huwa ta’ interess prattiku kbir b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Espoo għall-impjanti nukleari, għaliex taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-konvenzjoni attwalment jaqgħu deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-estensjoni tat-tul tal-eżerċizzju ta’ madwar 90 impjanti. Għalhekk, fl-ambitu tal-konvenzjoni ġie kkostitwit grupp tax-xogħol speċjali tal-Istati kontraenti dwar dan is-suġġett.

    II. Il-qafas regolamentari

    A.   Id-dritt internazzjonali

    5.

    Il-Konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Aarhus ġew adottati taħt il-patroċinju tal-Kummissjoni tal-Ġnus Magħquda għall-Ewropea (United Nations Economic Commission for Europe – UNECE). Huma ġew konklużi mill-Kummissjoni Ewropea ta’ dak iż-żmien bħala ftehim imħallat flimkien mal-Istati Membri.

    1. Il-Konvenzjoni ta’ Espoo

    6.

    Is-suġġett tal-Konvenzjoni ta’ Espoo huwa l-valutazzjoni tal-impatt ambjentali f’kuntest transkonfinali. Din ġiet approvata mill-Kunsill permezz ta’ deċiżjoni mhux ippubblikata tal-15 ta’ Ottubru 1996, mibgħuta fuq talba lill-Qorti tal-Ġustizzja ( 6 ). Din id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq l-Artikolu 130, fis-seħħ dakinhar, moqri flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 228(2) u mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 228(3) tat-Trattat KE. Illum dawn id-dispożizzjonijiet ġew assorbiti b’emendi fl-Artikolu 192 u fl-Artikolu 218(6)(b) u fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 218(8) TFEU.

    7.

    L-Artikolu 1, punti 5 u 9, tal-Konvenzjoni ta’ Espoo jinkludi definizzjonijiet rilevanti:

    “Għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni:

    […]

    5.

    l-espressjoni ‘attività prevista’ tirreferi għal kull attività jew proġett intiż sabiex jemenda b’mod sinjifikattiv attività, u li għall-eżekuzzjoni tagħhom hija mitluba deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti skont kull proċedura nazzjonali applikabbli;

    […]

    9.

    l-espressjoni ‘Awtorità kompetenti’ tirreferi għall-Awtorità (jew l-Awtoritajiet nazzjonali) indikata(i) minn Parti sabiex twettaq(iwettqu) il-karigi li jissemmew f’din il-Konvenzjoni u/jew l-Awtorità (jew l-Awtoritajiet) awtorizzata(i) minn Parti biex teżerċita (jeżerċitaw) setgħat deċiżjonali fir-rigward ta’ attività prevista;

    […]” [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    8.

    L-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta’ Espoo jinkludi l-obbligi fondamentali tal-Istati kontraenti:

    “1.   Il-Partijiet għandhom separatament jew flimkien jadottaw kull miżura xierqa u effettiva sabiex jipprevjenu, jnaqqsu u jiġġieldu kontra effett dannuż transkonfinali kunsiderevoli għall-ambjent li jista’ jitnissel minn attivitajiet proposta.

    2.   Kull Parti għandha tadotta d-dispożizzjonijiet legali, amministrattivi jew oħrajn, neċessarji sabiex timplimenta d-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni, inkluż, f’dak li jikkonċerna l-attivitajiet previsti li jidhru fil-lista li tinsab fl-Appendiċi I li jista’ jkollhom effett dannuż transkonfinali kunsiderevoli, il-ftuħ ta’ proċedura ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent li tippermetti l-parteċipazzjoni tal-pubbliku u l-kostituzzjoni tal-proċess ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent li jissemma fl-Appendiċi II.

    3.   Il-Parti tal-oriġini għandha tiżgura li, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni, issir evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent qabel ma tieħu d-deċiżjoni li tawtorizza jew twettaq attività proposta li tidher fil-lista li tinsab fl-Appendiċi I, li jista’ jkollha effett dannuż transkonfinali kunsiderevoli.

    […]

    6.   F’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni, il-Parti tal-oriġini għandha toffri lill-pubbliku taż-żoni li jistgħu jintlaqtu l-possibbiltà li jipparteċipa fil-proċeduri rilevanti ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent tal-attivitajiet proposti, u tiżgura li l-possibbiltajiet offruti lill-pubbliku tal-Parti affettwata jkunu ekwivalenti għal dawk offruti lill-pubbliku tagħha” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

    9.

    L-Appendiċi I(2) tal-Konvenzjoni ta’ Espoo jiddefinixxi l-impjanti tal-elettriku termiku previsti mill-Konvenzjoni:

    “Impjanti tal-elettriku termiku u impjanti oħra ta’ kombustjoni li jipproduċu sħana ta’ 300 MW jew iktar u impjanti tal-elettriku nukleari u reatturi nukleari oħra (għajr għal impjanti ta’ riċerka għall-produzzjoni u l-konverżjoni ta’ materjali fissjonibbli u fertili, li l-qawwa massima tagħhom ma taqbiżx 1 KW ta’ piż kontinwu termiku)” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

    2. Il-Konvenzjoni ta’ Århus

    10.

    L-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jinkludi definizzjonijiet rilevanti:

    “Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim:

    […]

    ‘awtorità pubblika’ tfisser:

    a)

    l-amministrazzjoni pubblika fuq livell nazzjonali, reġjonali jew livell ieħor,

    b)

    […]

    Din id-definizzjoni ma tinkludix il-korpi jew l-istituzzjonijiet li jaġixxu fl-eżerċizzju ta’ setgħat ġudizzjarji jew leġiżlattivi.” [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    11.

    L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jirregola l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw attivitajiet speċifiċi:

    “1.   Kull Parti:

    a)

    għandha tapplika d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu meta tkun meħtieġa deċiżjoni dwar jekk għandhomx jiġu awtorizzati jew le attivitajiet proposti tat-tip ta’ attivitajiet elenkati fl-Anness I;

    […]

    ċ)

    tista’ tiddeċiedi każ b’każ, fejn previst mid-dritt nazzjonali, li ma tapplikax id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għal attivitajiet proposti għal għanijiet ta’ difiża nazzjonali, jekk tħoss li l-applikazzjoni tagħhom tista’ tippreġudika l-kisba ta’ dawn l-għanijiet.

    4.   Kull Parti għandha tadotta dispożizzjonijiet sabiex il-parteċipazzjoni pubblika tibda mal-bidu tal-proċedura, jiġifieri meta l-għażliet u s-soluzzjonijiet kollha jkunu għadhom possibbli u meta l-pubbliku jkun jista’ jeżerċita influwenza reali.

    […]

    6.   Kull Parti għandha titlob lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti sabiex jiżguraw li l-pubbliku kkonċernat […], hekk kif tkun disponibbli, l-informazzjoni kollha li tkun ta’ interess għat-teħid ta’ deċiżjonijiet msemmija f’dan l-artikolu li tkun tista’ tinkiseb fil-mument tal-proċedura ta’ parteċipazzjoni pubblika; […].

    […]

    10.   Kull Parti għandha tiżgura li, meta awtorità pubblika teżamina mill-ġdid jew taġġorna l-kundizzjonijiet li fihom tiġi eżerċitata attività msemmija fil-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 sa 9 ta’ dan l-artikolu jiġu applikati mutatis mutandis u fejn ikun hemm lok.

    […]” [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    12.

    Il-paragrafi l-oħra ta’ din id-dispożizzjoni jirregolaw il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku u tal-verifika tal-effetti tal-attivitajiet fuq l-ambjent.

    13.

    L-Anness I tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jindika l-attivitajiet suġġetti neċessarjament għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 6(1)(a). Fil-ħames inċiż tal-punt 1 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jissemmew l-“impjanti tal-enerġija nukleari u reatturi nukleari oħra, inklużi ż-żarmar jew l-għeluq ta’ tali impjanti jew reatturi” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Skont l-ewwel sentenza tal-punt 22, “[k]ull tibdil fi, jew tkabbir ta’ attività, jekk it-tibdil jew tkabbir innifsu jilħaq il-limiti jew il-kriterji stabbiliti f’dan l-anness, għandu jitwettaq fl-osservanza tal-Artikolu 6(1)(a) ta’ din il-Konvenzjoni” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

    B.   Id-dritt tal-Unjoni

    1. Id-Direttiva SEA

    14.

    L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva SEA jiddefinixxi proġett bħala “l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ stallazzjonijiet jew skemi oħra” (l-ewwel inċiż), kif ukoll “interventi oħra fil-madwar u fil-pajsaġġ naturali inklużi dawk li jinvolvu l-estrazzjoni ta’ riżorsi naturali” (it-tieni inċiż).

    15.

    L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva SEA jeskludi l-atti leġiżlattivi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva:

    “Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal proġetti li d-dettalji tagħhom huma adottati b’att leġiżlattiv nazzjonali speċifiku, ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, inkluż dak li tiġi ssupplimentata l-informazzjoni, jinkisbu permezz tal-proċess leġiżlattiv”.

    16.

    L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva SEA jistabbilixxi l-obbligu fundamentali li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent:

    “L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li, qabel ma jingħata l-kunsens, il-proġetti li x’aktarx ikun sejjer ikollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent bis-saħħa, fost ħwejjeġ oħra, tan-natura, id-daqs u l-lokalizzazzjoni tagħhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit li jkun hemm kunsens għall-iżvilupp u stima rigward l-effetti tagħhom. Dawk il-proġetti huma ddefiniti fl-Artikolu 4”.

    17.

    L-Artikolu 2(4) tad-Direttiva SEA jawtorizza lill-Istati Membri sabiex jeżentaw ċerti proġetti mill-applikazzjoni tad-Direttiva:

    “Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, l-Istati Membri jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali, jeżentaw proġett speċifiku fl-intier tiegħu jew f’parti minnu mid-dispożizzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva.

    F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom:

    a)

    jikkunsidraw jekk għamla oħra ta’ stima tkunx approprjata;

    b)

    jagħmlu disponibbli għall-pubbliku kkonċernat it-tagħrif miksub taħt għamliet oħra tal-istima msemmija fil-punt (a), it-tagħrif li jkollu x’jaqsam mad-deċiżjoni dwar l-għotja tal-eżenzjoni u r-raġunijiet għaliex tkun ġiet mogħtija;

    c)

    jinformaw lill-Kummissjoni, qabel ma jingħata kunsens, bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-eżenzjoni mogħtija, u jipprovduha bl-informazzjoni li jkunu għamlu disponibbli, fejn japplika, liċ-ċittadini tagħhom stess.

    Il-Kummissjoni għandha immedjatament tibgħat id-dokumenti li tkun irċeviet lill-Istati Membri l-oħra.

    […]”

    18.

    Skont l-Artikolu (4)(1) tad-Direttiva SEA, “[b]la ħsara għall-Artikolu 2(4), il-proġetti mniżżla fl-Anness I” għandhom jiġu suġġetti għall-evalwazzjoni prevista. Fl-Anness I(2)(a) jissemmew l-impjanti tal-elettriku termiku. Barra minn hekk, l-Anness I(24) isemmi “[k]ull bidla jew estensjoni tal-proġetti elenkati f’dan l-Anness meta tali bidla jew estensjoni fiha nfisha tilħaq il-livelli, jekk ikun hemm, iddikjarati f’dan l-Anness”.

    19.

    Skont l-Artikolu (4)(2) tad-Direttiva SEA, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jekk il-proġett għandux jiġi suġġett għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. L-Anness II(13)(a) jsemmi “[k]ull bidla jew estensjoni tal-proġetti mniżżla fl-Anness I jew f’dan l-Anness, diġà awtorizzati, imwettqa jew fil-proċess tat-twettiq, li jista’ jkollhom effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent (bidla jew estensjoni mhux inkluża fl-Anness I)”.

    20.

    L-Artikolu 6(4) tad-Direttiva SEA jirregola il-waqt tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku:

    “Il-pubbliku kkonċernat għandu jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2) u għandu, għal dan il-għan, ikun intitolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti qabel tittieħed id-deċiżjoni dwar it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp”.

    21.

    L-Artikolu 7 tad-Direttiva SEA jirregola l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent transkonfinali. Din għandha titwettaq meta “Stat Membru jkun jaf li proġett x’aktarx ikun sejjer ikollu effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew meta Stat Membru li x’aktarx ikun sejjer jiġi affettwat b’mod sinifikanti jitlob hekk”.

    2. Id-Direttiva dwar il-Habitats

    22.

    L-awtorizzazzjoni ta’ pjanijiet u proġetti li jista’ jkollhom effett sinjifikattiv fuq sit protett taħt id-Direttiva dwar il-Habitats jew id-Direttiva dwar l-għasafar ( 7 ), hija rregolata b’dan il-mod fl-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva dwar il-Habitats:

    “3.   Kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma hux meħtieġ għat-tmexxija tas-sit iżda li x’aktarx se jkollu effett sinifikanti fuqu, jew b’mod individwali jew inkella flimkien ma’ xi pjanijietjiet jew proġetti oħra, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa ta’ limplikazzjonijiet tiegħu għas-sit in vista ta’ l-għanjiet ta’ konservazzjoni tas-sit. Fl-isfond tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit konċernat u, jekk xieraq, wara li jkunu raw l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali.

    4.   Jekk, minkejja li jkun hemm evalwazzjoni negattiva ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet oħra, pjan jew proġett irid isir xorta waħda għal raġunijiet obbligatorji oħra li huma konnessi ma’ l-interess pubbliku, inklużi dawk ta’ tip soċjali jew ekonomiku, l-Istat Membru jrid jieħu l-miżuri kollha kumpensatorji meħtieġa biex jiżgura li tkun protetta l-koerenza globali ta’ Natura 2000. Hu jrid jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-miżuri kumpensatorji adottati.

    Meta s-sit konċernat jospita tip ta’ habitat naturali ta’ priorità u/jew speċi ta’ priorità, l-uniċi kunsiderazzjonijiet li jistgħu jitqajmu huma dawk marbuta ma’ saħħet il-bniedem jew is-sigurtà pubblika, dawk li għandhom konsegwenzi ta’ benefiċċju u ta’ importanza ewlenija għall-ambjent jew, wara opinjoni mill-Kummissjoni, ma raġunijiet obbligatorji oħra ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza”.

    III. Il-fatti

    23.

    Fil-Belġju, bejn il-15 ta’ Frar 1975 u l-1 ta’ Settembru 1985, ġew attivati għal żmien indeterminat seba’ impjanti nukleari, f’Doel sur l’Escaut u f’Tihange sur la Meuse.

    24.

    Il-post fejn jinsabu l-impjanti nukleari f’Doel imiss mas-sit protett skont id-Direttiva dwar l-Għasafar “Schorren en Polders van de Beneden-Schelde” (il-Kodiċi Natura 2000: BE2301336). Schelde hija parti mis-sit protett taħt id-Direttiva dwar il-Habitats “Schelde-en Durmeëstuarium van de Nederlandse grens tot Gent” (il-Kodiċi Natura 2000: BE2300006), kif ukoll mis-sit tal-Pajjiżi l-Baxxi “Westerschelde & Saeftinghe” (il-Kodiċi Natura 2000: NL9803061). Skont ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, barra minn hekk fil-qrib jinsab is-sit Belġjan “Bos-en heidegebieden ten oosten van Antwerpen” (il-Kodiċi Natura 2000: BE2100017).

    25.

    Fis-sit Belġjan BE2300006 jinsabu b’mod partikolari 350 ettari tal-habitat ta’ prijorità “Foresti alluvjali ta’ Alnus glutinosa u Fraxinus excelsior (Alno-Padion, Alnion incanae, Salicion albae)” (il-Kodiċi Natura 2000 91E0*), kif ukoll preżenza żgħira tal-habitat ukoll ta’ prijorità “Formazzjonijiet tal-ħaxix f’Nardus, Rikki fl-ispeċje, fuq substrat siliċiku taż-żoni muntanjużi (u taż-żoni taħt il-muntanji tal-Ewropa kontinentali)” (il-Kodiċi Natura 2000 6230*) ( 8 ). Dawn l-istess habitat ta’ prijorità jinsabu wkoll fis-sit Belġjan BE2100017 ( 9 ). Fis-sit tal-Pajjiżi l-Baxxi NL9803061 jinsabu traċċi tal-habitat ta’ prijorità “Duni kostali fissi bil-veġetazzjoni tal-ħaxix (“duni griżi”)” (il-Kodiċi Natura 2000 2130*) ( 10 ).

    26.

    Kif kien prevedibbli, għaż-żewġ siti protetti li jinkludu Schelde jissemmew diversi speċi ta’ ħut fl-Anness II tad-Direttiva dwar il-Habitats, pereżempju l-Alosa fallax, ir-Rhodeus sericeus amarus, il-Cottus gobio, il-Cobitis taenia, il-Lampetra fluviatilis u l-Petromyzon marinus, mingħajr preġudizzju għall-fatt li ż-żewġ speċi li jissemmew l-aħħar ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala ħut fil-veru sens tal-kelma, imma jidħlu fis-superklassi taċ-ċiklostomi ( 11 ).

    27.

    Il-fruntiera mal-Pajjiżi l-Baxxi hija ftit kilometri bogħod. Stati Membri oħra (il-Ġermanja u Franza) huma madwar 100 kilometru jew ftit iktar bogħod.

    28.

    Fl-2003, il-leġiżlatur Belġjan iddeċieda li jwaqqaf il-produzzjoni nukleari tal-elettriku. Il-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 pprovdiet li ma kinux ser jinbnew iktar impjanti nukleari ġodda u li l-impjanti attivi kien ser jitwaqqfu progressivament wara 40 sena ta’ attività, jiġifieri bejn l-2015 (Doel 1 u 2 u Tihange 1) u l-2025. Billi l-impjanti nukleari kienu jirrappreżentaw iktar minn nofs il-produzzjoni totali tal-elettriku, il-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 ppermettiet li l-Gvern jidderoga minnha f’każ ta’ theddida għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku.

    29.

    B’liġi tat-18 ta’ Diċembru 2013 id-data tal-waqfien tal-impjant nukleari ta’ Tihange 1 ġiet posposta b’għaxar snin. Barra minn hekk, din il-liġi rrevokat l-fakultà tal-Gvern li jidderoga mill-kalendarju ta’ waqfien tal-impjanti nukleari.

    30.

    L-impjant ta’ Doel 1 waqaf mill-produzzjoni tal-elettriku fil-15 ta’ Frar 2015.

    31.

    Madankollu, permezz tal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015 ġiet emendata d-data tat-tmiem tal-produzzjoni industrijali tal-elettriku tal-impjanti ta’ Doel 1 u Doel 2, sabiex tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fil-Belġju. Hija tawtorizza mill-ġdid lill-impjant nukleari ta’ Doel 1 sabiex tipproduċi l-elettriku mis-6 ta’ Lulju 2015 sal-15 ta’ Frar 2025 u tipposponi t-tmiem tal-produzzjoni tal-elettriku tal-impjant ta’ Doel 2 b’għaxar snin, jiġifieri sal-1 ta’ Diċembru 2025.

    32.

    Skont ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, il-konklużjoni ta’ ftehim bejn l-Istat Belġjan u Electrabel AG (iktar ’il quddiem: “Electrabel”), li topera l-impjanti, kienet kundizzjoni għall-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku. Dan il-ftehim ġie ffirmat fit-30 ta’ Novembru 2015. Dan jinkludi pjan ta’ investiment b’total ta’ madwar EUR 700 miljun “għall-estensjoni taż-żmien ta’ operazzjoni”. Il-miżuri previsti jinkludi l-emendi bis-saħħa tar-raba’ reviżjoni perjodika ta’ sigurtà u tat-test ta’ reżistenza mwettaq wara l-inċident ta’ Fukushima.

    33.

    Dawn l-investimenti ġew suġġetti għal verifika minn qabel tal-ħtieġa ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Din waslet għall-konklużjoni li evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ma kinitx neċessarja, għaliex l-emendi ma kinux ser iwasslu għal effetti radjoloġiċi negattivi jew għal bidla sinjifikattiva tal-effetti radjoloġiċi eżistenti fuq l-ambjent. Din id-deċiżjoni ġiet ikkontestata quddiem il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, il-Belġju). Meta ġie ppreżentat ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, din il-proċedura kienet għadha pendenti quddiem dik il-qorti ( 12 ).

    34.

    F’dak li jikkonċerna l-impjant ta’ Doel 1, il-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015 tipprevedi li tinħareġ awtorizzazzjoni individwali ġdida għall-produzzjoni tal-elettriku lill-operatur ta’ dan l-impjant, u li l-liċenzja ta’ operazzjoni tkun akkumpanjata minn dispożizzjonijiet ġodda dwar il-produzzjoni tal-elettriku.

    35.

    Iż-żewġ assoċjazzjonijiet rikorrenti fil-kawża prinċipali, li għandhom l-għan tal-protezzjoni tal-ambjent u tal-kundizzjonijiet tal-ħajja, ippreżentaw rikors għall-annullament tal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015 quddiem il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali), għaliex permezz tal-imsemmija liġi ż-żmien tal-operazzjoni tar-reatturi nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2 ġie pprorogat b’għaxar snin mingħajr ma twettqet evalwazzjoni tal-ambjent jew proċedura bil-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

    36.

    Iż-żewġ assoċjazzjonijiet jagħmlu riferiment għall-Konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Aarhus, kif ukoll għad-Direttiva SEA, għad-Direttiva dwar il-Habitats u għad-Direttiva dwar l-Għasafar.

    IV. Ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari

    37.

    Għaldaqstant il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Belġju) qed tagħmel is-segwenti domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:

    “1)

    L-Artikolu 2(1) sa (3), (6) u (7), l-Artikolu 3(8), l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1), u l-punt 2 tal-Appendiċi I tal-[Konvenzjoni ta’ Espoo] għandhom jiġu interpretati skont il-kjarifiki pprovduti mid-Dokument ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni għal attivitajiet fir-rigward tal-enerġija nukleari [‘Background note on the application of the Convention to nuclear energy-related activities’] u r-Rakkomandazzjonijiet dwar prattika tajba rigward l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni għall-attivitajiet marbuta mal-enerġija nukleari [‘Good Practice recommendations on the application of the Convention to nuclear energy-related activities’]?

    2)

    L-Artikolu 1(IX) tal-Konvenzjoni ta’ Espoo li jiddefinixxi l-‘awtorità kompetenti’ jista’ jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija konvenzjoni atti leġiżlattivi bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015‘li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku’, b’teħid inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tad-diversi studji mwettqa u seduti ta’ smigħ miżmuma fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ din il-liġi?

    3)

    a)

    L-Artikoli 2 sa 6 tal-Konvenzjoni ta’ Espoo għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw qabel l-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015‘li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku’, li l-Artikolu 2 tagħha jipposponi d-data tad-diżattivazzjoni u tat-tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku tal-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

    b)

    Ir-risposta għad-domanda magħmula fil-punt a) hija differenti skont jekk hija tikkonċernax l-impjant ta’ Doel 1 jew dak ta’ Doel 2, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-neċessità, għall-ewwel impjant, li jiġu adottati atti amministrattivi għall-eżekuzzjoni tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq tat-28 ta’ Ġunju 2015?

    c)

    Is-sigurtà ta’ provvista tal-elettriku tal-pajjiż tista’ tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tippermetti li ssir deroga mill-applikazzjoni tal-Artikoli 2 sa 6 tal-Konvenzjoni ta’ Espoo u/jew li tiġi sospiża din l-applikazzjoni?

    4)

    L-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni ta’ Århus ‘dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali’ għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija konvenzjoni atti leġiżlattivi bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015‘li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku’, b’teħid inkunsiderazzjoni jew le tad-diversi studji mwettqa u seduti ta’ smigħ miżmuma fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ din il-liġi?

    5)

    a)

    B’teħid inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tar-‘Rakkomandazzjonijiet ta’ Maastricht dwar il-mezzi għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-qasam tal-ambjent’ [‘Maastricht Recommendations on Promoting Effective Public Participation in Decision-making in Environmental Matters’], fir-rigward ta’ proċess deċiżjonali b’diversi stadji, l-Artikoli 2 u 6, flimkien mal-Anness I.1 tal-Konvenzjoni ta’ Århus, għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw qabel l-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015‘li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku’, li l-Artikolu 2 tagħha jipposponi d-data tad-diżattivazzjoni u tat-tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku tal-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

    b)

    Ir-risposta għad-domanda magħmula fil-punt a) hija differenti skont jekk hija tikkonċernax l-impjant ta’ Doel 1 jew dak ta’ Doel 2, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-neċessità, għall-ewwel impjant, li jiġu adottati atti amministrattivi għall-eżekuzzjoni tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq tat-28 ta’ Ġunju 2015?

    c)

    Is-sigurtà ta’ provvista tal-elettriku tal-pajjiż tista’ tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tippermetti li ssir deroga mill-applikazzjoni tal-Artikoli 2 u 6 tal-Konvenzjoni ta’ Espoo u/jew li tiġi sospiża din l-applikazzjoni?

    6)

    a)

    L-Artikolu 1(2) flimkien mal-punt 13(a) tal-Anness II tad-Direttiva SEA, moqrija, fejn xieraq, fid-dawl tal-Konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Århus, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma japplikaw għall-posponiment tad-data ta’ diżattivazzjoni u ta’ tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku ta’ impjant ta’ enerġija nukleari, bl-implikazzjoni, bħalma huwa l-każ hawnhekk, ta’ investimenti importanti u ta’ upgrades tas-sigurtà għall-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

    b)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda magħmula fil-punt a), l-Artikoli 2 sa 8 u 11 u l-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2011/92/UE għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw qabel l-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015‘li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku’, li l-Artikolu 2 tagħha jipposponi d-data tad-diżattivazzjoni u tat-tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku tal-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

    c)

    Ir-risposta għad-domandi magħmula fil-punti a) u b) hija differenti skont jekk hija tikkonċernax l-impjant ta’ Doel 1 jew dak ta’ Doel 2, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-neċessità, għall-ewwel impjant, li jiġu adottati atti amministrattivi għall-eżekuzzjoni tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq tat-28 ta’ Ġunju 2015?

    d)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda magħmula fil-punt a), l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2011/92/UE għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li jiġi eżentat il-posponiment tad-diżattivazzjoni ta’ impjant ta’ enerġija nukleari mill-applikazzjoni tal-Artikoli 2 sa 8 u 11 tad-Direttiva 2011/92/UE għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali marbuta mas-sigurtà ta’ provvista tal-elettriku tal-pajjiż?

    7)

    Il-kunċett ta’ ‘att leġiżlattiv […] speċifiku’ fis-sens tal-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2011/92/UE għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva att leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015‘li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku’, b’teħid inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tad-diversi studji mwettqa u seduti ta’ smigħ miżmuma fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ din il-liġi u li jista’ jilħaq l-għanijiet tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq?

    8)

    a)

    L-Artikolu 6 tad-Direttiva [dwar il-Habitats], flimkien mal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva [dwar l-għasafar], moqrija, fejn xieraq, fid-dawl tad-Direttiva [SEA] u tal-Konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Århus, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma japplikaw għall-posponiment tad-data ta’ diżattivazzjoni u ta’ tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku ta’ impjant ta’ enerġija nukleari, bl-implikazzjoni, bħalma huwa l-każ hawnhekk, ta’ investimenti importanti u ta’ upgrades tas-sigurtà għall-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

    b)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda magħmula fil-punt a), l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika qabel l-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015‘li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku’, li l-Artikolu 2 tagħha jipposponi d-data tad-diżattivazzjoni u tat-tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku tal-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

    c)

    Ir-risposta għad-domandi magħmula fil-punti a) u b) hija differenti skont jekk hija tikkonċernax l-impjant ta’ Doel 1 jew dak ta’ Doel 2, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-neċessità, għall-ewwel impjant, li jiġu adottati atti amministrattivi għall-eżekuzzjoni tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq tat-28 ta’ Ġunju 2015?

    d)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda magħmula fil-punt a), l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Habitats għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li jitqiesu bħala raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali maġġuri raġunijiet marbuta mas-sigurtà ta’ provvista tal-elettriku tal-pajjiż, b’teħid inkunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, tad-diversi studji mwettqa u seduti ta’ smigħ miżmuma fil-kuntest tal-adozzjoni tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq tat-28 ta’ Ġunju 2015 u li jista’ jilħaq l-għanijiet tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq?

    9)

    Jekk, abbażi tar-risposti mogħtija għad-domandi preliminari preċedenti, il-qorti nazzjonali tasal għall-konklużjoni li l-liġi kkontestata tikser wieħed mill-obbligi li jirriżultaw mill-konvenzjonijiet jew mid-direttivi msemmija iktar ’il fuq, mingħajr ma s-sigurtà ta’ provvista tal-elettriku tal-pajjiż tkun tista’ tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tippermetti li ssir deroga minn dawn l-obbligi, tista’ l-imsemmija qorti żżomm l-effetti tal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015 sabiex tiġi evitata inċertezza legali u sabiex ikunu jistgħu jiġu ssodisfatti l-obbligi ta’ evalwazzjoni tal-ta’ impatt fuq l-ambjent u ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku li jirriżultaw mill-konvenzjonijiet jew mid-direttivi msemmija iktar ’il fuq?”

    38.

    Ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub Inter-Environnement Wallonie ASBL u Bond Beter Leefmilieu Vlaanderen vzw, kif ukoll Electrabel S.A., bħala intervenjenti fil-kawża prinċipali, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Portugall, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea. Minbarra r-Renju Unit, dawn il-partijiet attendew ukoll għas-seduta tal-10 ta’ Settembru 2018.

    V. Analiżi

    39.

    Id-domandi li saru mill-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali) huma intiżi għall-interpretazzjoni ta’ żewġ konvenzjonijiet ta’ dritt internazzjonali tal-Unjoni u ta’ żewġ direttivi tad-dritt tal-Unjoni b’riferiment għal domandi tad-dritt rispettivament analogi, partikolarment jekk il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni tal-elettriku f’impjant (fil-punti C u D) minn att leġiżlattiv (fil-punt B) jeħtieġx, bħala proġett, evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, kif ukoll jekk huwiex possibbli li ssir deroga għal eventwali obbligi li jikkonċernaw l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent (fil-punt E). L-ewwel nett ser neżamina dawn id-domandi tad-dritt rispettivament mill-perspettiva tad-Direttiva SEA, u mbagħad ser nivverifika f’liema miżura ż-żewġ konvenzjonijiet jaffettwaw il-konklużjoni. Madankollu, id-domandi li jikkonċernaw id-Direttiva dwar il-Habitats jistħoqqilhom evalwazzjoni separata (fil-punt F). Peress li r-risposta għad-domandi hija indikazzjoni li huwa probabbli li hemm żball proċedurali, ser neżamina fl-aħħar nett sa fejn huwa possibbli li jinżammu l-effetti ta’ miżura adottata bi ksur tad-dispożizzjonijiet dwar l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent (fil-punt G). Madankollu, qabel xejn għandu jiġi vverifikat jekk it-Trattat KEEA jipprekludix applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-kawża prinċipali (fil-punt A).

    A.   Fuq l-applikabbiltà tad-dritt tal-Unjoni għall-enerġija nukleari

    40.

    L-atti regolatorji kollha li jifformaw is-suġġett tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari huma bbażati fuq il-kompetenzi eżistenti rispettivament fil-qasam tal-ambjent, attwalment sanċiti fl-Artikolu 192 TFUE, kif ukoll, fil-każ tal-konvenzjonijiet, fuq id-dispożizzjoni proċedurali rispettivament fis-seħħ ratione temporis dwar l-eżerċizzju tal-kompetenzi esterni.

    41.

    Barra minn hekk, fis-sens tal-Artikolu 106a(3) EA, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE ma jidderogawx mill-kontenut tat-Trattat KEEA ( 13 ). Għaldaqstant għandu jiġi vverifikat, qabel xejn, jekk l-applikazzjoni taż-żewġ konvenzjonijiet jew taż-żewġ direttivi għall-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku tal-impjanti nukleari tistax twassal għal din id-deroga.

    42.

    Deroga hija eskluża f’kull każ jekk id-dispożizzjonijiet ikkontestati tad-dritt tal-Unjoni jirrigwardaw kwistjonijiet li ma humiex irregolati fit-Trattat KEEA jew abbażi tiegħu ( 14 ).

    43.

    F’dan ir-rigward, jidħlu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II, Kapitolu 3, EA fuq il-ħarsien tas-saħħa pubblika fil-qasam nukleari. Huma għandhom jingħataw interpretazzjoni wiesgħa biex jiġi żgurat l-effett utli tagħhom ( 15 ). L-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet amministrattivi dwar il-kostruzzjoni u l-funzjonament ta’ impjanti nukleari, fl-aspetti tagħhom relatati mal-ħarsien tas-saħħa kontra l-perikoli li jirriżultaw mir-radjazzjoni jonizzanti għall-popolazzjoni, jagħmlu parti mill-qasam ta’ applikazzjoni tat-Trattat tal-KEEA ( 16 ).

    44.

    F’dan ir-rigward, għandu qabel xejn jiġi nnotat li dan il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat KEEA b’riferiment għall-ħarsien tal-popolazzjoni ma jistax jipprekludi l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Habitats. Fil-fatt, din ma hijiex intiża għall-ħarsien tal-popolazzjoni, imma għall-ħarsien tal-habitats naturali u tal-ispeċji selvaġġi.

    45.

    Madankollu, lanqas dwar l-evalwazzjoni ta’ effetti fuq l-ambjent, kif irregolata fid-Direttiva SEA, kif ukoll fil-konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Aarhus, ma ġew adottati regoli korrispondenti abbażi tar-regoli tat-Trattat KEEA. Barra minn hekk, l-evalwazzjonijiet ta’ effetti fuq l-ambjent previsti hemmhekk ma humiex limitati għall-ħarsien tal-popolazzjoni mir-radjazzjonijiet jonizzanti, imma kollha għandhom bħala suġġett riperkussjonijiet rilevanti fuq l-ambjent li jistgħu jkunu ġejjin mir-rispettivi proġetti.

    46.

    Barra minn hekk, anki l-leġiżlatur tal-Unjoni ovvjament telaq mill-preżuppost li t-Trattat KEEA ma jipprekludix il-konvenzjonijiet u d-Direttiva SEA; infatti, dawn ir-regoli jipprevedu espressament l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent tal-impjanti nukleari ( 17 ), imma ma humiex ibbażati b’mod integrattiv fuq it-Trattat KEEA.

    47.

    Għalkemm il-Belġju jsostni li l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni lanqas ma jista’ jkun imur kontra l-għanijiet tat-Trattat KEEA, b’mod partikolari l-għan ta’ sigurtà tal-provvista fis-sens tal-Artikolu 2(d) EA, madankollu, dan tal-aħħar jittratta l-provvista ta’ minerali u kombustibbli nukleari. Ma jirriżultax li din kienet tkun affettwata minn evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent jew minn parteċipazzjoni tal-pubbliku.

    48.

    Il-partijiet l-oħra u l-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali) huma barra minn hekk tal-opinjoni unanima u korretta li t-Trattat KEEA ma jipprekludix applikazzjoni tal-konvenzjonijiet u tad-direttivi kkontestati.

    B.   Atti leġiżlattivi fl-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent

    49.

    Id-domandi 2, 4, u 7 tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari jikkonċernaw iċ-ċirkustanza li l-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku tal-impjanti nukleari ta’ Doel 1 u 2 ġie pprorogat permezz ta’ provvediment leġiżlattiv. Għaldaqstant, il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali) tistaqsi jekk, għall-finijiet tal-konvenzjonijiet ta’ Espoo u Aarhus, kif ukoll tad-Direttiva SEA, provvediment leġiżlattiv jirrikjedix evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.

    50.

    Skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva SEA, din ma tapplikax għall-proġetti adottati fid-dettall permezz ta’ att leġiżlattiv nazzjonali speċifiku, billi l-għanijiet imfittxija minn din id-direttiva, inkluż l-għan tad-disponibbiltà tal-informazzjoni, għandhom jinkisbu permezz tal-proċedura leġiżlattiva.

    51.

    Min-naħa l-oħra, l-atti leġiżlattivi ma humiex espressament esklużi mill-Konvenzjoni ta’ Espoo. Fil-fatt, l-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jipprevedi eċċezzjoni għal-leġiżlazzjoni. Madankollu din hija fformulata b’mod li huma esklużi biss il-korpi jew l-istituzzjonijiet li jaġixxu fl-eżerċizzju tas-setgħa leġiżlattiva.

    52.

    Iż-żewġ konvenzjonijiet jistgħu għaldaqstant jiftiehmu fis-sens li huma jinkludu anki atti tal-leġiżlatur, meta dan ma jkunx aġixxa bħala leġiżlatur, jiġifieri fl-eżerċizzju tas-setgħa leġiżlattiva, imma bħala awtorità amministrattiva li tawtorizza proġett ( 18 ).

    53.

    Prima facie, dan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-evalwazzjoni tal-ambjent, iktar wiesa’ meta mqabbel mad-Direttiva SEA, jidher preferibbli, għaliex inkella jista’ jeżisti riskju ta’ evitar, li jista’ jikkonkretizza ruħu proprju fil-każ ta’ proġetti kbar, li jista’ jkollhom effett partikolarment sinjifikattiv fuq l-ambjent.

    54.

    Dan l-evitar jista’ jikser mhux biss iż-żewġ konvenzjonijiet, imma anki obbligu ġenerali ta’ evalwazzjoni tal-ambjent stabbilit mid-dritt internazzjonali. Fil-fatt, skont il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ), l-Istati kollha huma obbligati li jwettqu evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent meta jeżisti r-riskju li attività prevista jew proposta f’kuntest transkonfinali jista’ jkollha effetti negattivi sinjifikattivi ( 19 ). Barra minn hekk, skont prinċipju ġenerali tad-dritt internazzjonali, li per eżempju jinsab espress fl-Artikoli 27 u 46 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna fuq id-dritt tat-trattati ( 20 ), l-Istati ma jistgħux jinvokaw l-ordinament ġuridiku nazzjonali tagħhom stess, inkluż it-tqassim intern tagħhom tal-kompetenzi, sabiex jiġġustifikaw il-ksur ta’ obbligi tad-dritt internazzjonali. F’dan ir-rigward, fid-dritt tal-Unjoni japplikaw l-istess prinċipji ( 21 ). Konformement ma’ dan, sadanittant anki l-eċċezzjoni – suġġett ta’ formulazzjoni ġdida – għall-atti leġiżlattivi nazzjonali speċifiċi li jissemmew fl-Artikolu 2(5) tal-verżjoni tad-Direttiva SEA introdotta bid-Direttiva 2014/52/UE ( 22 ), li kienet għadha mhux applikabbli fil-kawża prinċipali, teskludi applikazzjoni għall-evalwazzjoni ta’ effetti fuq l-ambjent transkonfinali fis-sens tal-Artikolu 7.

    55.

    Barra minn hekk, fl-aħħar nett il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex tiddeċiedi, f’dan il-każ, dwar il-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw mill-kuntrast li apparentement jeżisti bejn l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva SEA u l-Konvenzjonijiet ta’ Espoo u Aarhus. L-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 1(4) infatti, essenzjalment timpedixxi ksur tal-konvenzjonijiet.

    56.

    Dwar l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva SEA, hija ddikjarat li l-proġetti huma eżentati mill-proċedura ta’ evalwazzjoni biss meta jkunu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet. Fl-ewwel lok, il-proġett għandu jiġi adottat fid-dettall permezz ta’ att leġiżlattiv speċifiku; fit-tieni lok, l-għanijiet tad-direttiva, inklużi dawk tal-provvista ta’ informazzjoni, għandhom jintlaħqu permezz tal-proċedura leġiżlattiva ( 23 ).

    57.

    L-ewwel kundizzjoni timplika li l-att leġiżlattiv ikun jinkludi l-istess karatteristiċi bħall-awtorizzazzjoni fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva SEA ( 24 ). Sa fejn ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jirrigwarda dan il-punt, ser neżaminah fil-kuntest tal-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ( 25 ).

    58.

    It-tieni kundizzjoni timplika li l-għanijiet tad-Direttiva SEA għandhom jintlaħqu permezz tal-proċedura leġiżlattiva. F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 2(1) jirriżulta li l-għan essenzjali ta’ din id-direttiva huwa li jiġi ggarantit li l-proġetti li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, b’mod partikolari minħabba n-natura tagħhom, id-daqs jew il-lokalizzazzjoni tagħhom, ikunu s-suġġett ta’ evalwazzjoni tal-effetti tagħhom fuq l-ambjent “qabel l-għoti ta’ awtorizzazzjoni” ( 26 ).

    59.

    Minn dan isegwi li l-leġiżlatur għandu jkollu għad-dispożizzjoni, meta tingħata l-awtorizzazzjoni tal-proġett, informazzjoni suffiċjenti. F’dan ir-rigward, l-informazzjoni li l-iżviluppatur għandu jipprovdi tinkludi minn tal-inqas deskrizzjoni tal-proġett b’informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni, in-natura u d-daqs tiegħu, deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jiġu evitati, jitnaqqsu u possibbilment jiġu kkumpensati effetti negattivi rilevanti, kif ukoll id-data neċessarji sabiex jiġu identifikati u evalwati l-effetti prinċipali li l-proġett jista’ jkollu fuq l-ambjent ( 27 ).

    60.

    Barra d-disponibbiltà tal-informazzjoni, permezz tal-proċedura leġiżlattiva għandha tiġi ggarantita parteċipazzjoni suffiċjenti tal-pubbliku. Infatti, kif jirriżulta mill-premessi 16, 17 u 19, anki din tikkostitwixxi għan essenzjali tad-Direttiva SEA. U dan jinkludi neċessarjament anki l-parteċipazzjoni transkonfinali tal-pubbliku, għaliex, skont il-premessa 15, id-Direttiva għandha tiggarantixxi l-attwazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Espoo.

    61.

    Ir-rekwiżiti taż-żewġ konvenzjonijiet għandhom għaldaqstant jiġu ssodisfatti jekk, fil-ħin tal-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv, jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva SEA.

    62.

    Għaldaqstant ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi 2, 4, u 7 tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari għandha tkun li, skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva SEA, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva biss il-proġetti adottati fid-dettall permezz ta’ att leġiżlattiv speċifiku, b’mod li l-għanijiet ta’ din id-direttiva jkunu ntlaħqu permezz tal-proċedura leġiżlattiva. Għandha tkun il-qorti nazzjonali li tivverifika, billi tieħu inkunsiderazzjoni kemm il-kontenut tal-att leġiżlattiv adottat kif ukoll il-proċedura leġiżlattiva kollha li wasslet għall-adozzjoni tiegħu u, b’mod partikolari, ix-xogħlijiet preparatorji u d-dibattiti parlamentari, jekk l-att leġiżlattiv huwiex ekwivalenti għall-awtorizzazzjoni ta’ proġett u jekk l-għanijiet tad-Direttiva jkunux intlaħqu fil-proċedura leġiżlattiva ( 28 ).

    C.   Fuq il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku

    63.

    L-għanijiet tad-Direttiva SEA jew rispettivament tal-konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Aarhus għandhom barra minn hekk jintlaħqu biss sa fejn il-miżura kkontesta tidħol fil-kamp rispettiv ta’ applikazzjoni. Dan premess, bid-domanda 1, bid-domanda 3(a), u bid-domanda 5(a), kif ukoll permezz tal-ewwel mistoqsija tad-domanda 6(a), il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali) tistaqsi jekk il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku fiż-żewġ impjanti nukleari għandhiex tiġi kkunsidrata bħala proġett.

    1. Kunċett ta’ proġett tad-Direttiva SEA

    64.

    Għaldaqstant l-ewwel parti tad-domanda 6(a) hija intiża sabiex tikkjarifika jekk il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku tal-impjanti nukleari hijiex proġett fis-sens tad-Direttiva SEA.

    65.

    L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva SEA jiddefinixxi proġett bħala “l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ stallazzjonijiet jew skemi oħra” (l-ewwel inċiż), kif ukoll “interventi oħra fil-madwar u fil-pajsaġġ naturali inklużi dawk li jinvolvu l-estrazzjoni ta’ riżorsi naturali” (it-tieni inċiż).

    66.

    F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-kelma “proġett” tikkonċerna xogħlijiet jew interventi li jinvolvu modifiki fl-aspett fiżiku tas-sit ( 29 ). Għalhekk, is-sempliċi tiġdid ta’ awtorizzazzjoni eżistenti għall-operazzjoni ta’ proġett, fl-assenza ta’ xogħlijiet jew ta’ interventi ta’ modifika tar-realtà fiżika tas-sit, ma jistax jiġi kklassifikat bħala proġett fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva SEA ( 30 ).

    67.

    Fil-fatt, din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva SEA bbażata fuq il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija possibbli; madankollu, ma hijiex konformi mal-Konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Aarhus.

    2. Kunċett ta’ proġett fil-Konvenzjoni ta’ Espoo

    68.

    Huwa minnu li l-kunċett ta’ proġett fil-Konvenzjoni ta’ Espoo ma jissemmiex espressament fid-domandi tal-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali); madankollu, kemm id-domanda 1 kif ukoll id-domanda 3(a) essenzjalment jagħmlu riferiment għalih. B’mod partikolari bl-ewwel domanda mhux qed jiġi mistoqsi jekk iż-żewġ dokumenti li jissemmew hemmhekk humiex vinkolanti; fil-fatt dawn ma għandhom l-ebda ambizzjoni bħal din. Din id-domanda hija pjuttost intiża sabiex tiċċara jekk it-teżi espressa fihom, li tgħid li t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ impjant nukleari huwa proġett, hijiex korretta. Fl-aħħar nett, huwa dan li essenzjalment tistaqsi d-domanda 3(a).

    a) Il-ġurisdizzjoni ta’ interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

    69.

    Analiżi tal-kunċett ta’ proġett tal-Konvenzjoni ta’ Espoo tippresupponi qabel xejn li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha bħala regola ġenerali ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta l-Konvenzjoni.

    70.

    Billi l-Komunità Ewropea ta’ dak iż-żmien approvat il-Konvenzjoni ta’ Espoo, illum id-dispożizzjonijiet tagħha jifformaw parti integrali mill-ordni legali tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 216(2) TFUE ( 31 ).

    71.

    Għalkemm il-Konvenzjoni ġiet iffirmata mill-Komunità u mill-Istati Membri kollha tagħha bis-saħħa ta’ kompetenza kondiviża ( 32 ), madankollu meta tiġi adita fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, l-Qorti tal-Ġustizzja għandha kompetizzjoni sabiex tiddefinixxi l-obbligi assunti mill-Unjoni u dawk li jibqgħu r-responsabbiltà esklużiva tal-Istati Membri u sabiex (għal dan l-iskop) tinterpreta d-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni ( 33 ). Meta hija tasal għall-konklużjoni li d-dispożizzjoni kkunsidrata tidħol fost l-obbligi assunti mill-Unjoni, anki l-interpretazzjoni tagħha taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tagħha.

    72.

    Il-Konvenzjoni ta’ Espoo tipprevedi għall-awtorizzazzjoni ta’ attivitajiet partikolari parteċipazzjoni transkonfinali tal-pubbliku b’eżami tal-effetti fuq l-ambjent. Fil-biċċa l-kbira dawn id-dispożizzjonijiet ġew trasposti permezz tad-Direttiva SEA, b’mod partikolari permezz tal-Artikolu 7, u għalhekk huma jirrelataw ma’ qasam li fil-biċċa l-kbira huwa kopert mid-dritt tal-Unjoni. Diġà għal dan il-motiv il-Qorti tal-Ġustizzja għandha minn tal-inqas ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni li jirrigwardaw din l-evalwazzjoni tal-ambjent ( 34 ).

    73.

    Anki jekk ikollu jiġi konkluż li proġetti partikolari jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri, jeżisti interess ċert sabiex dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li tista’ ssib applikazzjoni kemm għal sitwazzjonijiet koperti mid-dritt nazzjonali kif ukoll għal sitwazzjonijiet koperti mid-dritt tal-Unjoni, tirċievi interpretazzjoni uniformi, sabiex tiġi evitata diverġenza futura ta’ interpretazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li fihom għandha tiġi applikata ( 35 ).

    74.

    Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta l- Konvenzjoni b’riferiment għall-evalwazzjoni tal-ambjent.

    b) Il-kunċett ta’ proġett fil-Konvenzjoni ta’ Espoo

    75.

    Fis-sens tal-Artikolu 1(5) tal-Konvenzjoni ta’ Espoo, il-kunċett ta’ “attività proposta” jinkludi kull attività jew kull proġett intiżi sabiex ibiddlu attività b’mod sinjifikattiv. Fid-dawl tal-kunċett ta’ proġett fih innifsu, din id-definizzjoni hija ovvjament ċirkulari; infatti, b’differenza mid-Direttiva SEA, tonqos definizzjoni li tiddeskrivi b’mod iktar iddettaljat l-atti neċessarji.

    76.

    Barra minn hekk huwa possibbli li jsir rikors għall-proġetti konkreti msemmija fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni ta’ Espoo, sabiex jiġi ddeterminat b’mod iktar speċifiku l-kunċett ta’ proġett ( 36 ). Huma biss dawn il-proġetti li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konvenzjoni u jistgħu jagħtu lok għal obbligu ta’ evalwazzjoni tal-ambjent.

    77.

    F’dan is-sens, hemm xi tipi ta’ proġetti li jkunu kkaratterizzati minn azzjonijiet determinati, pereżempju d-deforestazzjoni ta’ uċuħ kbar (punt 17 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni ta’ Espoo) jew il-kostruzzjoni ta’ awtostradi, expresways u linji ferrovjarji, kif ukoll ta’ ċerti ajruporti (punt 7). Il-biċċa l-kbira tat-tipi ta’ proġetti tinkludi, għall-kuntrarju, tipi speċifiċi ta’ impjanti jew strutturi fihom infushom, pereżempju raffineriji taż-żejt (Nru 1), impjanti kbar għall-ipproċessar primarju tal-ħadid fondut u tal-azzar u għall-produzzjoni ta’ metalli mingħajr ħadid (Nru 4) jew impjanti kimiċi integrati (Nru 6).

    78.

    L-impjanti tal-elettriku termiku (punt 2 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni ta’ Espoo) jidħlu f’din it-tieni kategorija. Minn dan il-punt il-kumitat ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Espoo korrettament ikkonkluda li mhux biss il-kostruzzjoni u l-attivazzjoni ta’ reattur nukleari, imma anki l-kontinwazzjoni tal-eżerċizzju ta’ reattur għal żmien itwal mill-perijodu inizjalment awtorizzat huwa proġett. Dan l-eżerċizzju, infatti, jista’ jikkawża effetti transkonfinali negattivi kunsiderevoli ( 37 ). Għaldaqstant, anki t-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni ta’ impjant nukleari jikkostitwixxi proġett.

    79.

    Huwa minnu li l-Belġju jsostni li l-liċenzja ta’ operazzjoni tal-impjanti nukleari inkwistjoni ma hijiex limitata ratione temporis. Huwa biss il-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku li ġie pprorogat.

    80.

    Madankollu, l-operazzjoni ta’ impjant nukleari ma hijiex għan fiha nnifisha. Hija pjuttost iġġustifikata biss għall-produzzjoni tal-elettriku. Mingħajr il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali ta’ enerġija mill-impjanti nukleari ta’ Doel 1 u 2, il-produzzjoni tal-elettriku ma setgħetx tiġi attivata mill-ġdid jew kien ikollha tieqaf, rispettivament. Għal dan il-motiv, l-impjant nukleari ta’ Doel 1 kien saħansitra ngħalaq provviżorjament, sad-dħul fis-seħħ tal-liġi. Għaldaqstant, is-sitwazzjoni hija ċertament paragunabbli mal-każ evalwat mill-kumitat ta’ applikazzjoni ( 38 ).

    81.

    Hija iktar f’saħħitha l-oġġezzjoni tar-Repubblika Ċeka, li tgħid li, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, evalwazzjoni ġdida tal-effetti fuq l-ambjent ta’ impjant nukleari diġà awtorizzata tkun tiddependi biss fuq jekk l-Istat ikkonċernat ikunx illimita l-awtorizzazzjoni ratione temporis.

    82.

    Barra minn hekk, din l-oġġezzjoni bl-ebda mod ma taffettwa l-fatt li t-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni jista’ jkollu riperkussjonijiet notevoli fuq l-ambjent u li għaldaqstant t-twettiq ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent huwa konformi mhux biss mal-formulazzjoni, imma anki mal-għanijiet tal-Konvenzjoni ta’ Espoo.

    83.

    Huwa minnu li, bħala prinċipju jkun f’loku li, anki fil-każ ta’ impjanti nukleari awtorizzati għal żmien indeterminat u ta’ impjanti simili, jiġi deċiż perjodikament, wara konsultazzjoni pubblika, jekk, fid-dawl tal-effetti tagħhom fuq l-ambjent, ikunx iġġustifikat li jinżammu operattiva. Barra minn hekk, iċ-ċirkustanza li dan ma huwiex previst fil-Konvenzjoni ta’ Espoo ma tiġġustifikax l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-konvenzjoni ta’ deċiżjonijiet effettivament neċessarji dwar it-tkomplija tal-operat.

    84.

    Barra minn hekk, ser naraw fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus li anki l-verifika tal-awtorizzazzjoni tal-impjanti nukleari prevista f’atti regolatorji oħra tista’ tagħti lok għal obbligu ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku flimkien ma’ eżami tal-effetti fuq l-ambjent ( 39 ).

    85.

    Barra minn hekk għandu jiġi nnotat li l-klassifikazzjoni ta’ attività bħala proġett fis-sens tal-Artikolu 1(5) u tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni ta’ Espoo ma tirrikjedix neċessarjament, b’differenza mill-proġetti li jissemmew fl-Artikolu (4)(1) u fl-Anness I tad-Direttiva SEA, evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Fil-kuntest tal-Artikolu 2(3) tal-Konvenzjoni ta’ Espoo, infatti, huwa preżunt b’mod inkonfutabbli li proġett fis-sens tal-Appendiċi I ser ikollu effetti transkonfinali negattivi kunsiderevoli fuq l-ambjent u għaldaqstant jirrikjedi evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Dan huwa enfasizzat b’mod partikolari fl-Artikolu 3(7) tal-konvenzjoni, li, għall-każijiet ikkontestati, jipprevedi proċedura interstatali sabiex jiġi kkonstatat jekk dawn l-effetti humiex probabbli.

    86.

    Madankollu l-fatt li l-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ impjant nukleari jista’ jkollha effetti sinjifikattivi transkonfinali negattivi fuq l-ambjent huwa kkonfermat, inter alia, mill-fatt li kemm ir-riskju ta’ inċident serju kif ukoll il-kwantità ta’ skart prodott ser jiżdiedu b’mod korrispondenti fil-każ ta’ prolongazzjoni tal-attività ta’ impjant nukleari. Meta ma jiġux adottati miżuri ta’ konsolidazzjoni, barra minn hekk, hemm biża’ raġonevoli li r-riskji ta’ inċidenti minħabba d-deterjorament tal-impjant jiżdiedu b’mod sproporzjonat. Għaldaqstant, il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku tal-impjanti nukleari jista’ jkollha effetti transkonfinali negattivi sinjifikattivi fuq l-ambjent, li jiġġustifikaw evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Dwar il-kontestazzjoni prinċipali, għandu jitfakkar barra minn hekk li l-impjanti nukleari jinsabu qrib il-Pajjiżi l-Baxxi, u li, fil-każ ta’ inċident serju, probabbilment ser ikunu affettwati anki Stati Membri oħra.

    87.

    Barra minn hekk, eżami tal-effetti fuq l-ambjent fl-okkażjoni ta’ proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni tal-elettriku jagħmel sens anki għaliex, matul l-operazzjoni għal tul ta’ diversi snin ta’ impjant elettriku, normalment jinkiseb għarfien xjentifiku ġdid fuq ir-riskji konnessi, li ma setgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni qabel dak il-mument ( 40 ). Barra minn hekk, kif sostnut mill-Portugall, proprju fil-każ ta’ diversi impjanti iktar qodma qatt ma kienet twettqet evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent bil-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

    88.

    Min-naħa l-oħra, fil-każ ta’ prolongamenti tal-użu ta’ impjanti nukleari għal perijodi ta’ żmien qosra ħafna, bħala regola, ma tkunx neċessarja evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Infatti, tipikament dawn it-titwil ma jistax jikkawżaw effetti negattivi sinjifikattivi fuq l-ambjent. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex tiddeċiedi dwar fejn preċiżament għandha tinġibed il-linja, għaliex il-proroga ta’ għaxar snin hija f’kull każ suffiċjenti sabiex tibbaża r-riskju ta’ dawn l-effetti fuq l-ambjent.

    89.

    Għaldaqstant ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi 1 u 3(a) għandha tkun fis-sens li l-proroga ta’ għaxar snin tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku hija proġett fis-sens tal-Artikolu 1(5) u tal-punt 2 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni ta’ Espoo, li, skont l-Artikolu 2(3) teħtieġ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent transkonfinali, għaliex tista’ tikkawża effetti transkonfinali negattivi sinjifikattivi fuq l-ambjent.

    3. Il-kunċett ta’ proġett tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus

    90.

    Id-domanda 5(a) tirrigwarda l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, li jirregola l-parteċipazzjoni tal-pubbliku f’eżami tal-effetti fuq l-ambjent, għall-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku f’impjant nukleari.

    a) Il-proroga bħala “proġett”

    91.

    L-Artikolu 6(1)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jipprevedi li l-Artikolu 6 għandu jiġi applikat għad-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-attivitajiet proposti elenkati fl-Anness I. F’dan ir-rigward, il-kunċett ta’ “attività” jikkorrispondi għall-kunċett ta’ “proġett” użat fid-Direttiva SEA.

    92.

    Fil-ħames inċiż tal-punt 1 tal-Anness I tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jissemmew l-“impjanti nukleari”, u ma hemm iffissat l-ebda limitu dwar l-operazzjoni kummerċjali. B’differenza mill-Konvenzjoni ta’ Espoo, ma huwiex neċessarju li jiġi vverifikat jekk, fil-każ individwali partikolari, dan il-proġett jkollux effetti negattivi kunsiderevoli fuq l-ambjent.

    93.

    Il-liġi kkontestata awtorizzat il-produzzjoni tal-elettriku fiż-żewġ impjanti nukleari għal għaxar snin oħra. Kif enfasizzat mill-Belġju u minn Electrabel, l-impjanti nukleari jgawdu wkoll minn liċenzja ta’ eżerċizzju għal żmien indeterminat, li ma ġietx ippreġudikata bil-limitazzjoni ratione temporis tal-produzzjoni tal-elettriku. Barra minn hekk, kif diġà espost fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Espoo ( 41 ), il-produzzjoni tal-elettriku tikkostitwixxi l-motiv għall-operazzjoni tal-impjanti nukleari. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku f’impjant nukleari għandha tiġi kkunsidrata wkoll bħala awtorizzazzjoni tal-attività “impjanti nukleari” fis-sens tal-ħames inċiż tal-punt 1 tal-Anness I tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.

    94.

    Għal dak li jirrigwarda ċ-ċirkustanza li dan huwa każ ta’ tiġdid ta’ awtorizzazzjoni eżistenti, l-Artikolu 6(1)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma huwiex limitat għall-ewwel awtorizzazzjoni ta’ attività. Għaldaqstant, bħala prinċipju, din id-dispożizzjoni tinkludi wkoll awtorizzazzjoni ġdida ta’ attività.

    95.

    Huwa minnu li l-Konvenzjoni ta’ Aarhus tinkludi dispożizzjonijiet speċjali għall-eżami mill-ġdid (Artikolu 6(10)) u l-emenda (punt 22 tal-Anness I) tal-awtorizzazzjonijiet. Madankollu, kif sejjer nesponi iktar ’il quddiem, dawn id-dispożizzjonijiet ma jagħtux il-preċedenza lill-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1)(a) u tal-ħames inċiż tal-punt 1 tal-Anness I, fuq il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku.

    b) L-eżami mill-ġdid tal-awtorizzazzjonijiet bħala “proġett”

    96.

    Prima facie, l-Artikolu 6(10) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jista’ jkun lex specialis fil-konfront tal-Artikolu 6(1)(a). Fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, kull Parti għandha tipprovdi sabiex, fil-każijiet li fihom awtorità pubblika twettaq l-eżami mill-ġdid jew il-bidla tal-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju ta’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fis-subartikolu 1, jiġu applikati mutatis mutandis u fejn neċessarju d-dispożizzjonijiet tas-subartikoli 2 sa 9. F’dawn is-subartikoli, huma rregolati d-dettalji tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku b’eżami tal-effetti fuq l-ambjent.

    97.

    Huwa minnu li l-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku kienet marbuta ma’ eżami mill-ġdid u ma’ bidla tal-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju, b’mod partikolari permezz tal-miżuri ta’ konsolidazzjoni miftehma. Għaldaqstant, anki għal din ir-raġuni waħedha tista’ neċessarja parteċipazzjoni tal-pubbliku b’eżami tal-effetti fuq l-ambjent ( 42 ).

    98.

    Madankollu, fl-aħħar mill-aħħar, eżami mill-ġdid jew bidla tal-awtorizzazzjoni tal-impjanti nukleari ma jikkostitwixxix każ speċjali ta’ awtorizzazzjoni ta’ impjant nukleari permezz tal-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni tal-elettriku. Għaldaqstant l-Artikolu 6(10) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma jikkostitwixxix lex specialis fil-konfront tal-Artikolu 6(1)(a).

    99.

    Barra minn hekk, dan l-eventwali obbligu ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku f’eżami tal-effetti fuq l-ambjent minħabba eżami mill-ġdid jew bidla tal-awtorizzazzjoni ta’ impjant nukleari jinvalida l-oġġezzjoni tar-Repubblika Ċeka, li tgħid li applikazzjoni tal-kunċett ta’ proġett għat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet tkun kontradittorja, għaliex ma tkunx tinkludi l-impjanti nukleari awtorizzati għal żmien indeterminat ( 43 ). Infatti, il-verifika perjodika tas-sigurtà tal-impjanti nukleari prevista fl-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni ta’ Vienna fuq is-sigurtà nukleari ( 44 ) u fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2009/71/Euratom ( 45 ) tista’ twassal, permezz tal-Artikolu 6(10) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, għal parteċipazzjoni tal-pubbliku b’eżami tal-effetti fuq l-ambjent. Il-Belġju jsostni, barra minn hekk, li, fil-każ ta’ tali eżami mill-ġdid, l-awtoritajiet tiegħu iwettqu evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Dwar impjanti oħra ta’ daqs ikbar, obbligi ta’ eżami mill-ġdid huma wkoll ibbażati fuq id-Direttiva fuq l-Emissjonijiet Industrijali ( 46 ).

    c) Il-bidla jew l-estensjoni bħala “proġett”

    100.

    Fl-ewwel sentenza tal-punt 22 tal-Anness I tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus hemm previst li kull bidla jew estensjoni ta’ attività hija suġġetta għall-Artikolu 6(1)(a) meta fiha nnifisha din tissodisfa l-kriterji/limiti stabbiliti f’dan l-anness. Anki din tista’ titqies bħala lex specialis fil-konfront tal-Artikolu 6(1)(a) moqri flimkien mal-ħames inċiż tal-punt 1 tal-Anness I.

    101.

    Il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ impjant nukleari tikkostitwixxi estensjoni ratione temporis ta’ tali attività u l-miżuri ta’ konsolidazzjoni miftehma jaqgħu fil-kunċett ta’ bidla. Peress li għall-impjanti nukleari intiżi għall-produzzjoni kummerċjali tal-elettriku ma humiex previsti limiti, anki din id-dispożizzjoni tirrikjedi parteċipazzjoni tal-pubbliku ( 47 ).

    102.

    Minkejja dan, l-ewwel sentenza tal-punt 22 tal-Anness I tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma tikkostitwixxix lex specialis fil-konfront tal-ħames inċiż tal-punt 1 tal-Anness I għall-każ tal-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni tal-elettriku. L-estensjoni tal-operazzjoni ta’ impjant, infatti, hija differenti minn “sempliċi” bidla jew estensjoni anki għaliex mingħajr l-estensjoni l-attività kienet tispiċċa.

    d) Konklużjoni intermedja

    103.

    Għaldaqstant ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda 5(a) għandha tkun fis-sens li l-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ ċerti impjanti nukleari għandha titqies, minn naħa, bħala awtorizzazzjoni ta’ attività fis-sens tal-Artikolu 6(1)(a) u tal-ħames inċiż tal-punt 1 tal-Anness I tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u, min-naħa l-oħra, bidla u estensjoni ratione temporis tal-operazzjoni ta’ impjanti nukleari fis-sens tal-Artikolu 6(1)(a) u tal-ewwel sentenza tal-punt 22 tal-Anness I moqrija flimkien mal-ħames inċiż tal-punt 1.

    4. Il-kontradizzjoni bejn l-interpretazzjoni adottata s’issa tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva SEA u ż-żewġ konvenzjonijiet

    104.

    Konsegwentement, il-Konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Aarhus jirrikjedu evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent transkonfinali jew rispettivament parteċipazzjoni tal-pubbliku flimkien ma’ eżami tal-effetti fuq l-ambjent tal-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ ċerti impjanti nukleari. Min-naħa l-oħra, l-interpretazzjoni adottata s’issa tad-definizzjoni ta’ proġett li tidher fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva SEA teskludi miżura bħal din mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

    a) Interpretazzjoni konformi mad-dritt internazzjonali tal-kunċett ta’ proġett tad-Direttiva SEA

    105.

    Madankollu, peress li d-Direttiva SEA hija intiża sabiex timplimenta f’miżura wiesgħa l-konvenzjonijiet ( 48 ), huwa mixtieq li din tiġi interpretata f’konformità magħhom ( 49 ). Barra minn hekk, il-kompetenzi tal-Unjoni għandhom jiġu eżerċitati f’osservanza tad-dritt internazzjonali; għaldaqstant, l-interpretazzjoni tad-dritt sekondarju tal-Unjoni għandha, bħala prinċipju, issir f’konformità mal-obbligi tagħha tad-dritt internazzjonali ( 50 ).

    106.

    L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva SEA jħalli wisa’ għal interpretazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti taż-żewġ konvenzjonijiet; infatti, it-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni jista’ jiġi kkunsidrat bħala intervent ieħor fil-madwar u fil-pajsaġġ naturali.

    107.

    Barra minn hekk, il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tħossx li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva SEA adottata s’issa hija vinkolanti b’mod assolut jirriżulta wkoll mill-fatt li, tal-inqas fl-ewwel waħda miż-żewġ sentenzi rilevanti, ħasset li kien neċessarju li tibbaża l-konklużjoni tagħha, li tgħid li d-Direttiva ma hijiex applikabbli għall-proġett ikkontestat, anki fuq it-tip ta’ proġett rilevanti li jissemma fl-Anness I. F’dak il-każ, kienet involuta b’mod partikolari l-kostruzzjoni ta’ ajruport fis-sens tal-punt 7(a) ( 51 ). Madankollu s-sempliċi tiġdid ta’ liċenzja ta’ operazzjoni mingħajr miżuri ta’ kostruzzjoni ma jista’ b’ebda mod jitqies li huwa kostruzzjoni ta’ ajruport. Min-naħa l-oħra, it-tip ta’ proġett ta’ impjanti nukleari ma huwiex limitat għall-kostruzzjoni.

    108.

    Għaldaqstant, fid-dawl tal-obbligu interstatali li jiġu eżaminati l-effetti transkonfinali fuq l-ambjent, li jirriżulta kemm mill-Konvenzjoni ta’ Espoo kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-QIĠ ( 52 ), jidher neċessarju li, kif propost mir-Repubblika tal-Ġermanja waqt is-seduta, fil-kunċett ta’ proġett tad-Direttiva SEA jiġi inkluż tal-inqas it-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet li jista’ jkollhom bħala riżultat impatt transkonfinali dannuż importanti fis-sens tal-Konvenzjoni ta’ Espoo.

    109.

    Madankollu, anki lil hinn minn dan kollu, jiġifieri fir-rigward ta’ każijiet sempliċement nazzjonali, l-interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ proġett tikkorrispondi iktar mal-għan tad-Direttiva SEA, kif ukoll mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, konsistenti fil-garanzija tal-eżami tal-effetti fuq l-ambjent ta’ proġetti li dwarhom huwa previst impatt sinjifikattiv fuq l-ambjent, b’mod partikolari minħabba n-natura, id-daqs jew il-lokalizzazzjoni tagħhom. F’dan ir-rigward, l-estensjoni tal-operazzjoni ta’ impjant jista’ ċarament ikollha impatt sinjifikattiv fuq l-ambjent, mhux biss minħabba l-kontinwazzjoni tal-operazzjoni, imma anki minħabba bidla tal-kundizzjonijiet ambjentali fiż-żoni tal-madwar. Barra minn hekk, meta tittieħed id-deċiżjoni fuq it-titwil, jista’ jkun hemm għarfien xjentifiku ġdid.

    110.

    Fl-aħħar nett, għandu jitfakkar li r-rikonoxximent tat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni bħala proġett ma jimponix ukoll it-twettiq ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Infatti, huma biss it-tipi ta’ proġett li jippreżentaw ċertu riskju għall-ambjent li jissemmew fl-Annessi I u II li huma suġġetti għall-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent fis-sens tad-Direttiva SEA. u biss f’dan il-kuntest ser ikun neċessarju li jiġi eżaminat jekk tiġdidiet partikolari humiex suffiċjentement rilevanti sabiex jiġġustifikaw evalwazzjoni.

    111.

    Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi 1, 3(a), u 5(a), kif ukoll għall-ewwel mistoqsija tad-domanda 6(a) għandha tkun fis-sens li, kuntrarjament għal dak iddikjarat sa issa mill-ġurisprudenza, il-kunċett ta’ proġett fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva SEA jinkludi l-proroga ta’ għaxar snin tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ impjant nukleari.

    112.

    Fid-dawl ta’ din il-konklużjoni u tat-tbegħid mill-ġurisprudenza adottata sa issa, huwa konċepibbli li l-effetti ta’ sentenza korrispondenti jiġu ċċirkoskritti sabiex jiġu limitati r-riskji għaċ-ċertezza legali ta’ miżuri adottati abbażi tal-ġurisprudenza mogħtija sa issa mill-Qorti tal-Ġustizzja mingħajr evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ( 53 ). Madankollu, numru limitat ħafna ta’ proġetti jista’ jkun espost għar-riskju ta’ appell minħabba l-ksur tad-Direttiva SEA, għaliex id-dritt tal-Unjoni ma jeskludix limiti ta’ żmien għal appell ( 54 ). Barra minn hekk, iż-żewġ konvenzjonijiet u l-prattika tal-ġurisprudenza tar-rispettivi kumitati ta’ kontroll setgħu ċertament joħolqu dubji dwar id-dipendenza fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant ma nħossx li huwa neċessarju li l-effetti tas-sentenza jiġu limitati.

    b) Fuq l-effettività diretta tal-konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Aarhus

    113.

    Barra minn hekk, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssegwi l-ġurisprudenza tagħha fuq il-kunċett ta’ proġett li jissemma fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva SEA, tqum id-domanda jekk, minn tal-inqas fir-rigward tad-definizzjoni tal-proġetti li jeħtieġu evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, il-konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Aarhus għandhomx effetti diretti.

    114.

    Id-dispożizzjonijiet ta’ konvenzjoni konkluża mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ma’ Stati terzi għandhom effett dirett meta, meħud inkunsiderazzjoni t-test tagħhom, kif ukoll l-għan u n-natura ta’ dan il-ftehim, jew rispettivament it-“tipoloġij u struttura” tagħhom, jistabbilixxu obbligi ċari u preċiżi li, fl-implimentazzjoni u l-effetti tagħhom, ma huma suġġetti għal ebda intervent ta’ xi att ulterjuri ( 55 ).

    115.

    L-atti bħad-Direttiva SEA ma jipprekludux applikazzjoni diretta ta’ dawn il-konvenzjonijiet. Infatti, meta jikkonkludu ftehim bħal dan, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma marbutin bih abbażi tal-Artikolu 216(2) TFUE; u għalhekk il-ftehim jieħu l-preċedenza fuq l-atti tal-Unjoni ( 56 ).

    116.

    Madankollu, fil-każ partikolari, ma hemmx lok li l-effettività tad-Direttiva SEA tiġi eżaminata fid-dawl taż-żewġ konvenzjonijiet, imma biss li tinstab, bl-għajnuna tal-konvenzjonijiet, lakuna fil-kunċett ta’ proġett u li din timtela b’riferiment dirett għall-kunċett ta’ proġett tal-konvenzjonijiet.

    117.

    F’dan is-sens, lanqas ma tqum id-domanda jekk it-twettiq ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent teħtieġx atti ta’ implimentazzjoni ulterjuri, bħal pereżempju, id-definizzjoni ta’ kuntest proċedurali. Infatti, dan il-kuntest jiġi stabbilit mid-Direttiva SEA u mit-traspożizzjoni tagħha fl-Istati Membri. Huwa għandu jiġi sempliċement applikat għall-proġetti li huma kkontemplati miż-żewġ konvenzjonijiet, imma mhux mid-Direttiva SEA ( 57 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja tipproċedi b’mod identiku fir-rigward ta’ proġetti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6(1)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, li ma jissemmewx espressament fl-Anness tal-konvenzjoni, imma li xorta waħda jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent u li għaldaqstant għandhom jiġu eżaminati ( 58 ).

    118.

    L-għan u n-natura tal-konvenzjonijiet ma jipprekludux din l-applikazzjoni diretta.

    119.

    F’dan ir-rigward għandu importanza fundamentali l-qasam tad-dritt tal-ambjent li huwa s-suġġett tal-konvenzjonijiet. F’dan is-sens, l-Artikolu 1, u l-premessa 7 tal-preambolu tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jenfasizzaw id-dritt ta’ kull persuna li tgħix f’ambjent adatt sabiex jiżgura s-saħħa u l-benesseri tagħha. Skont il-premessa 7 tal-preambolu jeżisti saħansitra d-dmir li jiġi ssalvagwardjat u mtejjeb l-ambjent, individwalment jew kollettivament, fl-interess tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Għal dan il-motiv, il-premessi 8, 13 u 18 tal-preambolu jenfasizzaw in-neċessità li, fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dritt fil-qasam tal-ambjent, jiġu ggarantiti rimedji legali effettivi. Dan għandu jinkludi l-possibbiltà li jsir użu minn regoli tad-dritt internazzjonali fil-qasam tal-ambjent li, l-istess bħad-dritt ta’ parteċipazzjoni fis-sens tal-Konvenzjoni ta’ Espoo, ikunu ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini privati.

    120.

    B’mod koerenti, anki fl-ispjegazzjonijiet tal-proposta ta’ ftehim internazzjonali għall-ambjent jiġi rilevat li l-konvenzjonijiet internazzjonali ta’ dritt tal-ambjent innifishom, kuntrarjament għal sempliċi dikjarazzjonijiet, huma tipikament intiżi sabiex jistabbilixxu drittijiet azzjonabbli u applikabbli direttament ( 59 ).

    121.

    Għaldaqstant, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja timxi fuq il-ġurisprudenza tagħha tal-kunċett ta’ proġett fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva SEA dwar il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku fl-impjanti nukleari, nissuġġerilha li tiddikjara li minkejja dan, id-Direttiva SEA hija applikabbli għal din il-proroga, għaliex ninsabu fil-preżenza ta’ proġett kemm fis-sens tal-Artikolu 1(5) kif ukoll tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni ta’ Espoo u tal-Artikolu 6(1)(a) u tal-Anness I tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.

    5. Fuq il-kwalità ta’ proġett minħabba xogħlijiet oħra

    122.

    Fl-aħħar nett, l-ewwel mistoqsija tad-domanda 6(a) tieħu inkunsiderazzjoni possibbiltà oħra li, fil-kawża prinċipali, tista’ twassal għal deċiżjoni ta’ eżistenza ta’ proġett. Infatti, proġett u awtorizzazzjoni fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva SEA jeżistu anki meta, fil-kuntest tat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni, tittieħed deċiżjoni fuq il-mertu ta’ “pjan ta’ riorganizzazzjoni” li jinvolvi l-bidla jew l-estensjoni ta’ proġett permezz ta’ xogħlijiet jew interventi li jbiddlu r-realtà fiżika u jista’ jkollhom riperkussjonijiet negattivi notevoli fuq l-ambjent ( 60 ).

    123.

    U sa fejn dan il-pjan ta’ riorganizzazzjoni jikkostitwixxi rekwiżit għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni, l-estensjoni tal-operazzjoni tal-proġett inkwistjoni tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni, b’żieda mal-effetti diretti tar-riorganizzazzjoni, kemm fil-kuntest tal-kwistjoni tan-neċessità ta’ evalwazzjoni kif ukoll fil-kuntest tal-evalwazzjoni nnifisha.

    124.

    Għaldaqstant, irrispettivament mill-eventwalità li l-Qorti tal-Ġustizzja taderixxi mal-proposti li jikkonċernaw l-interpretazzjoni konformi mad-dritt internazzjonali tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva SEA jew l-applikazzjoni diretta tal-kunċett ta’ proġett tal-konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Aarhus, il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ impjant nukleari tikkostitwixxi l-awtorizzazzjoni ta’ proġett fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) meta din tkun marbuta mal-awtorizzazzjoni ta’ xogħlijiet jew interventi intiżi għall-bidla jew għall-estensjoni tal-impjant.

    125.

    Mill-perspettiva prattika, isegwi li l-Cour constitutionelle (il-Qorti Kostituzzjonali) għandha tivverifika kemm hija stretta r-rabta bejn il-miżuri previsti intiżi għall-konsolidazzjoni tal-impjanti nukleari kkontestati u l-estensjoni bis-saħħa tal-liġi tal-perijodu ta’ produzzjoni tal-elettriku. Meta l-miżuri ta’ kostruzzjoni jikkostitwixxu kundizzjoni għat-titwil, ninsabu fil-preżenza ta’ proġett uniku ( 61 ). Meta l-miżuri jkunu affettwati inċidentalment biss mit-titwil, mhux ser ikunu parti mill-istess proġett.

    D.   Domandi oħra dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva SEA

    126.

    It-tieni mistoqsija li tinsab fid-domanda 6(a) hija intiża sabiex tiċċara f’liema tip ta’ proġett tal-Annessi I jew II tad-Direttiva SEA tista’ tiġi kklassifikata l-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni ta’ enerġija, jekk ikun il-każ flimkien mal-miżuri ta’ konsolidazzjoni. Fl-assenza ta’ klassifikazzjoni bħal din, infatti, ma jeżisti l-ebda obbligu ta’ evalwazzjoni. Id-domanda 6(b) tikkonċerna l-mument tal-evalwazzjoni.

    1. Il-klassifikazzjoni fl-annessi tad-Direttiva SEA

    127.

    Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja taderixxi għat-teżi ssuġġerita hawnhekk, fis-sens li proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni tal-elettriku hija proġett, dan il-proġett ikollu jiġi kklassifikat fil-punt 2(b) tal-Anness I tad-Direttiva SEA, fejn jissemmew l-impjanti nukleari. Dan jgħodd ukoll fil-każ ta’ applikazzjoni diretta tal-kunċett ta’ proġett tal-konvenzjonijiet ta’ Aarhus u Espoo.

    128.

    Madankollu, jekk jiġi deċiż li jkun hemm proġett fis-sens tad-Direttiva SEA biss minħabba li jkun hemm rabta mal-miżuri ta’ konsolidazzjoni, f’dan il-każ jista’ jitqies li hemm il-bidla ta’ impjant nukleari eżistenti. Il-Cour constitutionelle (il-Qorti Kostituzzjonali) ovvjament titlaq mill-preżuppost li f’dan il-każ huwa rilevanti l-punt 13(a) tal-Anness II tad-Direttiva SEA. Hawnhekk jissemmew il-bidla jew l-estensjoni ta’ proġetti li jidhru fiż-żewġ annessi diġà awtorizzati, irrealizzati jew fil-kors ta’ realizzazzjoni, li jista’ jkollhom riperkussjonijiet negattivi notevoli fuq l-ambjent. L-impatt tagħhom fuq l-ambjent ikollu eventwalment jiġi evalwat fis-sens tal-Artikolu (4)(2) u b’mod partikolari biss meta huma jista’ jkollhom riperkussjonijiet negattivi notevoli fuq l-ambjent.

    129.

    Madankollu l-punt 13(a) tal-Anness II ma huwiex applikabbli espressament għall-bidliet jew għall-estensjonijiet li jinsabu fl-Anness I. Fil-punt 24 tal-Anness I tad-Direttiva SEA jissemmew – konformement mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ( 62 ) – kull bidla jew estensjoni tal-proġetti elenkati f’dan l-anness, meta tali bidla jew estensjoni fiha nfisha tilħaq il-livelli, jekk ikun hemm, iddikjarati f’dan l-anness. Irrispettivament mill-konstatazzjoni ta’ eventwali riperkussjonijiet negattivi notevoli tagħha fuq l-ambjent, bidla bħal din ikollha tiġi sottoposta għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent fis-sens tal-Artikolu (4)(1).

    130.

    Ir-riferiment għall-limiti ma jfissirx li l-punt 24 tal-Anness I tad-Direttiva SEA huwa applikabbli biss għat-tipi ta’ proġett li għalihom huma previsti limiti. Pjuttost, din id-dispożizzjoni ġiet ipprovduta b’kundizzjoni u eċċezzjoni għal din il-kundizzjoni. Il-kundizzjoni hija l-konformità mal-limiti. Barra minn hekk din tapplika biss meta bħala regola ġenerali jkunu ġew stabbiliti limiti.

    131.

    Peress li għall-impjanti nukleari kummerċjali ma humiex previsti limiti, kull bidla jew estensjoni ta’ impjant bħal dan tirrikjedi għaldaqstant, bħala prinċipju, evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Jekk, minħabba r-rabta tagħha mal-miżuri ta’ konsolidazzjoni, il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku taż-żewġ impjanti nukleari jkollha titqies li hija proġett fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva SEA, konsegwentement hija tkun tirrikjedi neċessarjament, fis-sens tal-Artikolu (4)(1) u tal-punt 2(b) u punt 24 tal-Anness I, evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.

    132.

    Jista’ jiġi mistoqsi jekk l-obbligu li jiġu eżaminati bidliet jew estensjonijiet ta’ impjanti li għalihom ma hemmx stabbiliti limiti għandux jiġi limitat fid-dawl tal-għan tad-Direttiva SEA. Infatti, hija għandha tiżgura l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ proġetti li jista’ jkollhom effetti sinjifikattiv fuq l-ambjent (Artikolu 1(1)) jew rispettivament li għalihom huwa previst impatt bħal dan (Artikolu 2(1)). Anki fil-każ tal-impjanti nukleari ser ikun hemm bidliet li dwarhom impatt bħal dan għandu jiġi definittivament eskluż. Fil-każ ta’ miżuri bħal dawn jista’ jkun hemm dubji dwar kemm evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent tagħmel sens. Barra minn hekk, mhux possibbli li l-punt 24 tal-Anness I jiġi interpretat bħall-punt 13(a) tal-Anness II, fejn għandha tiġi kkonstatata l-possibbiltà ta’ riperkussjonijiet negattivi notevoli fuq l-ambjent, għaliex, altrimenti, l-ewwel dispożizzjoni tiġi mċaħħda mill-effett utli tagħha.

    133.

    Fl-aħħar mill-aħħar, fil-każ inkwistjoni huwa madankollu evidenti li l-proroga ta’ għaxar snin tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku, abbinata mal-miżuri ta’ konsolidazzjoni, jista’ jkollha effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent ( 63 ). Għaldaqstant, il-kwistjoni dwar interpretazzjoni restrittiva tal-punt24 tal-Anness I tad-Direttiva SEA ma għandhiex tiġi deċiża.

    134.

    Għaldaqstant għandu jiġi nnotat, dwar it-tieni mistoqsija tad-domanda 6(a) li l-proroga ta’ għaxar snin tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku tal-impjanti nukleari kummerċjali, flimkien ma’ miżuri ta’ konsolidazzjoni strutturali, għandha tiġi suġġetta, bħala bidla ta’ impjant nukleari fis-sens tal-Artikolu (4)(1) u tal-punt 24 tal-Anness I, moqrija flimkien mal-punt 2(b) tad-Direttiva SEA, għal evalwazzjoni tal-effetti tagħha fuq l-ambjent, meta l-proroga ma għandhiex diġà tiġi kkunsidrata li hija, minnha nnifisha, awtorizzazzjoni ta’ proġett fis-sens tal-punt 2(b) tal-Anness I.

    2. Il-mument tal-evalwazzjoni

    135.

    Il-mument tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent jista’ jkollu importanza deċiżiva għall-kawża quddiem il-Cour constitutionelle (il-Qorti Kostituzzjonali). Jekk din l-evalwazzjoni jkollha ssir biss fil-mument tal-awtorizzazzjoni tal-miżuri ta’ konsolidazzjoni, ma jistax jiġi eskluż li d-domandi marbuta magħha għandhom jiġu ċċarati fil-kawża pendenti fl-istess ħin quddiem il-Kunsill tal-Istat Belġjan ( 64 ), kawża li tikkonċerna dawn l-awtorizzazzjonijiet. Min-naħa l-oħra, jekk l-effetti fuq l-ambjent jkollhom jiġu evalwati diġà qabel l-approvazzjoni tal-liġi li pprovdiet il-proroga, ser inkunu fil-preżenza ta’ domanda għall-Cour constitutionelle (il-Qorti Kostituzzjonali), li hija investita bl-eżami tal-liġi.

    136.

    Jekk id-dritt nazzjonali jipprevedi li l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għandha ssir f’diversi fażijiet, l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ proġett għandha, bħala prinċipju, issir hekk kif ikun possibbli li jiġu identifikati u evalwati l-effetti kollha li l-proġett jista’ jkollu fuq l-ambjent ( 65 ). Għaldaqstant, meta l-ewwel tinħareġ deċiżjoni prinċipali u sussegwentement deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li għandha tirrispetta l-parametri stabbiliti bl-ewwel waħda, l-effetti li l-proġett jista’ jkollu fuq l-ambjent għandhom jiġu identifikati u evalwati, bħala prinċipju, fil-proċedura dwar id-deċiżjoni prinċipali ( 66 ).

    137.

    Fir-rigward tad-Direttiva SEA oriġinarjament fis-seħħ ( 67 ), il-Qorti tal-Ġustizzja effettivament iddikjarat li l-evalwazzjoni għandha ssir matul il-proċedura dwar id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni meta dawn l-effetti jkunu jistgħu jiġu identifikati biss f’dik il-proċedura ( 68 ). Din il-ġurisprudenza tista’ tiftiehem fis-sens li, fil-każ inkwistjoni, huwa biss il-ftehim li jikkonċerna l-miżuri ta’ konsolidazzjoni jew saħansitra l-permess tal-bini posterjuri li għandhom ikunu suġġetti għall-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, għaliex huma biss dawn id-deċiżjonijiet li jippermettu li jiġu identifikati b’mod preċiż u definittiv l-effetti fuq l-ambjent.

    138.

    Madankollu, wara din il-ġurisprudenza, bl-emendi li saru fid-Direttiva SEA bid-Direttiva 2003/35 bl-għan li tiġi implimentata l-Konvenzjoni ta’ Aarhus ġie stabbilit, fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva SEA, li l-parteċipazzjoni tal-pubbliku għandha tiġi implimentata meta l-għażliet kollha jkunu għadhom possibbli u qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni fuq it-talba ta’ awtorizzazzjoni. Meta, madankollu, il-leġiżlatur ikun diġà ddeċieda l-mertu tal-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku, fil-mument tal-awtorizzazzjoni tal-miżuri individwali ta’ konsolidazzjoni mhux l-għażliet kollha jkunu għadhom possibbli.

    139.

    Konsegwentement, id-deċiżjoni fuq il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ ċerti impjanti nukleari għandha diġà tiġi ppreparata b’mod li jkun possibbli li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti tagħha fuq l-ambjent.

    140.

    Jekk ma jkunx hekk, il-kunsiderazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent tista’ tiġi evaża fil-kuntest tad-deċiżjoni prinċipali, li hija l-iktar importanti. Barra minn hekk, id-Direttiva fuq l-evalwazzjoni strateġika tal-ambjent turi l-possibbiltà ta’ evalwazzjoni tal-ambjent qabel ma jkunu magħrufa d-dettalji kollha ta’ proġetti suċċessivi.

    141.

    Għaldaqstant, lanqas in-neċessità li, għall-impjant nukleari ta’ Doel 1, jiġu adottati atti amministrattivi ta’ implimentazzjoni tal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015, neċessità li ma teżistix dwar l-impjant nukleari ta’ Doel 2, ma tinvolvi risposta differenti għad-domandi li jikkonċernaw id-Direttiva SEA u ż-żewġ konvenzjonijiet.

    142.

    Għaldaqstant ir-risposta għandha tingħata għad-domanda 6(b) għandha tkun fis-sens li, fil-każ ta’ deċiżjoni fuq il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ ċerti impjanti nukleari, li tkun marbuta ma’ miżuri ta’ konsolidazzjoni strutturali, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva SEA għandha tiġi implimentata malajr kemm jista’ jkun, meta l-għażliet kollha jkunu għadhom possibbli, jiġifieri qabel ma tiġi adottata deċiżjoni fuq il-proroga.

    E.   Id-deroga għall-obbligu ta’ evalwazzjoni għal raġunijiet marbuta mas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u maċ-ċertezza legali

    143.

    Id-domanda 3(c), id-domanda 5(c), id-domanda 6(d) u d-domanda 9 tal-Cour constitutionelle (il-Qorti Kostituzzjonali) jirrigwardaw il-possibbiltà ta’ deroga għall-obbligu li ssir evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent għal raġunijiet marbuta mas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew maċ-ċertezza legali.

    1. Id-deroga minħabba l-eċċezzjoni tal-każ konkret partikolari fid-Direttiva SEA

    144.

    Permezz tad-domanda 6(d) il-Cour constitutionelle (il-Qorti Kostituzzjonali) tistaqsi jekk l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva SEA jippermettix eżenzjoni mill-obbligu ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent favur il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ impjant nukleari għal motivi imperattivi ta’ interess ġenerali, marbuta mas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-pajjiż.

    145.

    L-Artikolu 2(4) tad-Direttiva SEA jipprevedi li, bla ħsara għall-Artikolu 7, f’każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw totalment jew parzjalment proġett speċifiku mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva.

    146.

    Kif diġà ġie osservat anki mill-Cour constitutionelle (il-Qorti Kostituzzjonali), rinunzja għall-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent nazzjonali hija possibbli, imma mhux għall-evalwazzjoni transkonfinali, li hija rregolata fl-Artikolu 7. Fil-verżjoni oriġinarju tad-Direttiva SEA ( 69 ), din ir-riżerva favur l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent transkonfinali kienet għadha ma tidhirx. Hija żdiedet mill-Kunsill bid-Direttiva 97/11/KE ( 70 ), sabiex jiġi żgurat li l-eżenzjoni ma tippreġudikax ir-rekwiżit ta’ konsultazzjoni transkonfinali msaħħa li tissemma fl-Artikolu 7 ( 71 ), li, fis-sens tal-premessi 12 u 13 tad-Direttiva 97/11, joriġinaw mill-Konvenzjoni ta’ Espoo.

    147.

    Barra minn hekk, l-Artikolu 2(4)(a) sa (c) jinkludi dispożizzjonijiet oħra li għandhom jiġu osservati minn Stat Membru meta huwa jkun fi ħsiebha jinvoka din l-eżenzjoni.

    148.

    B’mod partikolari huwa għandu jeżamina, qabel xejn, jekk tkunx opportuna xi għamla oħra ta’ evalwazzjoni (Ittra a) u, barra minn hekk, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku kkonċernat l-informazzjoni miġbura permezz tal-forom l-oħra ta’ evalwazzjoni li jissemmew fl-ittra (a), l-informazzjoni dwar id-deċiżjoni ta’ eżenzjoni u r-raġunijiet li għalihom ġiet konċessa (Ittra b). Ukoll, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni (Ittra c).

    149.

    Dawn il-kundizzjonijiet għandhom qabel xejn ikunu sodisfatti formalment, jiġifieri l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipproċedu għall-evalwazzjoni prevista fl-ittra a) u għalhekk għall-imsemmija “xorta oħra ta’ evalwazzjoni”, kif ukoll iqegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku interessat l-informazzjoni msemmija fuq u jinformaw lill-Kummissjoni.

    150.

    Madankollu, din ma hijiex sempliċi formalità. Pjuttost, fid-dawl tan-natura tagħhom, dawn ir-rekwiżiti huma intiżi sabiex jimplimentaw, sa fejn possibbli, l-għanijiet tad-Direttiva SEA fl-ambitu tal-għamla oħra ta’ evalwazzjoni.

    151.

    Kif iċċarat, b’mod partikolari, mill-premessa 23 fil-verżjonijiet Ingliżi u Franċiżi tad-Direttiva SEA, imma anki mill-formulazzjoni tal-Artikolu 2(4)(a), per eżempju fil-verżjonijiet Ingliża u Ġermaniża, huwa permissibbli li tiġi prevista għamla oħra ta’ eżami minflok l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent biss meta dan ikun xieraq. Fil-fehma tiegħi, din il-kundizzjoni tfisser li għandu jkun hemm raġunijiet imperattivi li jipprekludu evalwazzjoni fis-sens tad-Direttiva SEA. F’dan ir-rigward tidħol inkunsiderazzjoni, flimkien mas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, anki l-prevenzjoni tal-inċertezza legali, imsemmija fid-domanda 9. Meta, madankollu tkun neċessarja, – kif probabbilment fil-każ involut fil-kawża prinċipali – minħabba impatti transkonfinali fuq l-ambjent, evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent transkonfinali fis-sens tal-Artikolu 7, li ma tistax tiġi rrinunzjata, jidher ferm improbabbli li jista’ jkun hemm raġunijiet li, f’każijiet bħal dan, jipprekludu evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent nazzjonali.

    152.

    Għandu jiġi nnotat, barra minn hekk, li n-nuqqas ta’ twettiq fil-ħin ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent diffiċilment jista’ jkun xieraq, bħala regola, sabiex jiġġustifika r-rinunzja għall-applikazzjoni tad-Direttiva SEA. Għalkemm il-Belġju jsemmi problemi fi żmien qasir f’impjanti nukleari oħra, madankollu, bħala prinċipju, il-ħtiġiet tal-enerġija kienu prevedibbli f’perijodu twil, u għalhekk kien hemm kull possibbiltà li l-miżuri neċessarji jiġu adottati fil-ħin. Barra minn hekk ma jidhirlix li jista’ jiġi eskluż a priori li l-Belġju ma setax ikopri, mill-inqas provviżorjament il-bżonnijiet tal-enerġija tiegħu bi provvisti provenjenti minn Stati Membri oħra.

    153.

    Fil-qosor, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva SEA jawtorizza l-eżenzjoni tal-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ impjant nukleari mill-obbligu ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali marbuta mas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-pajjiż u/jew mal-prevenzjoni tal-inċertezza legali, meta tkun xierqa għamla oħra ta’ evalwazzjoni u l-pubbliku interessat, kif ukoll il-Kummissjoni jiġu informati skont l-Artikolu 2(4)(b) u (c). Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 2(4) ma jippermettix ir-rinunzja għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent transkonfinali fis-sens tal-Artikolu 7.

    2. Id-deroga għall-Konvenzjoni ta’ Espoo

    154.

    Peress li rinunzja għall-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent transkonfinali fis-sens tad-Direttiva SEA ma hijiex possibbli, id-domanda 3(c) li tistaqsi jekk il-Konvenzjoni ta’ Espoo tippermettix deroga, issir superfluwa.

    3. Id-deroga għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus

    155.

    Min-naħa l-oħra, jidher prima facie possibbli li l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva SEA jippermetti derogi iktar wesgħin għall-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent meta mqabbla mad-derogi possibbli għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Din il-kontradizzjoni tista’ wkoll tagħti lok għal lakuna fil-qasam tal-implimentazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni fid-dritt tal-Unjoni.

    156.

    Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma tipprevedix deroga għal motivi marbuta mas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u maċ-ċertezza legali, imma biss deroga minħabba d-difiża nazzjonali fl-Artikolu 6(1)(c), li madankollu ma hijiex effettiva. Lanqas ma huma rilevanti l-Artikoli 54 sa 64 tal-Konvenzjoni ta’ Vienna fuq id-dritt tat-Trattati, li jirregolaw t-tmiem jew is-sospensjoni tat-trattati.

    157.

    Madankollu anki l-istat ta’ neċessità (“state of necessity”) huwa rikonoxxut bħala ġustifikazzjoni tad-dritt konswetudinarju għan-nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligi tad-dritt internazzjonali ( 72 ); imma dan huwa suġġett għal rekwiżiti rigorużi ħafna. Il-Kummissjoni tad-dritt internazzjonali kkodifikathom billi pprevediet li n-nuqqas ta’ osservanza għandha tikkostitwixxi l-unika possibbiltà għall-Istat li jissalvagwardja interess fundamentali f’każ ta’ perikolu serju u imminenti ( 73 ). Dawn il-kundizzjonijiet huma applikati anki mill-QIĠ ( 74 ).

    158.

    Ma tidhirx eskluża l-possibbiltà li r-riskji għas-sigurtà tal-provvista jew għaċ-ċertezza legali jitqiesu bħala perikolu gravi u imminenti għal interess fundamentali tal-Belġju. Madankollu, barra minn hekk għandu jintwera li n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus kien jirrappreżenta l-unika possibbiltà sabiex jiġi affrontat dan il-perikolu.

    159.

    Għaldaqstant għandu jkun neċessarju li jiġi vverifikat ukoll, f’dan il-kuntest, jekk parteċipazzjoni tal-pubbliku f’waqtha flimkien ma’ eżami tal-effetti fuq l-ambjent kinitx impossibbli.

    160.

    Għaldaqstant, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-pajjiż u l-prevenzjoni tal-inċertezza legali ma jifformawx motiv imperattiv ta’ interess ġenerali, li kien jippermetti deroga għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus u/jew is-sospensjoni tal-applikazzjoni tagħha, jekk kien possibbli li jiġu adottati minnufih il-miżuri neċessarji bl-għan li tiġi rrispettata l-konvenzjoni.

    4. Il-konsegwenzi għall-interpretazzjoni tal-possibbiltà ta’ deroga fis-sens tad-Direttiva SEA

    161.

    Għaldaqstant ma jidhirx li huwa eskluż, prima facie, li d-Direttiva SEA tippermetti deroga li forsi ma hijiex permessa mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus.

    162.

    Sabiex tiġi evitata din il-kontradizzjoni, huwa neċessarju li jiġu integrati r-rekwiżiti tal-istat ta’ neċessità previsti mid-dritt internazzjonali fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva SEA. Għal dan l-għan jidher adegwat l-eżami tal-adegwatezza ta’ għamla oħra ta’ evalwazzjoni, previst fl-Artikolu 2(4)(a) tad-Direttiva SEA. Għaldaqstant għandu jitqies li l-adegwatezza tissussisti biss jekk anki r-rekwiżiti tal-istat ta’ neċessità tad-dritt internazzjonali jkunu ssodisfatti.

    163.

    Għaldaqstant ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda 3(c), għad-domanda 5(c), għad-domanda 6(d) u għad-domanda 9 għandha tkun fis-sens li l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva SEA jippermetti li l-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ impjant nukleari tiġi eskluża mill-obbligu ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent jekk tkun neċessarja għamla oħra ta’ evalwazzjoni bl-għan li jiġi evitat perikolu gravi u imminenti għal interess fundamentali tal-Istat Membru inkwistjoni, pereżempju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew iċ-ċertezza legali, u l-pubbliku kkonċernat, kif ukoll il-Kummissjoni, jiġu informati skont l-Artikolu 2(4)(b) u (c). Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 2(4) ma jippermettix ir-rinunzja għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent transkonfinali fis-sens tal-Artikolu 7.

    F.   Fuq id-domanda 8 – L-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva dwar il-Habitats

    1. Fuq id-domanda 8(a) – Kunċett ta’ proġett tad-Direttiva dwar il-Habitats

    164.

    Permezz tad-domanda 8(a), il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali) tistaqsi jekk l-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Habitats huwiex applikabbli għall-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ impjant nukleari.

    165.

    Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Habitats, kull pjan jew proġett mhux konness u direttament neċessarju mal-operazzjoni tas-sit imma li jista’ jkollu effett sinjifikattiv fuq dan is-sit, waħdu jew flimkien ma’ pjanijiet u proġetti oħra, għandu jkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni adegwata tal-effetti li għandu fuq is-sit, meħuda inkunsiderazzjoni l-għanijiet ta’ konservazzjoni tiegħu. Jekk din l-evalwazzjoni jkollha tirriżulta neċessarja, għandha tinkludi parteċipazzjoni tal-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ( 75 ).

    166.

    Għaldaqstant għandu jiġi ċċarat, b’mod partikolari, jekk il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku tal-impjanti nukleari hijiex pjan jew proġett fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

    167.

    Għalkemm id-Direttiva dwar il-Habitats ma tiddefinixxix il-kunċett ta’ proġett, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li d-definizzjoni ta’ proġett fid-Direttiva SEA hija rilevanti biex tingħata definizzjoni tal-kunċett ta’ pjan jew proġett fid-Direttiva dwar l-Habitats, li bħad-Direttiva SEA, għandha l-għan li timpedixxi attivitajiet li x’aktarx jagħmlu ħsara lill-ambjent milli jiġu awtorizzati qabel ma ssir evalwazzjoni tal-impatt tagħhom fuq l-ambjent ( 76 ).

    168.

    Madankollu, ekwiparazzjoni sħiħa tal-kunċett ta’ proġett li jidher fiż-żewġ direttivi ma hijiex possibbli anki minħabba l-fatt li l-evalwazzjoni prevista mid-Direttiva dwar il-Habitats hija konnessa b’mod inseparabbli mar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni għal pjanijiet u proġetti li jista’ jkollhom effetti sinjifikattiv fuq is-siti protetti. Infatti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw pjan jew programm biss jekk l-evalwazzjoni adegwata tinkludi eżenzjoni u konklużjonijiet kompluti, preċiżi u definittivi, li jistgħu jeliminaw kull dubju xjentifiku raġonevoli dwar l-effetti tax-xogħlijiet li jistgħu jippreġudikaw is-sit protett inkwistjoni ( 77 ). Min-naħa l-oħra, id-Direttiva SEA ma tinkludix rekwiżiti sostanzjali li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni ta’ proġett ( 78 ).

    169.

    Għaldaqstant nifhem id-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar it-tifsira tal-kunċett ta’ proġett tad-Direttiva SEA fl-ambitu tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Habitats fis-sens li, f’kull każ, anki l-proġetti fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Habitats huma proġetti fis-sens ta’ din id-definizzjoni. Madankollu nemmen li b’dan il-mod il-kunċett ta’ proġett fid-Direttiva dwar il-Habitats ma huwiex delimitat b’mod eżawrjenti ( 79 ).

    170.

    Għaldaqstant, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja taqbel mat-teżi tiegħi u għalhekk il-proroga fiha nnifisha għandha titqies bħala proġett fis-sens tad-Direttiva SEA jew jekk il-Cour constitutionelle (il-Qorti Kostituzzjonali) tasal għall-konklużjoni li l-proroga flimkien mal-miżuri ta’ konsolidazzjoni tikkostitwixxi proġett, ikun hemm proġett anki fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Habitats. Madankollu, anki meta ma jkunx hemm proġett fis-sens tad-Direttiva SEA, dan il-fatt ma jeskludix l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Habitats.

    171.

    F’dan is-sens, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll li mhux permissibbli l jiġu eżentati mill-evalwazzjoni ċerti kategoriji ta’ proġetti fuq il‑bażi ta’ kriterji mhux adatti sabiex jiġi ggarantit li dawn ma jistgħux jaffettwaw is-siti protetti b’mod sinjifikattiv ( 80 ). Fl-eżami segwenti tad-diversi eċċezzjonijiet previsti fid-dritt intern, hija ma vverifikatx fid-dettall jekk dawn jirreferux għall-proġetti fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva SEA. Bil-kuntrarju, il-possibbiltà ta’ effett sinjifikattiv fuq is-siti protetti kienet suffiċjenti sabiex l-eċċezzjonijiet ma jiġux applikati għall-attivitajiet ikkontestati ( 81 ).

    172.

    Għaldaqstant id-definizzjoni ta’ proġett li tinsab fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva SEA ma tiddelimitax b’mod eżawrjenti l-kunċett ta’ proġett fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Habitats. Bil-kuntrarju, il-fatt deċiżiv huwa jekk l-attività inkwistjoni tistax taffettwa b’mod sinjifikattiv sit protett.

    173.

    Għaldaqstant, b’mod partikolari r-riskju residwu li s-siti protetti jiġu ppreġudikati minn inċident serju f’dawn l-impjanti nukleari jikkonferma l-eżistenza ta’ proġett fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Habitats. Barra minn hekk, il-funzjonament tal-mekkaniżmu ta’ tkessiħ jista’ b’mod partikolari jagħmel ħsara lill-ħut u ċ-ċiklostomi ( 82 ), li minħabba fihom kemm il-Belġju kif ukoll il-Pajjiżi l-Baxxi jissalvagwardja Schelda. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ma huwiex possibbli li jiġi eskluż li ma humiex possibbli danni oħra.

    174.

    Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda 8(a) għandha tkun fis-sens li l-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ impjant nukleari għandha tiġi kkunsidrata bħala proġett fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Habitats anki meta din il-proroga ma tkunx tirrappreżenta proġett fis-sens tad-Direttiva SEA la minnha nnifisha lanqas minħabba li tkun konnessa ma’ xogħlijiet ta’ konsolidazzjoni tal-impjant.

    2. Fuq id-domanda 8(b) – Att leġiżlattiv

    175.

    Id-domanda 8(b) tirrigwarda ċ-ċirkustanza li l-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ impjant nukleari tidħol fis-seħħ b’att leġiżlattiv.

    176.

    Madankollu dan ma jikkontestax l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Habitats. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tippermettix li awtorità nazzjonali, anki jekk leġiżlattiva, tawtorizza pjan jew proġett mingħajr ma jkollha ċ-ċertezza li dan mhux ser jippreġudika l-integrità tas-sit inkwistjoni ( 83 ).

    3. Fuq id-domanda 8(c) – Doel 1 u Doel 2

    177.

    Mir-risposta għad-domanda 8(b) isegwi, fir-rigward tad-domanda 8(c), li d-domandi li jinsabu taħt (a) u (b) ma għandhomx jingħataw risposta differenti b’riferiment għaż-żewġ impjanti nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2.

    4. Fuq id-domanda 8(d) – Deroga minħabba s-sigurtà tal-provvista

    178.

    Fl-aħħar nett, fid-domanda 8(d), il-Cour constitutionelle (il-Qorti Kostituzzjonali) tistaqsi jekk l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Habitats jippermettix li d-data tal-waqfien tal-produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ impjant nukleari tistax tiġi posposta għal motivi marbuta mas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

    179.

    Skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Habitats, Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kumpensatorji kollha sabiex jiżgura l-protezzjoni tal-koerenza globali tan-netwerk Natura 2000, meta minkejja li jkun hemm evalwazzjoni tal-effetti negattiva fuq is-sit u fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet oħra, pjan jew proġett irid isir xorta waħda għal raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku, inklużi dawk soċjali jew ekonomiċi.

    a) Ir-rekwiżiti tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Habitats

    180.

    Għaldaqstant, id-domanda hija bbażata fuq il-premessa li evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit tkun wasslet għal riżultati negattivi. Infatti, jekk evalwazzjoni tal-effetti tkun wasslet għal riżultati pożittivi, il-proġett seta’ jiġi awtorizzat diġà bis-saħħa tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Habitats.

    181.

    Barra minn hekk, inkwantu eċċezzjoni għall-kriterju ta’ awtorizzazzjoni msemmi fit-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3), l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Habitats għandu jiġi applikat biss wara li l-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett ikunu ġew analizzati skont id-dispożizzjonijiet tal-imsemmi Artikolu 6(3) ( 84 ). Infatti l-għarfien tal-imsemmija effetti fir-rigward tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit inkwistjoni jikkostitwixxi kundizzjoni minn qabel indispensabbli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(4) tal-imsemmija direttiva, għaliex, fl-assenza ta’ dawn l-elementi, ebda kundizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni derogatorja ma tista’ tiġi evalwata. L-eżami ta’ eventwali raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku ikbar u l-eżami tal-eżistenza ta’ alternattivi inqas dannużi jeħtieġu, fil-fatt, ibbilanċjar fil-konfront tal-ħsara kkawżata għall-imsemmi sit mill-pjan jew mill-proġett li jkunu previsti. Barra minn hekk, biex tiġi ddeterminata n-natura ta’ miżuri kumpensatorji potenzjali, id-danni fuq is-sit għandhom jiġu identifikati bi preċiżjoni ( 85 ).

    182.

    Għaldaqstant, il-Cour constitutionelle (il-Qorti Kostituzzjonali) għandha qabel xejn tivverifika jekk id-diversi studji u seduti mwettqa fl-ambitu tal-adozzjoni tal-liġi li stabbilixxiet il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku taż-żewġ impjanti nukleari, jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni tal-effetti fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Habitats.

    183.

    Meta l-verifiki neċessarji jkunu twettqu, jista’ jiġi eżaminat jekk is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku tikkostitwixxix, fil-konfront tal-effetti fuq is-siti protetti, raġuni imperattiv ta’ interess pubbliku rilevanti.

    b) Is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija

    184.

    Għal dak li jirrigwarda l-interess pubbliku tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, fis-sens tal-Artikolu 194(1)(b) TFUE, din tikkostitwixxi wieħed mill-għanijiet tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija. Barra minn hekk, fis-sens tal-Artikolu 194(2) TFUE, l-Istati Membri huma, bħala prinċipju, awtorizzati sabiex jiddeterminaw huma stess l-għażla bejn diversi sorsi tal-enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista tagħhom.

    185.

    Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-moviment liberu tal-kapital, inter alia fir-rigward ta’ korpi li joperaw fis-setturi taż-żejt, tat-telekomunikazzjoni u tal-elettriku, li l-għan li tiġi ggarantita s-sigurtà tal-provvista ta’ tali prodotti jew il-provvista ta’ tali servizzi fil-każ ta’ kriżi fit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni jista’ jikkostitwixxi raġuni ta’ sigurtà pubblika u, għaldaqstant, jista’ jiġġustifika restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital ( 86 ).

    186.

    Madankollu, is-sigurtà pubblika tista’ tiġi invokata biss sabiex tiggarantixxi provvista minima ( 87 ). L-eżiġenzi ta’ sigurtà pubblika għandhom, b’mod partikolari bħala deroga mill-prinċipju fundamentali ta’ moviment liberu tal-kapital, jiġu interpretati b’mod strett, b’tali mod li l-portata tagħhom ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata b’mod unilaterali minn kull wieħed mill-Istati Membri mingħajr kontroll tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Għaldaqstant, is-sigurtà pubblika tista’ tiġi invokata biss f’każ ta’ theddida reali u suffiċjentement gravi, li tolqot interess fundamentali tas-soċjetà ( 88 ).

    187.

    Bħala prinċipju, dawn il-kunsiderazzjonijiet għandhom jgħoddu wkoll għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Habitats. Madankollu għandu jiġi nnotat li b’differenza mid-derogi għall-moviment liberu tal-kapital skont l-Artikolu 65(1) TFUE, din id-dispożizzjoni tinkludi espressament anki raġunijiet ta’ natura ekonomika u soċjali.

    188.

    Isegwi li, bħala raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku rilevanti, tidħol inkunsiderazzjoni mhux biss provvista minima, imma b’mod ġenerali provvista suffiċjenti sabiex tissodisfa d-domanda. Is-sigurtà pubblika tista’ madankollu tiġi invokata biss fl-interess tal-garanzija ta’ provvista minima.

    189.

    Għalhekk din id-distinzjoni bejn l-interess ġenerali tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u l-interess speċifiku għal provvista minima tikseb importanza b’mod partikolari għaliex, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Habitats, jistgħu jiġu dedotti biss kunsiderazzjonijiet konnessi mas-saħħa tal-bniedem u s-sigurtà pubblika jew dwar il-konsegwenzi pożittivi ta’ importanza primarja għall-ambjent, meta s-sit inkwistjoni jkun sit fejn jinsabu tipi ta’ habitat naturali u/jew speċje ta’ prijorità. Raġunijiet imperattivi oħra ta’ interess pubbliku rilevanti jistgħu jiġu invokati biss wara opinjoni tal-Kummissjoni.

    190.

    Dwar din id-dispożizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddikjarat li s-sigurtà tal-provvista fil-qasam tal-enerġija, f’kull każ il-provvista tal-faħam, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Habitats ( 89 ). Ninterpreta dik id-dikjarazzjoni fis-sens li l-Qorti tal-Ġustizzja għamlet riferiment biss għall-interess ġenerali tas-sigurtà tal-provvista, li ma tilħaqx il-livell tal-interess tal-garanzija tas-sigurtà pubblika.

    191.

    Kif diġà ġie nnotat, f’diversi siti protetti msemmija mill-Cour constitutionelle (il-Qorti Kostituzzjonali) hemm preżenti habitat ta’ prijorità ( 90 ), u ma jidhirx eskluż a priori li huma jistgħu jiġu ppreġudikati anki mill-impjanti nukleari. Diġà għal dan il-motiv il-Cour constitutionelle (il-Qorti Kostituzzjonali) għandha tivverifika jekk l-operazzjoni taż-żewġ impjanti nukleari inkwistjoni hijiex biss funzjonali għall-interess pubbliku għas-sigurtà tal-provvista jew jekk hijiex neċessarja sabiex tiġi ggarantita provvista minima. Fl-ewwel każ, ir-rikors għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Habitats jeħtieġ opinjoni tal-Kummissjoni.

    192.

    Barra minn hekk din il-verifika hija obbligatorja għaliex ir-rekwiżiti li jikkonċernaw in-nuqqas ta’ soluzzjonijiet alternattivi jistgħu jvarjaw skont jekk huwiex rilevanti l-interess iktar sinjifikattiv għall-garanzija ta’ provvista minima jew inkella l-interess ġenerali inqas importanti għas-sigurtà tal-provvista.

    193.

    Infatti jidher raġonevoli li Stat Membru jixtieq jiggarantixxi l-provvista minima fuq it-territorju nazzjonali tiegħu ( 91 ). Min-naħa l-oħra, ma jidhirx irraġonevoli li, dwar l-interess ġenerali għas-sigurtà tal-provvista, l-Istati Membri jirrikorru għall-possibbiltà tal-importazzjoni tal-elettriku ( 92 ).

    c) Konklużjoni intermedja

    194.

    Għaldaqstant ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda 8(d) għandha tkun fis-sens li l-interess pubbliku għall-garanzija ta’ provvista minima tal-elettriku jikkostitwixxi raġuni ta’ sigurtà pubblika fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Habitats, filwaqt li l-interess pubbliku iktar wiesgħa għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija għandu jiġi kkunsidrat bħala raġuni ta’ natura ekonomika fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4).

    G.   Fuq iż-żamma tal-effetti tal-liġi fuq il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku tal-impjanti nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2

    195.

    Skont il-kunsiderazzjonijiet esposti sa issa, jeżistu elementi sabiex jiġi kkonstatat li fl-okkażjoni tal-adozzjoni tal-liġi fuq il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku tal-impjanti nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2, id-dispożizzjonijiet eżaminati f’dan il-każ inkisru, u li s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew iċ-ċertezza legali ma jiġġustifikawx dan il-ksur. Minkejja dan, ma neskludix li jista’ jkun possibbli, f’dan il-każ, li jinżammu l-effetti tal-liġi. Il-bażi korrispondenti tinsab f’ġurisprudenza elaborata tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar iż-żamma ta’ miżuri adottati bi ksur tad-Direttiva fuq l-evalwazzjoni strateġika tal-ambjent.

    1. Fuq il-ġurisprudenza fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva fuq l-evalwazzjoni strateġika tal-ambjent

    196.

    Fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva fuq l-evalwazzjoni strateġika tal-ambjent, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li huwa possibbli jittieħdu inkunsiderazzjoni eżiġenzi imperattivi ta’ ordni pubbliku dwar il-konsegwenzi ta’ ksur proċedurali ta’ dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ dawn il-miżuri. Dan għaliex id-Direttiva fuq l-evalwazzjoni strateġika tal-ambjent, l-istess bħall-konvenzjonijiet Espoo u ta’ Aarhus, kif ukoll bħad-Direttiva SEA u d-Direttiva dwar il-Habitats, ma tipprevedix dispożizzjonijiet dwar dawn il-konsegwenzi ( 93 ).

    197.

    Għaldaqstant, il-modalitajiet proċedurali dwar rikorsi kontra l-ksur tal-obbligu li titwettaq evalwazzjoni tal-ambjent qabel id-deċiżjoni li tikkonċerna attività speċifika, huma suġġetti għall-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività ( 94 ).

    198.

    Ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ effettività jirriżultaw, f’dan il-każ, mill-obbligu tal-Istati Membri, ibbażat fuq il-prinċipju ta’ kollaborazzjoni legali stabbilit bl-Artikolu (4)(3) TUE, li jeliminaw il-konsegwenzi illegali ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni ( 95 ). Għaldaqstant, il-qrati aditi f’dan ir-rigward għandhom jadottaw, fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali tagħhom, il-miżuri intiżi għas-sospensjoni jew għall-annullament tad-deċiżjoni adottata bi ksur tal-obbligu li ssir l-evalwazzjoni ambjentali ( 96 ). Fil-fatt, ikun hemm ksur tal-għan fundamentali ta’ regola fuq l-evalwazzjoni ambjentali jekk, aditi f’dan ir-rigward, il-qrati nazzjonali ma jadottawx, fil-kuntest ta’ tali rikors u fil-limiti tal-awtonomija proċedurali, il-miżuri, previsti bid-dritt nazzjonali tagħhom, xierqa biex jimpedixxu li l-attività inkwistjoni tkun tista’ tiġi implimentata mingħajr evalwazzjoni ambjentali ( 97 ).

    199.

    Barra minn hekk, provvedimenti intiżi għas-sospensjoni jew għall-annullament ta’ deċiżjonijiet bħal dawn huma imposti minħabba d-dimensjoni sostantiva tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva stabbilit bl-Artikolu 47(1) tal-Karta. Huwa minnu li dan id-dritt fundamentali jiġi invokat l-iktar minħabba l-preskrizzjonijiet proċedurali tiegħu iżda dawn tal-aħħar huma biss mezz sabiex jintlaħaq l-għan, b’mod partikolari l-garanzija ta’ rikors effettiv. Madankollu, rikors huwa effettiv biss jekk il-konstatazzjoni tal-ksur iġib miegħu konsegwenzi adegwati ( 98 ). Fid-dawl ta’ dan, diffiċilment ser ikun kompatibbli li l-atti kkontestati jibqgħu jiġu applikabbli anki f’każ ta’ ksur tal-liġi.

    200.

    Konsegwentement, diġà enfasizzajt li bħala regola għandha tkun neċessarja d-diżattivazzjoni ta’ impjant fil-każ tal-irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni tiegħu minħabba ksur tad-Direttiva SEA ( 99 ). U anki l-Qorti tal-Ġustizzja titlaq ovvjament mill-preżuppost li din għandha tkun il-konsegwenza tipika ta’ konstatazzjoni bħal din ( 100 ).

    201.

    Madankollu, fis-sentenza Inter‑Environnement Wallonie u Terre wallonne, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li, meħuda inkunsiderazzjoni eżiġenza imperattiva marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent, qorti nazzjonali tista’ tkun eċċezzjonalment awtorizzata sabiex tapplika dispożizzjoni nazzjonali li tippermettilha li żżomm fis-seħħ effetti determinati ta’ att nazzjonali annullat minħabba l-ksur tad-Direttiva fuq l-evalwazzjoni strateġika tal-ambjent ( 101 ).

    202.

    Fis-sentenza Association France Nature Environnement, il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat s-sentenza preċedenti saħansitra fis-sens li hija kienet intiża sabiex tagħti, każ b’każ u eċċezzjonalment, lill-qorti nazzjonali l-possibbiltà li tamministra l-effetti tal-annullament ta’ dispożizzjoni nazzjonali ddikjarata inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni ( 102 ). Madankollu jidhirli li din l-interpretazzjoni hija ambigwa għaliex tista’ tkun kuntrarja għall-ġurisprudenza stabbilita li hija l-Qorti tal-Ġustizzja biss li tista’ tipposponi provviżorjament l-applikazzjoni ratione temporis tad-dritt applikabbli tal-Unjoni ( 103 ).

    203.

    Effettivament, is-sentenza Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne tirrigwarda biss każijiet fejn il-miżuri nazzjonali ma humiex kuntrarji mill-perspettiva sostantiva għad-dritt tal-Unjoni, imma biss ġew adottati bi ksur tad-dispożizzjonijiet fuq evalwazzjoni tal-ambjent. Għaldaqstant, dawn il-miżuri huma inapplikabbli mhux għaliex huma kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni, li għandu jiġi applikat bi prijorità. Huma pjuttost ivvizzjati minn difett proċedurali, li l-konsegwenzi tiegħu, kif diġà nnotat, ma humiex irregolati espressament. Dan jispjega s-setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-qrati nazzjonali mill-Qorti tal-Ġustizzja. U fl-aħħar mill-aħħar, il-Qorti tal-Ġustizzja lanqas ma marret lil hinn fis-sentenza Association France Nature Environnement.

    204.

    Oriġinarjament ( 104 ), il-Qorti tal-Ġustizzja llimitat ruħha sabiex taċċetta, f’dan il-kuntest, iż-żamma tal-effetti ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni korretta tad-Direttiva fuq in-nitrati ( 105 ), imbagħad estendietha għall-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent fit-totalità tiegħu ( 106 ). Barra minn hekk, din il-ġurisprudenza tista’ tiftiehem fis-sens li l-prevenzjoni ta’ effetti dannużi fuq l-ambjent tista’, irrispettivament mill-implimentazzjoni tad-dritt fil-qasam tal-ambjent tal-Unjoni, tiġġustifika ż-żamma tal-effetti ta’ miżuri adottati bi ksur tad-Direttiva fuq l-evalwazzjoni strateġika tal-ambjent ( 107 ).

    205.

    Għaldaqstant għandu jiġi deċiż li, meħuda inkunsiderazzjoni l-eżiġenza imperattiva marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent, qorti nazzjonali tista’ eċċezzjonalment tkun awtorizzata tapplika d-dispożizzjoni nazzjonali li tippermettilha li żżomm fis-seħħ effetti speċifiċi ta’ att nazzjonali annullat minħabba ksur tar-rekwiżiti proċedurali tad-Direttiva fuq l-evalwazzjoni strateġika tal-ambjent.

    2. Fuq it-traspożizzjoni ta’ evalwazzjonijiet ambjentali oħra

    206.

    L-applikazzjoni ta’ din il-ġurisprudenza f’din il-kawża mhux ser tinvolvi estensjoni sinjifikattiva.

    207.

    Din l-estensjoni ma tantx tkun tista’ tiġi limitata, fuq medda twila ta’ żmien, għar-rekwiżiti proċedurali tal-konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta Aarhus, kif ukoll tad-Direttiva SEA u tad-Direttiva dwar il-Habitats. Pjuttost ser tittieħed inkunsiderazzjoni fir-rigward ta’ pluralità ta’ dispożizzjonijiet proċedurali tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, iċ-ċirku tal-ġustifikazzjonijiet possibbli ser jiġi estiż ferm lil hinn mill-protezzjoni tal-ambjent, għal interessi pubbliċi oħra, li kieku s-sigurtà tal-provvista jew il-prevenzjoni tal-inċertezza legali jitqiesu li huma suffiċjenti.

    208.

    Min-naħa l-oħra, hija tirrifjuta sistematikament parti mill-motivazzjoni taż-żamma ta’ pjanijiet u ta programmi suġġetti għad-Direttiva fuq l-evalwazzjoni strateġika tal-ambjent. Fil-fatt, b’differenza minn dawn il-miżuri, bħala prinċipju, id-deċiżjonijiet individwali ma jħallux vojt legali ( 108 ), imma għandhom jiġu annullati jew sospiżi. Bħala regola, tonqos biss awtorizzazzjoni, u għalhekk l-attività kkontestata ma tistax tiġi eżerċitata.

    209.

    Madankollu, dawn id-deċiżjonijiet mhux neċessarjament imorru kontra d-dritt tal-Unjoni mill-perspettiva sostantivi meta jiġu adottati bi ksur tar-regoli proċedurali tad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix regoli nazzjonali li, f’ċerti każijiet, jippermettu li jiġu rregolarizzati operazzjonijiet jew atti irregolari fil-konfront tiegħu ( 109 ).

    210.

    Fid-dawl ta’ din il-possibbiltà, f’ċerti każijiet, jista’ jkun sproporzjonat li, minħabba l-konstatazzjoni ta’ żball proċedurali, jiġu eliminati l-effetti tad-deċiżjoni affettwata b’dan l-iżball, u b’hekk l-attività korrispondenti ma tkunx tista’ tiġi eżerċitata iktar, tal-inqas provviżorjament. Pjuttost jista’ jkun neċessarju li jiġu kkunsidrati l-interessi kontrapposti u jinżammu, f’każijiet determinati, l-effetti tad-deċiżjoni, sakemm tiġi rregolarizzata a posteriori.

    211.

    Madankollu, f’dan ir-rigward, teħtieġ prudenza kbira.

    212.

    Il-possibbiltà tar-regolarizzazzjoni a posteriori diġà hija limitata għal każijiet eċċezzjonali u ma tistax toffri l-opportunità li jiġu evitati jew ma jiġux applikati r-regoli legali tal-Unjoni ( 110 ). Barra minn hekk, evażjoni hija iktar ta’ min jibża’ minnha meta, diġà qabel ir-regolarizzazzjoni, tinżamm fis-seħħ b’mod liberali żżejjed l-effettività ta’ deċiżjonijiet adottati bi ksur ta’ rekwiżiti proċedurali.

    213.

    Barra minn hekk għandu jiġi żgurat li ż-żamma tal-effetti ta’ deċiżjoni adottata mingħajr l-evalwazzjoni ambjentali neċessarja ma ġġibx magħha effetti dannużi fuq l-ambjent li l-evalwazzjoni ambjentali hija intiża sabiex tipprevjeni.

    214.

    Bħala riżultat, l-effetti ta’ deċiżjoni bħal din jistgħu jinżammu fis-seħħ biss sa fejn, abbażi tal-informazzjoni disponibbli u tad-dispożizzjonijiet applikabbli, għandu jiġi deċiż bi probabbiltà għolja li d-deċiżjoni ser tiġi kkonfermata fl-istess forma wara t-twettiq ex post tal-evalwazzjoni ambjentali. Min-naħa l-oħra, meta jifdal dubji raġonevoli dwar din il-konferma, iż-żamma tal-effetti għandha tiġi eskluża. Ir-rekwiżiti sostanzjali għall-eżerċizzju tal-attività rispettiva, jiġifieri, fil-każ inkwistjoni, flimkien mad-dispożizzjonijiet applikabbli li jikkonċernaw l-operazzjoni tal-impjanti nukleari, pereżempju, anki l-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Habitats huwa rilevanti għall-għanijiet tal-evalwazzjoni.

    215.

    Barra minn hekk, iż-żamma fis-seħħ ma għandhiex tagħti lok għal iktar fatti mwettqa, billi, pereżempju, l-operaturi jwettqu iktar investimenti jew jikkawżaw danni ambjentali supplimentari.

    216.

    Fil-fatt, il-fatti mwettqa jdgħajfu l-effettività ta’ evalwazzjoni ambjentali li titwettaq ex post. Il-funzjoni prinċipali tal-evalwazzjoni tinsab, f’każ ta’ applikazzjoni f’waqtha, fl-influwenza fuq id-deċiżjoni fuq il-proġett b’mod li tirriduċi għall-minimu, sa fejn possibbli, id-danni lill-ambjent. Għal dan il-motiv, skont l-Artikolu 6(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva SEA, hija għandha ssir malajr kemm jista’ jkun, meta l-għażliet kollha għadhom possibbli. Meta hija tiġi sempliċement irkuprata, hija tista’ taqdi din il-funzjoni biss b’mod limitat ħafna, għaliex diversi deċiżjonijiet jkunu diġà ġew adottati. It-tibdil ta’ dawn id-deċiżjonijiet fid-dawl tal-evalwazzjoni mwettqa ex post huwa wisq inqas attraenti għaliex huma jkunu diġà effettivament ġew irrealizzati.

    217.

    Għaldaqstant huwa biss jekk ikun hemm konferma tad-deċiżjoni kontestata u fl-assenza ta’ fatti mwettqa ulterjuri, li jidħol inkunsiderazzjoni ibbilanċjar bejn l-interess għall-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet fuq l-evalwazzjoni ambjentali u l-interessi fiż-żamma fis-seħħ tal-effetti tad-deċiżjoni.

    218.

    Ma jkunx sorprendenti li, fil-kawża prinċipali, il-Cour constitutionelle (il-Qorti Kostituzzjonali) tasal għal dan l-ibbilanċjar, għaliex ninsabu fil-preżenza ta’ kontinwazzjoni ta’ attività li diġà ilha titwettaq madwar 40 sena.

    219.

    Fir-rigward tal-ibbilanċjar innifsu, għandu jiġi kkunsidrat b’mod partikolari jekk l-interess tas-sigurtà tal-provvista jaqax taħt il-kamp iktar ristrett tal-provvista minima deskritt iktar ’il fuq, li jista’ jiġi kklassifikat fis-sigurtà pubblika, li għandha importanza ikbar, jew fis-settur iktar wiesgħa tas-sigurtà ġenerali tal-provvista, li jista’ jiġi kklassifikat mal-interessi ekonomiċi. Dan tal-aħħar għandu inqas importanza ( 111 ).

    220.

    Fil-qosor, għalhekk, għandu jiġi ddikjarat li l-qrati nazzjonali jistgħu eċċezzjonalment iżommu provviżorjament l-effetti ta’ deċiżjoni adottata bi ksur ta’ obbligu tad-dritt tal-Unjoni li ssir evalwazzjoni tal-ambjent sa fejn

    din id-deċiżjoni tiġi rregolarizzata a posteriori kemm jista’ jkun malajr permezz tal-issanar tad-difett proċedurali;

    huwa probabbli ħafna, abbażi tal-informazzjoni disponibbli u tad-dispożizzjoni applikabbli, li d-deċiżjoni ser tiġi kkonferma fl-istess forma wara r-regolarizzazzjoni;

    sa fejn possibbli, ma jitwettqux fatti ulterjuri, u

    interessi pubbliċi imperattivi għaż-żamma tal-effetti jipprevalu meta mqabbla mal-interess fl-effettività tal-obbligu ta’ twettiq tal-evalwazzjoni tal-ambjent u tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

    VI. Konklużjoni

    221.

    Għaldaqstant, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:

    1)

    Ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi 2, 4, u 7 tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari għandha tkun fis-sens li, skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva biss il-proġetti adottati fid-dettall permezz ta’ att leġiżlattiv speċifiku, b’mod li l-għanijiet ta’ din id-direttiva jkunu ntlaħqu permezz tal-proċedura leġiżlattiva. Għandha tkun il-qorti nazzjonali li tivverifika, billi tieħu inkunsiderazzjoni kemm il-kontenut tal-att leġiżlattiv adottat kif ukoll il-proċedura leġiżlattiva kollha li wasslet għall-adozzjoni tiegħu u, b’mod partikolari, ix-xogħlijiet preparatorji u d-dibattiti parlamentari, jekk l-att leġiżlattiv huwiex ekwivalenti għall-awtorizzazzjoni ta’ proġett u jekk l-għanijiet tad-Direttiva jkunux intlaħqu fil-proċedura leġiżlattiva.

    2)

    Ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi 1, 3(a), u 5(a), kif ukoll għall-ewwel mistoqsija tad-domanda 6(a) għandha tkun fis-sens li, kuntrarjament għal dak iddikjarat sa issa mill-ġurisprudenza, il-kunċett ta’ proġett fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2011/92 jinkludi l-proroga ta’ għaxar snin tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ impjant nukleari.

    Jekk, fir-rigward tal-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku fl-impjanti nukleari, il-Qorti tal-Ġustizzja żżomm mal-interpretazzjoni tagħha tal-kunċett ta’ proġett fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2011/92, nissuġġerilha li tiddikjara li minkejja dan, id-Direttiva hija applikabbli għal din il-proroga, għaliex ninsabu fil-preżenza ta’ proġett kemm fis-sens tal-Artikolu 1(5) kif ukoll tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni ta’ Espoo dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali u tal-Artikolu 6(1)(a) u tal-Anness I tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali.

    Irrispettivament mill-eventwalità li l-Qorti tal-Ġustizzja taderixxi mal-proposti li jikkonċernaw l-interpretazzjoni konformi mad-dritt internazzjonali tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2011/92 jew l-applikazzjoni diretta tal-kunċett ta’ proġett tal-konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Aarhus, il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ impjant nukleari tikkostitwixxi l-awtorizzazzjoni ta’ proġett fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) meta din tkun marbuta mal-awtorizzazzjoni ta’ xogħlijiet jew interventi intiżi għall-bidla jew għall-estensjoni tal-impjant.

    3)

    Ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni mistoqsija tad-domanda 6(a) għandha tkun fis-sens li l-proroga ta’ għaxar snin tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku tal-impjanti nukleari kummerċjali, flimkien ma’ miżuri ta’ konsolidazzjoni strutturali, għandha tiġi suġġetta, bħala bidla ta’ impjant nukleari fis-sens tal-Artikolu (4)(1) u tal-punt 24 tal-Anness I, moqrija flimkien mal-punt 2(b) tal-Anness I tad-Direttiva 2011/92, għal evalwazzjoni tal-effetti tagħha fuq l-ambjent, meta l-proroga ma għandhiex diġà tiġi kkunsidrata li hija, minnha nnifisha, awtorizzazzjoni ta’ proġett fis-sens tal-punt 2(b) tal-Anness I.

    Ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda 6(b) għandha tkun fis-sens li, fil-każ ta’ deċiżjoni fuq il-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ ċerti impjanti nukleari, li tkun marbuta ma’ miżuri ta’ konsolidazzjoni strutturali, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2011/92 għandha tiġi implimentata malajr kemm jista’ jkun, meta l-għażliet kollha jkunu għadhom possibbli, jiġifieri qabel ma tiġi adottata deċiżjoni fuq il-proroga.

    4)

    Ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda 3(c) għad-domanda 5(c), għad-domanda 6(d) u għad-domanda 9 għandha tkun fis-sens li l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2011/92 jippermetti li l-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ impjant nukleari tiġi eskluża mill-obbligu ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent jekk tkun neċessarja għamla oħra ta’ evalwazzjoni bl-għan li jiġi evitat perikolu gravi u imminenti għal interess fundamentali tal-Istat Membru inkwistjoni, pereżempju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew iċ-ċertezza legali, u l-pubbliku kkonċernat, kif ukoll il-Kummissjoni, jiġu informati skont l-Artikolu 2(4)(b) u (c). Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 2(4) ma jippermettix ir-rinunzja għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent transkonfinali fis-sens tal-Artikolu 7.

    5)

    Ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda 8(a) għandha tkun fis-sens li l-proroga tal-perijodu ta’ produzzjoni industrijali tal-elettriku ta’ impjant nukleari għandha tiġi kkunsidrata bħala proġett fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, anki meta din il-proroga ma tkunx tirrappreżenta proġett fis-sens tad-Direttiva 2011/92 la minnha nnifisha u lanqas minħabba li hija tkun konnessa ma’ xogħlijiet ta’ konsolidazzjoni tal-impjant.

    Ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda 8(b) għandha tkun fis-sens li l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 ma jippermettix li awtorità nazzjonali, anki jekk leġiżlattiva, tawtorizza pjan jew proġett mingħajr ma jkollha ċ-ċertezza li dan mhux ser jippreġudika l-integrità tas-sit inkwistjoni.

    Ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda 8(d) għandha tkun fis-sens li l-interess pubbliku għall-garanzija ta’ provvista minima tal-elettriku jikkostitwixxi raġuni ta’ sigurtà pubblika fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43, filwaqt li l-interess pubbliku iktar wiesgħa għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija għandu jiġi kkunsidrat bħala raġuni ta’ natura ekonomika fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4).

    6)

    Il-qrati nazzjonali jistgħu eċċezzjonalment iżommu provviżorjament l-effetti ta’ deċiżjoni adottata bi ksur ta’ obbligu tad-dritt tal-Unjoni li ssir evalwazzjoni tal-ambjent sa fejn

    din id-deċiżjoni tiġi rregolarizzata a posteriori kemm jista’ jkun malajr permezz tal-issanar tad-difett proċedurali;

    huwa probabbli ħafna, abbażi tal-informazzjoni disponibbli u tad-dispożizzjoni applikabbli, li d-deċiżjoni ser tiġi kkonferma fl-istess forma wara r-regolarizzazzjoni;

    sa fejn possibbli, ma jitwettqux fatti ulterjuri, u

    interessi pubbliċi imperattivi għaż-żamma tal-effetti jipprevalu meta mqabbla mal-interess fl-effettività tal-obbligu ta’ twettiq tal-evalwazzjoni tal-ambjent u tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

    7)

    Ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi 3(b), 5(b), 6(c), u 8(c) għandha tkun fis-sens li n-neċessità li għall-impjant nukleari ta’ Doel 1 jiġu adottati atti amministrattivi ta’ implimentazzjoni tal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015, neċessità li ma teżistix dwar l-impjant nukleari ta’ Doel 2, ma twassal għal ebda differenza fid-deċiżjoni dwar ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari.


    ( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.

    ( 2 ) Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali tal-1991 (ĠU 1992, C 104, p. 7).

    ( 3 ) Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2005, L 124, p. 4), approvata b’Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 (ĠU 2006, L 164M, p. 17).

    ( 4 ) Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU 2011, L 26, p. 1).

    ( 5 ) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/17/UE tat-13 ta’ Mejju 2013 (ĠU 2013, L 158, p. 193).

    ( 6 ) Dokument tal-Kunsill 8931/96 tas-17 ta’ Lulju 1996.

    ( 7 ) Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar (ĠU 2010, L 20, p. 7), emendate fl-aħħar lok bid-Direttiva 2013/17/UE tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-ambjent, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (ĠU 2013, L 158, p. 193).

    ( 8 ) Formularju standard tad-data, http://natura2000.eea.europa.eu/Natura2000/SDF.aspx?site=BE2300006.

    ( 9 ) Formularju standard tad-data, http://natura2000.eea.europa.eu/Natura2000/SDF.aspx?site=BE2100017.

    ( 10 ) Formularju standard tad-data, http://natura2000.eea.europa.eu/Natura2000/SDF.aspx?site=NL9803061.

    ( 11 ) Ara n-noti ta’ qiegħ il-paġna 8 sa 10.

    ( 12 ) Paġni 39 sa 40 tat-talba għal deċiżjoni preliminari.

    ( 13 ) Sentenza tat-12 ta’ Frar 2015, Il-Parlament vs Il-Kunsill (C‑48/14, EU:C:2015:91, punt 38).

    ( 14 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-29 ta’ Marzu 1990, Il-Greċja vs Il-Kunsill (C‑62/88, EU:C:1990:153, punt 17), u tat-12 ta’ April 2005, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (C‑61/03, EU:C:2005:210, punt 44), kif ukoll l-Opinjoni 1/94 (Konvenzjonijiet annessi mal-ftehim WTO) tal-15 ta’ Novembru 1994 (EU:C:1994:384, punt 24).

    ( 15 ) Sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 2002, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (Konvenzjoni fuq is-sigurtà nukleari,C‑29/99, EU:C:2002:734, punt 78), u tas-27 ta’ Ottubru 2009, ČEZ (C‑115/08, EU:C:2009:660, punt 100).

    ( 16 ) Sentenza tas-27 ta’ Ottubru 2009, ČEZ (C‑115/08, EU:C:2009:660, punt 105). Ara wkoll, is-sentenza tal-10 ta’ Diċembru 2002, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (Konvenzjoni fuq is-sigurtà nukleari, C‑29/99, EU:C:2002:734, punt 89).

    ( 17 ) Punt 2 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni ta’ Espoo, ħames inċiż tal-punt 1 tal-anness I tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u punt 2(b) tal-Anness I tad-Direttiva SEA.

    ( 18 ) Ara, fuq l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus għal miżuri analogi fir-Renju Unit, il-kumitat ta’ kontroll fuq l-osservanza tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet tat-23 ta’ Ottubru 2013, Ewing vs Ir-Renju Unit (ACCC/C/2011/61, ECE/MP.PP/C.1/2013/13, Hybrid Bill, Nru 54). Fir-rigward ta’ dan il-kumitat, ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Edwards (C‑260/11, EU:C:2012:645, punt 8). F’sens differenti madankollu s-sentenzi tat-18 ta’ Ottubru 2011, Boxus et (C‑128/09 sa C‑131/09, C‑134/09 u C‑135/09, EU:C:2011:667, punt 50), u tas-16 ta’ Frar 2012, Solvay et (C‑182/10, EU:C:2012:82, punt 43).

    ( 19 ) Sentenzi tal-QIĠ tal-20 ta’ April 2010, Pulp Mills on the River Uruguay (L-Arġentina vs L-Urugwaj), I.C.J. Reports 2010, p. 14, punt 204, u tas-16 ta’ Diċembru 2015, Certain Activities Carried Out by Nicaragua in the Border Area (Il-Kosta Rica vs In-Nikaragwa) and Construction of a Road in Costa Rica along the San Juan River (In-Nikaragwa vs Il-Kosta Rica), I.C.J. Reports 2015, p. 665, punt 104.

    ( 20 ) Konkluża fit-23 ta’ Mejju 1969 (United Nations Treaty Series, vol. 1155, p. 331).

    ( 21 ) Ara pereżempju s-sentenzi tal-5 ta’ Mejju 1970, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (77/69, EU:C:1970:34, punt 15), u tad-9 ta’ Diċembru 2003, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C‑129/00, EU:C:2003:656, punt 29), kif ukoll l-Opinjoni 1/09 (Ftehim dwar il-Ħolqien ta’ sistema unika ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tat-trademarks) tat-8 ta’ Marzu 2011 (EU:C:2011:123, punt 86).

    ( 22 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 (ĠU 2014, L 124, p. 1).

    ( 23 ) Sentenzi tas-16 ta’ Settembru 1999, WWF et (C‑435/97, EU:C:1999:418, punt 57); tat-18 ta’ Ottubru 2011, Boxus et (C‑128/09 sa C‑131/09, C‑134/09 u C‑135/09, EU:C:2011:667, punt 37), kif ukoll tas-17 ta’ Novembru 2016, Stadt Wiener Neustadt (C‑348/15, EU:C:2016:882, punt 26).

    ( 24 ) Sentenzi tas-16 ta’ Settembru 1999, WWF et (C‑435/97, EU:C:1999:418, punt 58); tat-18 ta’ Ottubru 2011, Boxus et (C‑128/09 a C‑131/09, C‑134/09 u C‑135/09, EU:C:2011:667, punti 3839), kif ukoll tas-17 ta’ Novembru 2016, Stadt Wiener Neustadt (C‑348/15, EU:C:2016:882, punt 27).

    ( 25 ) Ara iktar ’il quddiem, punti 63 et seq.

    ( 26 ) Sentenzi tat-18 ta’ Ottubru 2011, Boxus et (C‑128/09 sa C‑131/09, C‑134/09 u C‑135/09, EU:C:2011:667, punt 41), kif ukoll tas-17 ta’ Novembru 2016, Stadt Wiener Neustadt (C‑348/15, EU:C:2016:882, punt 29).

    ( 27 ) Sentenzi tat-18 ta’ Ottubru 2011, Boxus et (C‑128/09 sa C‑131/09, C‑134/09 u C‑135/09, EU:C:2011:667, punt 43), kif ukoll tas-17 ta’ Novembru 2016, Stadt Wiener Neustadt (C‑348/15, EU:C:2016:882, punt 30).

    ( 28 ) Ara s-sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2011, Boxus et (C‑128/09 sa C‑131/09, C‑134/09 u C‑135/09, EU:C:2011:667, punt 48).

    ( 29 ) Sentenzi tas-17 ta’ Marzu 2011, Brussels Hoofdstedelijk Gewest et (C‑275/09, EU:C:2011:154, punt 24), u tad-19 ta’ April 2012, Pro-Braine et (C‑121/11, EU:C:2012:225, punt 31).

    ( 30 ) Sentenzi tas-17 ta’ Marzu 2011, Brussels Hoofdstedelijk Gewest et (C‑275/09, EU:C:2011:154, punt 24), u tad-19 ta’ April 2012, Pro-Braine et (C‑121/11, EU:C:2012:225, punt 32).

    ( 31 ) Sentenza tat-8 ta’ Marzu 2011, Lesoochranárske zoskupenie (C‑240/09, EU:C:2011:125, punt 30); tal-15 ta’ Marzu 2018, North East Pylon Pressure Campaign u Sheehy (C‑470/16, EU:C:2018:185, punt 46), u tal-11 ta’ Lulju 2018, Bosphorus Queen Shipping (C‑15/17, EU:C:2018:557, punt 44).

    ( 32 ) Dikjarazzjoni tal-Komunità Ewropea fuq il-portata tal-kompetenza tagħha fis-sens tal-Artikolu 17(5) tal-Konvenzjoni ta’ Espoo (il-Finlandja) fuq l-evalwazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent f’kuntest transkonfinali (Dokument tal-Kunsill 8931/96, anness B, disponibbli wkoll fis-sit internet https://treaties.un.org/Pages/ViewDetails.aspx?src=TREATY&mtdsg_no=XXVII‑4&chapter= 27&lang=en#EndDec).

    ( 33 ) Sentenza tat-8 ta’ Marzu 2011, Lesoochranárske zoskupenie (C‑240/09, EU:C:2011:125, punt 31, u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 34 ) Ara s-sentenzi tad-19 ta’ Marzu 2002, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C‑13/00, EU:C:2002:184, punt 20); tas-7 ta’ Ottubru 2004, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑239/03, EU:C:2004:598, punti 29 sa 31); tat-8 ta’ Marzu 2011, Lesoochranárske zoskupenie (C‑240/09, EU:C:2011:125, punt 36), u tal-4 ta’ Settembru 2014, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (C‑114/12, EU:C:2014:2151, punt 102).

    ( 35 ) Sentenzi tat-8 ta’ Marzu 2011, Lesoochranárske zoskupenie (C‑240/09, EU:C:2011:125, punt 42), u tal-15 ta’ Marzu 2018, North East Pylon Pressure Campaign u Sheehy (C‑470/16, EU:C:2018:185, punt 50).

    ( 36 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja mxiet b’mod analogu fis-sentenza tas-17 ta’ Marzu 2011, Brussels Hoofdstedelijk Gewest et (C‑275/09, EU:C:2011:154, punti 26 sa 28), sabiex tikkorrobora l-interpretazzjoni tagħha tal-kunċett tal-proġett tad-Direttiva SEA.

    ( 37 ) Report of the Implementation Committee on its thirtieth session, 14 ta’ Awwissu 2014, ECE/MP.EIA/IC/2014/2, anness (Impjant nukleari ta’ Rivne), punt 37.

    ( 38 ) Ibid., Nri 41 sa 45.

    ( 39 ) Ara hawn taħt, punt 98.

    ( 40 ) Report of the Implementation Committee on its thirtieth session, 14 ta’ Awwissu 2014, ECE/MP.EIA/IC/2014/2, anness (Impjant nukleari ta’ Rivne), punt 42.

    ( 41 ) Ara punt 80 iktar ’il fuq.

    ( 42 ) Ara l-kumitat fuq l-osservanza tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet tat-12 ta’ Mejju 2011, Global 2000 [Friends of the Earth Austria] vs Is-Slovakkja (ACCC/C/2009/41, ECE/MP.PP/2011/11/Add.3, Impjant nukleari ta’ Mochovce, punti 55 sa 57).

    ( 43 ) Ara punt 81 iktar ’il fuq.

    ( 44 ) ĠU 1999, L 318, p. 21, approvata bid-Deċiżjoni 1999/819/Euratom tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Novembru 1999 dwar l-adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-1994 dwar is-Sigurtà Nukleari mill-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 15. Vol. 4, p. 370).

    ( 45 ) Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU 2009, L 172, p. 18).

    ( 46 ) Ara l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż) (ĠU 2010, L 334, p. 17).

    ( 47 ) Kumitat ta’ kontroll fuq l-osservanza tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet tat-12 ta’ Mejju 2011, Global 2000 [Friends of the Earth Austria] vs Is-Slovakkja (ACCC/C/2009/41, ECE/MP.PP/2011/11/Add.3, Impjant nukleari ta’ Mochovce, punt 58). Ara wkoll UNECE, Maastricht Recommendations on Promoting Effective Public Participation in Decision-making in Environmental Matters, punt 40(f), u Task Force on Public Participation in Decision-making, Report on the fourth meeting (18 ta’ Ġunju 2013), ECE/MP.PP/WG.1/2013/6, punti 56 u 57.

    ( 48 ) Ara, minn naħa, id-dikjarazzjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea fuq il-portata tal-kompetenza tagħha fis-sens tal-Artikolu 17(5) tal-Konvenzjoni ta’ Espoo (il-Finlandja) fuq l-evalwazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent f’kuntest transkonfinali (Dokument tal-Kunsill 8931/96, anness B, aċċessibbli wkoll fuq is-sit internet https://treaties.un.org/Pages/ViewDetails.aspx?src=TREATY&mtdsg_no=XXVII‑4&chapter= 27&lang=en#EndDec), kif ukoll il-premessa 15 tad-Direttiva VAS u, min-naħa l-oħra, id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466).

    ( 49 ) Ara s-sentenzi tat-8 ta’ Marzu 2011, Lesoochranárske zoskupenie (C‑240/09, EU:C:2011:125, punt 42), u tal-15 ta’ Marzu 2018, North East Pylon Pressure Campaign u Sheehy (C‑470/16, EU:C:2018:185, punt 50).

    ( 50 ) Sentenzi tal-24 ta’ Novembru 1992, Poulsen u Diva Navigation (C‑286/90, EU:C:1992:453, punt 9); tat-3 ta’ Settembru 2008, Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni (C‑402/05 P u C‑415/05 P, EU:C:2008:461, punt 291); tal-21 ta’ Diċembru 2011, Air Transport Association of America et (C‑366/10, EU:C:2011:864, punt 123), u tal-11 ta’ Lulju 2018, Bosphorus Queen Shipping (C‑15/17, EU:C:2018:557, punt 44).

    ( 51 ) Sentenza tas-17 ta’ Marzu 2011, Brussels Hoofdstedelijk Gewest et (C‑275/09, EU:C:2011:154, punti 26 sa 28).

    ( 52 ) Ara l-punt 54 iktar ’il fuq.

    ( 53 ) Ara, fuq il-limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza, is-sentenzi tat-2 ta’ Frar 1988, Blaizot et (24/86, EU:C:1988:43, punti 2830); tal-15 ta’ Marzu 2005, Bidar (C‑209/03, EU:C:2005:169, punti 66 sa 69), u tad-9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke u Eifert (C‑92/09 u C‑93/09, EU:C:2010:662, punt 93).

    ( 54 ) Sentenza tas-17 ta’ Novembru 2016, Stadt Wiener Neustadt (C‑348/15, EU:C:2016:882, punti 4142).

    ( 55 ) Sentenzi tat-30 ta’ Settembru 1987, Demirel (12/86, EU:C:1987:400, punt 14) u tat-8 ta’ Marzu 2011, Lesoochranárske zoskupenie (C‑240/09, EU:C:2011:125, punt 44, u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 56 ) Sentenzi tal-10 ta’ Jannar 2006, IATA u ELFAA (C‑344/04, EU:C:2006:10, punt 35); tat-3 ta’ Ġunju 2008, The International Association of Independent Tanker Owners et (C‑308/06, EU:C:2008:312, punt 42); tal-21 ta’ Diċembru 2011, Air Transport Association of America et (C‑366/10, EU:C:2011:864, punt 50), u tas-16 ta’ Lulju 2015, ClientEarth vs Il-Kummissjoni (C‑612/13 P, EU:C:2015:486, punt 33).

    ( 57 ) Ara, fuq l-applikazzjoni diretta tad-direttivi, is-sentenzi tat-18 ta’ Ottubru 2001, Gharehveran (C‑441/99, EU:C:2001:551, punti 41 sa 44), u tas-6 ta’ Settembru 2018, Hampshire (C‑17/17, EU:C:2018:674, punt 62).

    ( 58 ) Sentenzi tat-8 ta’ Novembru 2016, Lesoochranárske zoskupenie VLK (C‑243/15, EU:C:2016:838, punti 5759), kif ukoll tal-20 ta’ Diċembru 2017, Protect Natur-, Arten- und Landschaftsschutz Umweltorganisation (C‑664/15, EU:C:2017:987, punti 3839).

    ( 59 ) Groupe d’experts pour le Pacte (Fabius et), Livre blanc vers un Pacte mondial pour l’environnement, sezzjoni 4.2.1 u 4.2.2 (http://pactenvironment.emediaweb.fr/wp-content/uploads/2017/07/Livre-blanc-Pacte-mondial-pour-lenvironnement.pdf).

    ( 60 ) Sentenza tad-19 ta’ April 2012, Pro-Braine et (C‑121/11, EU:C:2012:225, punt 33).

    ( 61 ) Ara s-sentenza tas-7 ta’ Jannar 2004, Wells (C‑201/02, EU:C:2004:12, punti 44 sa 48).

    ( 62 ) Ara l-punt 6.2.6 tar-relazzjoni introduttiva għall-proposta tal-Kummissjoni COM(2000)0839 definittiva, li wasslet gad-Direttiva 2003/35 (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 48).

    ( 63 ) Ara iktar ’il fuq, punt 86.

    ( 64 ) Sezzjoni B.9.2. tat-talba għal deċiżjoni preliminari.

    ( 65 ) Sentenzi tas-7 ta’ Jannar 2004, Wells (C‑201/02, EU:C:2004:12, punt 53); tat-28 ta’ Frar 2008, Abraham et (C‑2/07, EU:C:2008:133, punt 26), kif ukoll tas-17 ta’ Marzu 2011, Brussels Hoofdstedelijk Gewest et (C‑275/09, EU:C:2011:154, punt 33).

    ( 66 ) Sentenzi tas-7 ta’ Jannar 2004, Wells (C‑201/02, EU:C:2004:12, punt 52), kif ukoll tat-28 ta’ Frar 2008, Abraham et (C‑2/07, EU:C:2008:133, punt 26).

    ( 67 ) Direttiva 85/337/KEE tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ proġetti pubbliċi u privati determinati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248).

    ( 68 ) Sentenzi tas-7 ta’ Jannar 2004, Wells (C‑201/02, EU:C:2004:12, punt 52), kif ukoll tat-28 ta’ Frar 2008, Abraham et (C‑2/07, EU:C:2008:133, punt 26).

    ( 69 ) Direttiva 85/337/KEE tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1985 li tikkonċerna l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ proġetti pubbliċi u privati determinati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248).

    ( 70 ) Direttiva tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151).

    ( 71 ) Pożizzjoni komuni (KE) Nru 40/96 [ĠU 1996, C 248, p. 75 (88)].

    ( 72 ) Sentenza tal-QIĠ tal-25 ta’ Settembru 1997 Gabcikovo-Nagymaros Project (L-Ungerija vs Is-Slovakkja) I.C.J. Reports 1997, p. 7, punt 51.

    ( 73 ) L-Artikolu 25(1)(a) tal-Abbozz ta’ Artikoli fuq ir-responsabbiltà tal-Istat għal atti illegali internazzjonalment (Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda – Sessjoni 56, Sezzjoni VII, p. 530 (http://www.un.org/Depts/german/gv-56/band1/56bd-6.pdf).

    ( 74 ) Sentenza tal-QIĠ tal-25 ta’ Settembru 1997 Gabcikovo-Nagymaros Project (L-Ungerija vs Is-Slovakkja) I.C.J. Reports 1997, p. 7, punt 52.

    ( 75 ) Sentenza tat-8 ta’ Novembru 2016, Lesoochranárske zoskupenie VLK (C‑243/15, EU:C:2016:838, punti 4649).

    ( 76 ) Sentenzi tas-7 ta’ Settembru 2004, Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging (C‑127/02, EU:C:2004:482, punt 26), u tal-14 ta’ Jannar 2010, Stadt Papenburg (C‑226/08, EU:C:2010:10, punt 38). Il-formulazzjoni fis-sentenza tas-17 ta’ Lulju 2014, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C‑600/12, mhux ippubblikata, EU:C:2014:2086, punt 75) hija ftit differenti.

    ( 77 ) Sentenzi tal-11 ta’ April 2013, Sweetman et (C‑258/11, EU:C:2013:220, punt 44); tal-21 ta’ Lulju 2016, Orleans et (C‑387/15 u C‑388/15, EU:C:2016:583, punt 50), u tas-17 ta’ April 2018, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Foresta ta’ Białowieża) (C‑441/17, EU:C:2018:255, punt 114).

    ( 78 ) Sentenzi tat-13 ta’ Diċembru 2007, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C‑418/04, EU:C:2007:780, punt 231), u tal-14 ta’ Marzu 2013, Leth (C‑420/11, EU:C:2013:166, punt 46).

    ( 79 ) Ara s-sentenza tas-7 ta’ Novembru 2018, Coöperatie Mobilisation for the Environment et (C‑293/17 u C‑294/17, EU:C:2018:882, punti 6566), kif ukoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging (C‑127/02, EU:C:2004:60, punt 31), u fil-kawżi magħquda Coöperatie Mobilisation for the Environment et (C‑293/17 u C‑294/17, EU:C:2018:622, punti 114 sa 118).

    ( 80 ) Sentenza tal-10 ta’ Jannar 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C‑98/03, EU:C:2006:3, punt 41). Ara wkoll is-sentenza tas-26 ta’ Mejju 2011, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C‑538/09, EU:C:2011:349, punt 41).

    ( 81 ) Sentenza tal-10 ta’ Jannar 2006, Il-Kummissjoni vs Germania (C‑98/03, EU:C:2006:3, punti 42 sa 44). Issa anki s-sentenza tas-7 ta’ Novembru 2018, Coöperatie Mobilisation for the Environment et (C‑293/17 u C‑294/17, EU:C:2018:882, punt 67).

    ( 82 ) Ara s-sentenza tas-26 ta’ April 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (Moorburg) (C‑142/16, EU:C:2017:301, punt 30).

    ( 83 ) Sentenza tas-16 ta’ Frar 2012, Solvay et (C‑182/10, EU:C:2012:82, punti 6970). Anki s-sentenza tal-11 ta’ Settembru 2012, Nomarchiaki Aftodioikisi Aitoloakarnanias et (C‑43/10, EU:C:2012:560, punti 100 et seq.) kienet tirrigwarda l-awtorizzazzjoni ta’ proġett li daħlet fis-seħħ permezz ta’ liġi.

    ( 84 ) Sentenzi tal-21 ta’ Lulju 2016, Orleans et (C‑387/15 u C‑388/15, EU:C:2016:583, punt 60, u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tas-17 ta’ April 2018, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Foresta ta’ Białowieża) (C‑441/17, EU:C:2018:255, punt 189).

    ( 85 ) Sentenzi tal-21 ta’ Lulju 2016, Orleans et (C‑387/15 u C‑388/15, EU:C:2016:583, punt 61, u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tas-17 ta’ April 2018, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Foresta ta’ Białowieża) (C‑441/17, EU:C:2018:255, punt 191, u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 86 ) Sentenzi tat-13 ta’ Mejju 2003, Il-Kummissjoni vs Spanja (C‑463/00, EU:C:2003:272, punt 71), u tas-26 ta’ Marzu 2009, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C‑326/07, EU:C:2009:193, punt 69).

    ( 87 ) Sentenzi tal-10 ta’ Lulju 1984, Campus Oil et (72/83, EU:C:1984:256, punti 3547), u tal-4 ta’ Ġunju 2002, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑483/99, EU:C:2002:327, punt 47) kif ukoll Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C‑503/99, EU:C:2002:328, punt 46).

    ( 88 ) Sentenzi tal-14 ta’ Marzu 2000, Église de scientologie (C‑54/99, EU:C:2000:124, punt 17), u tal-4 ta’ Ġunju 2002, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑483/99, EU:C:2002:327, punt 48), kif ukoll Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C‑503/99, EU:C:2002:328, punt 47).

    ( 89 ) Sentenza tal-24 ta’ Novembru 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (Alto Sil/orso bruno spagnolo) (C‑404/09, EU:C:2011:768, punti 193195). Ara anki l-Opinjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ April 2004 skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Habitats fuq il-minjiera Bergwerk Prosper Haniel (http://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/docs/art6/prosper_haniel_de.pdf).

    ( 90 ) Ara l-punt 25 iktar ’il fuq.

    ( 91 ) Ara s-sentenzi li jissemmew fin-noti ta’ qiegħ il-paġna 86 u 87.

    ( 92 ) Ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-20 ta’ Diċembru 2017, Eni et (C‑226/16, EU:C:2017:1005, punt 45), kif ukoll tal-20 ta’ Marzu 2018, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C‑187/16, EU:C:2018:194, punt 87).

    ( 93 ) Fuq id-Direttiva VAS, is-sentenza tas-26 ta’ Lulju 2017, Comune di Corridonia et (C‑196/16 u C‑197/16, EU:C:2017:589, punt 34).

    ( 94 ) Sentenzi tas-7 ta’ Jannar 2004, Wells (C‑201/02, EU:C:2004:12, punt 67), kif ukoll tat-28 ta’ Frar 2012, Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne (C‑41/11, EU:C:2012:103, punt 45).

    ( 95 ) Sentenzi tas-7 ta’ Jannar 2004, Wells (C‑201/02, EU:C:2004:12, punt 64, u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tat-28 ta’ Frar 2012, Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne (C‑41/11, EU:C:2012:103, punt 43), u l-ġurisprudenza ċċitata.

    ( 96 ) Sentenzi tas-7 ta’ Jannar 2004, Wells (C‑201/02, EU:C:2004:12, punt 65); tat-3 ta’ Lulju 2008, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C‑215/06, EU:C:2008:380, punt 59); tat-28 ta’ Frar 2012, Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne (C‑41/11, EU:C:2012:103, punt 46), kif ukoll tas-26 ta’ Lulju 2017, Comune di Corridonia et (C‑196/16 u C‑197/16, EU:C:2017:589, punt 35).

    ( 97 ) Sentenza tat-28 ta’ Frar 2012, Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne (C‑41/11, EU:C:2012:103, punti 4647).

    ( 98 ) Ara pereżempju s-sentenzi tal-QEDB tad-19 ta’ Marzu 1997, Hornsby vs Il-Greċja (18357/91, CE:ECHR:1997:0319JUD001835791 punti 40 u 41), u tat-8 ta’ April 2004, Assanidze vs Il-Ġjorġja (71503/01, CE:ECHR:2004:0408JUD007150301, punti 181 u 182).

    ( 99 ) Il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda Comune di Corridonia et (C‑196/16 u C‑197/16, EU:C:2017:249, punt 41).

    ( 100 ) Sentenza tas-7 ta’ Jannar 2004, Wells (C‑201/02, EU:C:2004:12, punt 58).

    ( 101 ) Sentenza tat-28 ta’ Frar 2012, Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne (C‑41/11, EU:C:2012:103, punt 58).

    ( 102 ) Sentenza tat-28 ta’ Lulju 2016, Association France Nature Environnement (C‑379/15, EU:C:2016:603, punt 34).

    ( 103 ) Sentenzi tas-17 ta’ Mejju 1990, Barber (C‑262/88, EU:C:1990:209, punt 41); tat-8 ta’ Settembru 2010, Winner Wetten (C‑409/06, EU:C:2010:503, punt 67), u tat-28 ta’ Lulju 2016, Association France Nature Environnement (C‑379/15, EU:C:2016:603, punt 33).

    ( 104 ) Sentenza tat-28 ta’ Frar 2012, Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne (C‑41/11, EU:C:2012:103, punt 59).

    ( 105 ) Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 68).

    ( 106 ) Sentenza tat-28 ta’ Lulju 2016, Association France Nature Environnement (C‑379/15, EU:C:2016:603, punt 39).

    ( 107 ) Sentenzi tat-28 ta’ Frar 2012, Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne (C‑41/11, EU:C:2012:103, punti 5758), kif ukoll tat-28 ta’ Lulju 2016, Association France Nature Environnement (C‑379/15, EU:C:2016:603, punti 34 sa 36).

    ( 108 ) Sentenzi tat-28 ta’ Frar 2012, Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne (C‑41/11, EU:C:2012:103, punt 56), kif ukoll tat-28 ta’ Lulju 2016, Association France Nature Environnement (C‑379/15, EU:C:2016:603, punt 38).

    ( 109 ) Sentenzi tat-3 ta’ Lulju 2008, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C‑215/06, EU:C:2008:380, punt 57); tal-15 ta’ Jannar 2013, Križan et (C‑416/10, EU:C:2013:8, punt 87); tas-17 ta’ Novembru 2016, Stadt Wiener Neustadt (C‑348/15, EU:C:2016:882, punt 36), u tas-26 ta’ Lulju 2017, Comune di Corridonia et (C‑196/16 u C‑197/16, EU:C:2017:589, punti 37 sa 43).

    ( 110 ) Sentenzi tat-3 ta’ Lulju 2008, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C‑215/06, EU:C:2008:380, punt 57); tal-15 ta’ Jannar 2013, Križan et (C‑416/10, EU:C:2013:8, punt 87); tas-17 ta’ Novembru 2016, Stadt Wiener Neustadt (C‑348/15, EU:C:2016:882, punt 36), u tas-26 ta’ Lulju 2017, Comune di Corridonia et (C‑196/16 u C‑197/16, EU:C:2017:589, punt 38).

    ( 111 ) Fir-rigward tal-evalwazzjoni ambjentali strateġika, is-sentenza tat-28 ta’ Frar 2012, Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne (C‑41/11, EU:C:2012:103, punt 57). Ara wkoll il-punti 186 sa 190 iktar ’il fuq.

    Top