This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CC0122
Opinion of Advocate General Bot delivered on 10 April 2018.#David Smith v Patrick Meade and Others.#Request for a preliminary ruling from the
 Court of Appeal.#Reference for a preliminary ruling — Approximation of laws — Insurance against civil liability in respect of the use of motor vehicles — Third Directive 90/232/EEC — Article 1 — Liability for personal injury caused to all passengers other than the driver — Compulsory insurance — Direct effect of directives — Obligation to disapply national legislation contrary to a directive — Non-application of a contractual clause contrary to a directive.#Case C-122/17.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Y. Bot, ippreżentati fl-10 ta’ April 2018.
David Smith vs Patrick Meade et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Court of Appeal.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur – It-Tielet Direttiva 90/232/KEE – Artikolu 1 – Responsabbiltà fil-każ ta’ danni fiżiċi kkawżati lill-passiġġieri kollha ħlief is-sewwieq – Assigurazzjoni obbligatorja – Effett dirett tad-direttivi – Obbligu li titħalla mhux applikata leġiżlazzjoni nazzjonali kuntrarja għal direttiva – Nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ klawżola kuntrattwali kuntrarja għal direttiva.
Kawża C-122/17.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Y. Bot, ippreżentati fl-10 ta’ April 2018.
David Smith vs Patrick Meade et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Court of Appeal.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur – It-Tielet Direttiva 90/232/KEE – Artikolu 1 – Responsabbiltà fil-każ ta’ danni fiżiċi kkawżati lill-passiġġieri kollha ħlief is-sewwieq – Assigurazzjoni obbligatorja – Effett dirett tad-direttivi – Obbligu li titħalla mhux applikata leġiżlazzjoni nazzjonali kuntrarja għal direttiva – Nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ klawżola kuntrattwali kuntrarja għal direttiva.
Kawża C-122/17.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2018:223
KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
BOT
ippreżentati fl-10 ta’ April 2018 ( 1 )
Kawża C-122/17
David Smith
vs
Patrick Meade,
Philip Meade,
FBD Insurance plc,
Ireland,
Attorney General
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of appeal (il-Qorti tal-Appell, l-Irlanda))
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur – It-Tielet Direttiva 90/232/KEE – Artikolu 1 – Responsabbiltà fil-każ ta’ danni korporali kkawżati lill-passiġġieri kollha ħlief is-sewwieq – Assigurazzjoni obbligatorja – Effett dirett tad-direttivi – Obbligu li titħalla mhux applikata leġiżlazzjoni nazzjonali kuntrarja għal direttiva – Invokabbiltà mill-Istat ta’ direttiva kontra individwu”
1. |
Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE tal-14 ta’ Mejju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur ( 2 ). |
2. |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża inizjalment bejn David Smith minn naħa u Patrick u Philip Meade, FBD Insurance plc (iktar ’il quddiem “FBD”), l-Irlanda kif ukoll l-Attorney General min-naħa l-oħra dwar il-kumpens għad-dannu sostnut minn D. Smith wara inċident tat-traffiku kkawżat minn vettura misjuqa minn Patrick Meade u proprjetà ta’ Philip Meade. |
3. |
Fis-sentenza tagħha tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet illi l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur ma tkoprix ir-responsabbiltà għal danni korporali kkawżati lill-persuni li jkunu qegħdin jivvjaġġaw f’parti ta’ vettura bil-mutur li ma tkunx ġiet iddiżinjata u lanqas mibnija b’siġġijiet għall-passiġġieri ( 3 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikollu effett dirett u jikkonferixxi, konsegwentement, drittijiet li l-individwi jistgħu jinvokaw direttament quddiem il-qrati nazzjonali ( 4 ). |
4. |
Il-Qorti tal-Ġusitzzja hija mitluba tippreċiża l-konsegwenzi tas-sentenza tagħha tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229), fil-kuntest li ġej: għalkemm il-kawża inizjali kienet bejn D. Smith u P. u P. Meade, li magħha żdiedu, bħala konvenuti, FBD, l-Irlanda u l-Attorney General, il-fażi proċedurali li fil-kors tagħha tressqet id-domanda preliminari preżenti hija bejn FBD, li ġiet issurrogata fid-drittijiet ta’ D. Smith, u l-Istat Irlandiż. F’dan il-kuntest, dan tal-aħħar isostni, bħala motiv ta’ difiża, li t-Tielet Direttiva hija adattata sabiex timponi fuq din l-assigurazzjoni, l-obbligu li tikkumpensa lil D. Smith. Għaldaqstant, tqum problema ġenerali, li ċertament ma hijiex ġdida, iżda li tqum f’konfigurazzjoni proċedurali partikolari, dwar jekk direttiva jistax ikollha l-effett li timponi obbligi fuq individwu f’sitwazzjoni fejn l-Istat ittraspona b’mod żbaljat din id-direttiva. |
5. |
F’dawn il-konklużjonijiet, ser nesponi, qabel kollox, ir-raġunijiet għalfejn nikkunsidra li, fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, kumpannija ta’ assigurazzjoni, li hija ssurrogata fid-drittijiet ta’ vittma li lilha tagħt kumpens, u, min-naħa l-oħra, l-Istat, il-qorti nazzjonali hija marbuta li ma tapplikax id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tiegħu li jipprovdu li l-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili marbuta mal-użu ta’ vetturi bil-mutur ma tkoprix ir-responsabbiltà għal danni korporali kkawżati lill-persuni li jkunu qegħdin jivvjaġġaw f’parti ta’ vettura bil-mutur li ma tkunx ġiet iddiżinjata u lanqas mibnija b’siġġijiet għall-passiġġieri, li n-nuqqas ta’ konformità tagħha mal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva jirriżulta mis-sentenza tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229). |
6. |
Sussegwentement, ser nispjega għaliex nikkunsidra li tali twarrib tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali kuntrarji għall-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva, ma jistax ikollu l-konsegwenza li jimponi fuq l-assiguratur li kkonforma ruħu ma’ tali dispożizzjonijiet, l-obbligu li jikkumpensa lill-vittma għal dannu mhux kopert mill-polza ta’ assigurazzjoni approvata. |
I. Il-kuntest ġuridiku
A. Id-dritt tal-Unjoni
7. |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/103/KE tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà ( 5 ), ħassret id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE tal-24 ta’ April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà ( 6 ), kif ukoll it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE tat-30 ta’ Diċembru 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur ( 7 ), u t-Tielet Direttiva. Madankollu, fid-dawl tad-data li fiha seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-direttivi mħassra. |
8. |
Skont l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva: “Kull Stat Membru għandu, […], jieħu l-miżuri kollha approprjati biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu ikun kopert minn assigurazzjoni. Il-limiti koperti tar-responsabbiltà u l-kondizzjonijiet tal-kopertura għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta’ dawn il-miżuri.” |
9. |
L-Artikolu 1(1) tat-Tieni Direttiva kien jipprovdi: “L-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) [tal-Ewwel Direttiva], għandha tkopri b’obbligu kemm il-ħsara lill- proprjetà u kemm il-korrimenti personali.” |
10. |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva kien jistabbilixxi: “Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jassigura li kull dispożizzjoni statutorja jew kull klawsola kontrattwali li tkun tinstab fil-polza ta’ l-assigurazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 3(1) [tal-Ewwel Direttiva], li teskludi mill-assigurazzjoni l-użu jew is-sewqan ta’ vetturi minn:
għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 3(1) [tal-Ewwel Direttiva], titqies nulla […].” |
11. |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva kien jipprevedi: “[…] [L]-assigurazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(1) [tal-Ewwel Direttiva] għandha tkopri r-responsabbiltà għal korrimenti fuq il-persuna tal-passiġġieri, apparti minn għax-xufier, li joriġinaw mill-użu ta’ vettura.” |
B. Id-dritt Irlandiż
12. |
L-Artikolu 56(1) tar-Road Traffic Act 1961 (il-Liġi tal-1961 dwar traffiku stradali), fil-verżjoni tagħha fi-seħħ meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-“liġi tal-1961”), kien jipprevedi li sewwieq ma jistax isuq vettura bil-mutur fi triq pubblika mingħajr polza ta’ assigurazzjoni approvata u valida li tkopri n-negliġenza fl-użu tal-vettura li joħloq obbligu li jitħallsu danni lil kull persuna, bl-eċċezzjoni tal-persuni esklużi. |
13. |
L-Artikolu 56(3) ta’ din il-liġi tal-1961 kien jiddisponi li l-użu ta’ vettura bi ksur tal-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 56(1) jikkostitwixxi reat kriminali. |
14. |
Skont l-Artikolu 65(1)(a) tal-imsemmija liġi, hija “persuna eskluża”, fis-sens tal-Artikolu 56(1) ta’ din l-istess liġi: “Kull persuna li titlob kumpens għal danni korporali sostnuti waqt li kienet ġewwa jew fuq vettura motorizzata (jew vettura rmunkata minn tali vettura) li d-dokument rilevanti jikkonċerna, minbarra vettura bil-mutur, vettura rmunkata jew vetturi li jifformaw kombinazzjoni ta’ vetturi ta’ klassi indikata għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu mil-leġiżlazzjonijiet adottati mill-Ministru fil-każ fejn l-imsemmija leġiżlazzjonijiet ma jipprevedux assigurazzjoni obbligatorja għar-responabbiltà ċivili li tkopri lill-passiġieri għal:
|
15. |
L-Artikolu 6(1)(a) tar-Road Traffic (Compulsory Insurance) Regulations 1962 (Regolament Ministerjali tal-1962 dwar l-assigurazzjoni obbligatorja fir-rigward tas-sewqan), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fiż-żmien meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Ministerjali tal-1962”), kien jistabbilixxi: “Il-vetturi li ġejjin huma indikati għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-[Artikolu 65(1)(a), tal-liġi tal-1961]:
|
II. Il-fatti tal-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
16. |
Fid-19 ta’ Ġunju 1999, D. Smith weġġa’ b’mod gravi ħafna meta l-vann li fih kien qiegħed jivvjaġġa fuq wara, bħala passiġġier, ħabat ma’ vettura oħra li kienet ukoll qegħda tinsaq fi triq pubblika, viċin Tullyallen (l-Irlanda). Fil-mument tal-inċident, dan il-vann kien misjuq minn Patrick Meade u kien proprjetà ta’ Philip Meade. L-imsemmi vann ma kienx armat b’siġġijiet fissi għall-passiġġieri li jivvjaġġaw fuq wara ta’ din il-vettura. |
17. |
Il-polza ta’ assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur li kien issottoskriva għaliha Philip Meade mingħand FBD kienet valida fil-mument tal-inċident u kienet ġiet approvata konformement mal-leġiżlazzjoni Irlandiża applikabbli. Din il-polza kienet tinkludi klawżola ta’ esklużjoni relattiva għall-passiġġieri li jivvjaġġaw fuq wara tal-vann, li kienet tipprevedi li l-garanzija “Passiġġier” kienet tkopri biss il-passiġġier bilqegħda fuq siġġu fiss fuq quddiem tal-vettura. |
18. |
D. Smith aġixxa kontra P. u P. Meade għal negliġenza u tort. |
19. |
Wara n-notifika tat-talba għal kumpens imressqa minn D. Smith, FBD, permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Awwissu 2001, irrifjutat li tħallas lil Philip Meade kumpens abbażi tad-danni korporali sostnuti minn D. Smith. Din il-kumpannija ta’ assigurazzjoni invokat il-klawżola ta’ esklużjoni li tinsab fil-polza ta’ assigurazzjoni u sostniet li d-danni korporali kkawżati lill-persuni li huma ttrasportati bħala passiġġieri f’parti ta’ vettura li la ġiet iddiżinjata u lanqas mibnija b’siġġijiet għall-passiġġieri ma kinux koperti minn din il-polza. |
20. |
Fid-19 ta’ April 2007, il-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza tagħha Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229), li fiha hija ddeċidiet, fir-rigward tal-leġiżlazzjoni Irlandiża inkwistjoni fil-kawża prinċipali, essenzjalment, li l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili marbuta mal-użu ta’ vetturi bil-mutur ma tkoprix ir-responsabbiltà għal danni korporali kkawżati lill-persuni li jkunu qegħdin jivvjaġġaw f’parti ta’ vettura bil-mutur li la kienet iddiżinjata u lanqas ma kienet ġiet mibnija b’siġġijiet għall-passiġġieri u, li din id-dispożizzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikollha effett dirett u, għalhekk, tikkonferixxi drittijiet li l-individwi jistgħu jinvokaw direttament quddiem il-qrati nazzjonali. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk l-imsemmija dispożizzjoni tistax tiġi invokata kontra organu bħal dak inkwistjoni fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza. |
21. |
Adita fl-ewwel istanza bil-kawża bejn, minn naħa, D. Smith u min-naħa l-oħra, P. u P. Meade, FBD, l-Irlanda u l-Attorney General, il-High Court (qorti għolja, l-Irlanda) ikkonkludiet, f’deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2009, li kien possibbli li jiġi interpretat l-Artikolu 65(1)(a) tal-Liġi tal-1961 u l-Artikolu 6 tar-Regolament Ministerjali tal-1962 b’mod konformi mat-Tielet Direttiva. |
22. |
Fl-10 ta’ Frar 2009, il-High Court (Il-Qorti Għolja) approvat ftehim bonarju konkluż bejn FBD u D. Smith wara d-deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2009. Konformement ma’ dan il-ftehim, FBD ħallset lil D. Smith, f’isem Philip Meade, is-somma ta’ EUR 3 miljun. Sussegwentement, D. Smith tqiegħed taħt is-sistema ta’ protezzjoni legali. Wara dan il-ħlas, FBD ġiet issurrogata fid-drittijiet ta’ D. Smith. |
23. |
Il-proċedura kontra, minn naħa, P. u P. Meade u min-naħa l-oħra, l-Irlanda u l-Attorney General, ġiet aġġornata. |
24. |
FBD ippreżentat appell kontra d-deċiżjoni tal-High Court (Il-Qorti Għolja) quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Court of appeal (Il-Qorti tal-Appell, l-Irlanda), fejn sostniet li din l-ewwel qorti wettqet applikazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tat-13 ta’ Novembru 1990, Marleasing (C-106/89, EU:C:1990:395), billi interpretat il-leġiżlazzjoni nazzjonali contra legem, u li d-deċiżjoni tagħha għandha l-effett li tikkonferixxi fuq it-Tielet Direttiva, forma ta’ effett dirett orizzontali retroattiv kontriha, peress li hija kumpannija ta’ assigurazzjoni privata. Barra minn hekk, din tal-aħħar ippreċiżat li, jekk l-appell tagħha jintlaqa’, hija kienet ser tipprova tirkupra mill-Istat is-somma li hija ħallset lil D. Smith. |
25. |
Il-Court of appeal (Il-Qorti tal-Appell) osservat li, fiż-żmien li seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, il-persuni li jivvjaġġaw fil-vannijiet li ma kellhomx siġġijiet fissi kienu “persuni esklużi” għall-finijiet tal-applikazzjoni kemm tal-Artikolu 65(1) tal-Liġi tal-1961, kif emendata, kif ukoll tar-Regolament Ministerjali tal-1962, u li ma kienx hemm obbligu legali li dawn jiġu assigurati taħt id-dritt Irlandiż. Barra minn hekk, din il-qorti tippreċiża, li s-sewwieqa li kellhom polza ta’ assigurazzjoni approvata ma kinux iwettqu reat kriminali billi jsuqu vettura mingħajr ma jkunu koperti l-persuni li jivvjaġġaw mingħajr siġġijiet fissi. Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-Artikolu 65(1)(a) tal-Liġi tal-1961 kien ifformulat b’tali mod li, anki kieku l-ministru responsabbli ried jadotta regolament sabiex jestendi l-assigurazzjoni obbligatorja għal tali persuni, kien iwettaq eċċess ta’ poter kieku kien għamel dan. |
26. |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tinnota li l-kwistjoni li tqum fil-kuntest tal-appell li hija adita bih u dik tal-konsegwenzi tas-sentenza tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229). F’dan ir-rigward, hija tenfasizza li, fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, is-sewwieq ma kienx assigurat, minkejja li l-obbligu ta’ garanzija kienet fuq il-Motor Insurers Bureau of Ireland (iktar ’il quddiem il-“MIBI”). Bil-kontra, fil-kuntest ta’ din il-kawża, FBD hija organu privat li ma jistax jitqabbel ma’ korp tal-Istat. Barra minn hekk, b’differenza mill-kawża li tat lok għas-sentenza tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C‑356/05, EU:C:2007:229), il-propjetarju tal-vettura, Philip Meade, kien assigurat, minkejja li t-termini tal-polza ta’ assigurazzjoni tiegħu kienu jeskludu b’mod espliċitu l-garanzija fil-każ ta’ passiġġieri, bħal D. Smith, li jivvjaġġaw b’mod ieħor milli fuq siġġu fiss fuq wara tal-vettura. |
27. |
Il-qorti tar-rinviju tibda mill-premessa li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma tistax tiġi interpretata konformement mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva. |
28. |
B’hekk, il-Court of appeal (il-Qorti tal-Appell) ikkonkludiet, bil-kontra tal-High Court (il-Qorti Għolja), li ż-żewġ dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni, kienu minnhom infushom, “kompletament ċari u nieqsa minn l-iċken ambigwità” u li dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet “jeskludu b’mod espliċitu l-każ, bħal fil-każ preżenti, li fih il-passiġġier kien qiegħed jivvjaġġa fil-parti ta’ vettura motorizzata li ma kellhiex siġġijiet fissi” ( 8 ). Fir-rigward, skont il-Court of appeal (il-Qorti tal-Appell), ta’ għażla ta’ politika leġiżlattiva, din il-qorti enfasizzat in-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-High Court (il-Qorti Għolja) dwar din il-kwistjoni ta’ interpretazzjoni, billi affermat li ma kienx “possibbli li jiġu interpretati dawn id-dispożizzjonijiet b’mod li jkun kompatibbli mar-rekwiżiti tat-Tielet Direttiva, peress li interpretazzjoni differenti twassal għal interpretazzjoni li tkun contra legem u li tmur kontra l-kliem attwali ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet” ( 9 ). |
29. |
Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, x’għandha tagħmel qorti nazzjonali f’kawża bejn individwi privati, meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli hija manifestament kuntrarja għar-rekwiżiti ta’ direttiva, u meta huwa impossibbli li din il-leġiżlazzjoni tiġi interpretata b’mod li jkun konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti. |
30. |
Il-Court of appeal (il-Qorti tal-Appell) tqis, f’dan ir-rigward, li mis-sentenza tad-19 ta’ April 2016, DI (C-441/14, EU:C:2016:278), jirriżulta li, meta interpretazzjoni konformi ma hijiex possibbli, il-qorti nazzjonali għandha, meta dan ikun possibbli, ma tapplikax id-dritt nazzjonali, anki f’kawża bejn individwi. |
31. |
Il-Court of appeal (il-Qorti tal-Appell) ikkonkludiet minn dan li l-Artikolu 65(1)(a) tal-Liġi tal-1961 u l-Artikolu 6 tar-Regolament Ministerjali tal-1962 għandhom jitħallew mhux applikati, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet ifissru esklużjoni tal-kopertura tal-assigurazzjoni li tikkonċerna lill-passiġġieri li ma jivvjaġġawx fuq siġġu fiss. |
32. |
F’dan ir-rigward, il-Court of appeal (il-Qorti tal-Appell) tqis li, kieku l-espressjoni “iddiżinjata u mibnija b’siġġijiet għall-passiġġieri”, li tidher fl-Artikolu 6 tar-Regolament Ministerjali tal-1962, titħalla mhux applikata, il-vetturi kollha ħlief il-biċikletti bil-mutur ikunu indikati għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 65(1)(a), tal-Liġi tal-1961, li jagħti lok għal obbligu legali li jiġu assigurati l-vetturi kollha. Fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, it-test li għandu jitħalla mhux applikat, huwa l-Artikolu 65(1)(a)(i) ta’ din il-liġi. |
33. |
In-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dawn it-testi għandha effett retroattiv. Minn dan isegwi li l-polza ta’ assigurazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma għandhiex tibqa’ tiġi kkunsidrata bħala “polza approvata”, fis-sens tal-Artikolu 62(1)(a) tal-Liġi tal-1961. Skont il-qorti tar-rinviju, is-sewwieq u l-proprjetarju tal-vettura inkwistjoni fil-kawża prinċipali f’dawn iċ-ċirkustanzi, wettqu, teoretikament, reat kriminali, fejn tal-ewwel saq vettura fi triq pubblika mingħajr polza ta’ assigurazzjoni approvata, u t-tieni billi ppermetta li l-imsemmija vettura tiġi misjuqa b’dan il-mod. |
34. |
Madankollu, il-Court of appeal (il-Qorti tal-Appell) tikkunsidra li, jekk il-klawżola ta’ esklużjoni li tikkonċerna lill-passiġġieri li ma jivvjaġġawx fuq siġġu fiss titwarrab hija stess mill-polza ta’ assigurazzjoni inkwistjoni fil-kawża pinċipali minħabba li hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, din il-polza ssib awtomatikament l-istatus ta’ polza approvata, fis-sens tal-Artikolu 62(1)(a) tal-Liġi tal-1961, u l-problema tar-responabbiltà kriminali ta’ P. u P. Meade tisparixxi. |
35. |
Skont din il-qorti, dan iqajjem sussegwentement il-kwistjoni dwar jekk dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tistax jew għandhiex tmur daqshekk fl-estrem u jekk tali dikjarazzjoni tikkostitwix, essenzjalment, forma ta’ effett dirett orizzontali tat-Tielet Direttiva kontra l-assiguratur privat FBD. |
36. |
Konsegwentement, il-qorti tar-rinviju hija tal-opinjoni li l-kawża preżenti tqajjem domandi diffiċli u li għadhom ma ġewx riżolti relatati ma kemm id-direttivi dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi jistgħu jiġu kkunsidrati li jipproduċu effetti diretti kontra parti purament privata, bħal FBD, wara n-nuqqas ta’ applikazzjoni neċessarju tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 65(1)(a), tal-Liġi tal-1961 u tal-Artikolu 6 tar-Regolament Ministerjali tal-1962, fid-dawl tas-sentenza tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229). |
37. |
Il-qorti tar-rinviju tenfasizza li, jekk hija obbligata tħalli mhux applikata l-klawżola ta’ esklużjoni li hemm fil-polza ta’ assigurazzjoni, minn dan jirriżulta li D. Smith kien aġixxa ġustament kontra P. u P. Meade u li FBD kienet min-naħa tagħha marbuta li tikkumpensa lil dawn il-konvenuti. Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tindika li, jekk hija ma hijiex obbligata tħalli mhux applikata l-klawżola ta’ esklużjoni li tinsab fil-polza ta’ assigurazzjoni, huwa possibbli għal FBD li titlob lill-Istat il-ħlas lura tat-EUR 3 miljun li hija ħallset lil D. Smith abbażi tat-tranżazzjoni billi tirrikorri għall-proċeduri legali adattati, inkluża, eventwalment, azzjoni għal kumpens għal dannu ibbazata fuq il-ġurisprudenza Francovich et. ( 10 ). |
38. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Court of appeal (il-Qorti tal-Appell) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja: “Meta:
b’hekk, fil-kuntest ta’ tilwima bejn individwi u kumpannija ta’ assigurazzjoni privata li tikkonċerna inċident b’karozza fl-1999, li rriżulta fil-korriment serju ta’ passiġġier li ma kienx qed jivvjaġġa f’siġġu fiss, fejn, bil-kunsens tal-partijiet, il-qorti nazzjonali inkludiet lill-kumpannija ta’ assigurazzjoni privata u lill-Istat bħala konvenuti, il-qorti nazzjonali li ma tapplikax id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali għandha wkoll l-obbligu li ma tapplikax il-klawżola ta’ esklużjoni li tinsab fil-polza ta’ assigurazzjoni tal-karozza jew li b’mod ieħor tipprekludi lill-assiguratur milli jinvoka l-klawżola ta’ esklużjoni li kienet valida f’dak il-waqt, minkejja li l-persuna korruta setgħet tiġi kkumpensata direttament mill-kumpannija ta’ assigurazzjoni fuq il-bażi ta’ din il-polza? Sussidjarjament, tali riżultat jammonta, essenzjalment, għal forma ta’ effett dirett orizzontali ta’ direttiva fir-rigward ta’ individwu li huwa pprojbit mid-dritt tal-Unjoni?” |
III. L-analiżi tiegħi
39. |
Permezz tad-domanda preliminari tagħha, li, fl-opinjoni tiegħi għandha tiġi rriformulata sabiex tiġi adattata għall-konfigurazzjoni u għas-suġġett tal-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju tfittex li ssir taf, essenzjalment, l-ewwel nett, jekk fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, kumpannija ta’ assigurazzjoni, li ġiet issurrogata fid-drittijiet ta’ vittma li lilha ħallset kumpens, u, min-naħa l-oħra, l-Istat, hijiex marbuta li ma tapplikax id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tagħha li jipprovdu li l-assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili tal-vetturi bil-mutur ma tkoprix ir-responsabbiltà għad-danni korporali kkawżati lill-persuni li jivvjaġġaw f’parti ta’ vettura bil-mutur li ma tkunx ġiet iddiżinjata u lanqas mibnija b’siġġijiet għall-passiġġieri, li n-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva jirriżulta mis-sentenza tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229). |
40. |
Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tindika jekk tali nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tagħha għandux bħala konsegwenza li l-applikazzjoni tal-klawżola ta’ esklużjoni li tidher fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni inkwistjoni għandhiex titwarrab ukoll, li jimplika li l-piż tal-obbligu ta’ kumpens tal-vittma jaqa’ fuq l-assiguratur. |
41. |
Sabiex jiġi identifikat sew liema hija l-konfigurazzjoni proċedurali li jaqa’ taħtu r-rinviju preliminari preżenti, għandu jiġi ppreċiżat li, hekk kif ġie kkonfermat waqt is-seduta, il-kawża prinċipali, fil-fażi proċedurali li tat lok għal dan ir-rinviju, hija bejn FBD u l-Istat Irlandiż. Għaldaqstant, din hija kawża ta’ natura vertikali. |
42. |
Taħt din il-perspettiva, il-kawża preżenti tiddistingwi ruħha għaldaqstant minn dik li tat lok għas-sentenza tad-19 ta’ April 2016, DI (C-441/14, EU:C:2016:278), li għaliha rreferiet diversi drabi l-qorti tar-rinviju. Inżid li dik is-sentenza kienet tikkonċerna l-invokabbiltà tal-esklużjoni ta’ prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest ta’ kawża bejn individwi, speċifikament il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età, filwaqt li hija d-determinazzjoni tal-effetti ta’ direttiva li hija inkwistjoni hawnhekk. Fir-rigward tan-natura speċifika ta’ dritt sekondarju tal-Unjoni li tikkostitwixxi d-direttiva, li ġew ripetutament enfasizzati mill-Qorti tal-Ġustizzja, ma naħsibx li, fi kwalunkwe każ, li t-tagħlim li għandu jittieħed mis-sentenza tad-19 ta’ April 2016, DI (C-441/14, EU:C:2016:278), jista’ awtomatikament jiġi traspost lejn kawża li fiha l-problema tal-effetti ta’ direttiva meħuda waħedha. |
43. |
Fil-kuntest tal-kawża vertikali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, titqajjem, essenzjalment, il-kwistjoni dwar jekk direttiva tistax timponi direttament obbligu fuq individwu, f’dan il-każ, FBD. Din il-kwistjoni tqum peress li hija l-motiv ta’ difiża invokat mill-Istat Irlandiż sabiex jevita li jsir responsabbli sabiex jikkumpensa lil D. Smith. |
44. |
Madankollu, ġie kkonfermat waqt is-seduta li, fil-kuntest tal-appell pendenti quddiem il-Court of appeal (il-Qorti tal-Appell), bejn FBD u l-Istat Irlandiż, ebda azzjoni intiża sabiex tiġi stabbilità r-reponsabbiltà ta’ dan l-Istat minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni, fuq il-bażi tal-ġurisprudenza stabbilita mis-sentenza tad-19 ta’ Novembru 1991, Francovich et (C-6/90 et C-9/90, EU:C:1991:428), ma nbdiet. Dan ġie kkorroborat mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju li jipprovdu li, fil-kors tas-seduta li nżammet quddiemha, l-avukat ta’ FBD ippreċiża li, jekk jintlaqa’ l-appell tal-klijenta tiegħu, din tal-aħħar kienet ser tipprova tirkupra mingħand l-Istat, billi tirrikorri għall-mekkaniżmi legali xierqa, inkluża, eventwalment, azzjoni għal rimbors ibbażata fuq il-ġurisprudenza Francovich et ( 11 ), tas-somma li hija ħallset lil D. Smith ( 12 ). |
45. |
Minn dawn il-fatti niddeduċi li, fuq ir-risposta għad-domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju, ser tiddependi l-implementazzjoni sussegwenti eventwali minn FBD ta’ azzjoni intiża sabiex tikseb mingħand l-Istat l-ekwivalenti tas-somma li dan l-assiguratur ħallas lil D. Smith. |
46. |
B’hekk, f’din l-istrateġija kontenzjuża, il-partijiet fil-kawża prinċipali qegħdn ifittxu li jidentifikaw minn qabel, kif tirrifletti d-domanda preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-qorti tar-rinviju, liema obbligi tad-dritt tal-Unjoni huma imposti rispettivament fuq FBD u fuq l-Istat Irlandiż f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
47. |
Huwa ċar li, jekk ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja tkun fis sens li tiddeċiedi li, minkejja t-traspożizzjoni żbaljata tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva mill-Istat Irlandiż, ir-responsabbiltà li jiġi kkumpensat D. Smith hija tassew ta’ FBD, dan l-assiguratur jista’ jitwassal sabiex ma jibdiex azzjoni ġudizzjarja intiża sabiex jikseb mingħand dan l-Istat is-somma mħallsa lil D. Smith, kemm jekk billi jinvoka r-responsabbiltà tal-imsemmi Stat fil-kuntest ta’ azzjoni għal kumpens ibbażata fuq il-ġurisprudenza Francovich et ( 13 ) u kemm jekk billi jintużaw, skont il-każ, il-mekkaniżmi proċedurali l-oħra permessi mid-dritt Irlandiż. |
48. |
Fil-kuntest tal-appell pendenti quddiem il-Court of appeal (il-Qorti tal-Appell), FBD hija ssurrogata fid-drittijiet tal-vittma, D. Smith ( 14 ). L-isfida ta’ din il-fażi tal-proċedura hija li jiġi ddeterminat minn huwa obbligat sabiex jikkumpensa lill-vittma, bejn l-assiguratur u l-Istat, abbażi tad-dritt tal-Unjoni. L-identifikazzjoni tad-debitur ta’ tali dejn ta’ kumpens tinvolvi l-verifika tal-fondatezza tar-raġunament miżmum mill-High Court (qorti għolja), jiġifieri li l-Artikolu 65(1)(a) tal-Liġi tal-1961 u l-Artikolu 6 tar-Regolament Ministerjali tal-1962 jistgħu jiġu interpretati konformement mat-Tielet Direttiva u li minn dan isegwi li l-klawżola ta’ esklużjoni li tidher fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni inkwistjoni għandha tiġi ddikjarata nulla. |
49. |
Kif diġà indikajt preċedentement, din il-premessa terġa’ tiddaħħal inkwistjoni mill-qorti tar-rinviju. Huwa għalfejn din issa tqiegħed id-dibattitu kontenzjuż taħt l-angolu tal-effett dirett tat-Tielet Direttiva. |
50. |
Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, kull qorti nazzjonali adita, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħha, għandha l-obbligu tapplika b’mod sħiħ id-dritt tal-Unjoni u tipproteġi d-drittijiet li dan jagħti lill-individwi, billi tħalli mhux applikata kull dispożizzjoni possibbilment kuntrarja għal-liġi nazzjonali ( 15 ). |
51. |
Infakkar li, skont l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva, “[k]ull Stat Membru għandu, jieħu l-miżuri kollha […] biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu ikun kopert minn assigurazzjoni”. Barra minn hekk, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva jippreċiża li, “[…] l-assigurazzjoni taħt l-Artikolu 3(1) [tal-Ewwel Direttiva] tkopri r-responsabbiltà għad-danni lill-persuna ta’ kwalunkwe passiġġier ieħor minbarra s-sewwieq li toriġina mill-użu tal-vettura”. |
52. |
Fis-sentenza tagħha tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva kellu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li biha l-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili tal-vetturi bil-mutur ma tkoprix ir-responsabbiltà tad-danni korporali kkawżati lill-persuni li jivvjaġġaw f’parti ta’ vettura bil-mutur li ma tkunx ġiet iddiżinjata u lanqas mibnija b’siġġijiet għall-passiġġieri ( 16 ). |
53. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikollu effett dirett u jikkonferixxi, konsegwentement, drittijiet li l-individwi jistgħu jinvokaw direttament quddiem il-qrati nazzjonali ( 17 ). |
54. |
F’dan ir-rigward, hija fakkret il-ġurisprudenza tagħha li tipprovdi li dispożizzjoni ta’ direttiva għandha effett dirett jekk hija tidher, mill-perspettiva tal-kontenut tagħha, inkundizzjonali u suffiċjentement preċiża ( 18 ). |
55. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li dawn ir-rekwiżiti huma ssodisfatti mill-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva, billi rrilevat li dan l-artikolu jippermetti li jiġi identifikat kemm l-obbligu tal-Istat Membru kif ukoll il-benefiċarji, u li l-kontenut ta’ dawn id-dispożizzjonijiet huwa inkundizzjonat u preċiż ( 19 ). Konsegwentement, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva jista’ jiġi invokat sabiex ma jiġux applikati d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jeskludu l-benefiċċju tal-garanzija ta’ assigurazzjoni obbligatorja lill-persuni li jivvjaġġaw f’kull parti ta’ vettura bil-mutur li ma tkunx iddiżinjata u lanqas mibnija b’siġġijiet għall-passiġġieri ( 20 ). |
56. |
Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk din id-dispożizzjoni tistax tiġi invokata kontra l-organu ta’ garanzija previst mill-Artikolu 1(4) tat-Tieni Direttiva, ir-risposta tfasslet fis-sentenza tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229), u sussegwentement ikkompletata fis-sentenza tal-10 ta’ Ottubru 2017, Farrell (C-413/15, EU:C:2017:745). |
57. |
F’din is-sentenza tal-aħħar, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li organu rregolat mid-dritt privat li ngħata minn Stat Membru missjoni ta’ interess pubbliku, bħal dik inerenti għall-obbligu impost fuq l-Istati Membri fl-Artikolu 1(4) tat-Tieni Direttiva, u li, għal dan il-għan, għandu, abbażi ta’ din il-liġi, setgħat eżorbitanti, bħalma hija s-setgħa li jobbliga lill-assiguraturi li jeżerċitaw attività ta’ assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat sabiex jissieħbu miegħu u jiffinanzjawh, jista’ jkun is-suġġett ta’ dispożizzjonijiet ta’ direttiva li jista’ jkollhom effett dirett ( 21 ). |
58. |
B’differenza mill-kawżi li taw lok għaż-żewġ sentenzi Farrell ( 22 ) iċċitati iktar ’il fuq, it-tilwima fil-kawża prinċipali, ma timplikax lill-organu ta’ garanzija Irlandiż, jiġifieri l-MIBI. Ir-raġuni għal din l-assenza jidher li hija, li b’differenza mill-propjetarju tal-vettura li fiha kienet bilqegħda Elaine Farrell, il-proprjetarju tal-vettura (Philip Meade) li fiha kien qiegħed jivvjaġġa D. Smith kellu tassew polza ta’ assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur. |
59. |
Kif diġa indikajt preċedentement, it-tilwima fil-kawża prinċipali, fil-fażi proċedurali li matulha jaqa’ il-preżenti rinviju preliminari, hija bejn FBD u l-Istat Irlandiż. |
60. |
Ladarba ġie rrikonoxxut l-effett dirett tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva, ma hemm, għaldaqstant, ebda dubju dwar il-possibbiltà li għandha FBD li tinvoka din id-dispożizzjoni kontra l-Istat Irlandiż bil-għan li ma jiġux applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali kuntrarji għat-Tielet Direttiva. Dak li jista’ jiġi invokat kontra organu tal-Istat bħal MIBI għandu, a fortiori, ikun kontra l-Istat, bħala awtorità pubblika. Huwa meħtieġ li jiġi evitat li l-Istat ikun jista’ jibbenefika mill-fatt li ma jkunx osserva d-dritt tal-Unjoni ( 23 ). |
61. |
Minn dak li ntqal qabel jirriżulta li, fil-kuntest tal-kawża pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju, FBD hija intitolata tinvoka l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva sabiex ma jiġux applikati l-Artikolu 65(1)(a) tal-Liġi tal-1961 u l-Artikolu 6 tar-Regolament Ministerjali tal-1962. |
62. |
Għalkemm, fis-sistema Irlandiża, l-intervent sussidjarju tal-organu ta’ garanzija ma huwiex previst meta l-proprjetarju ta’ vettura għandu polza ta’ assigurazzjoni u din ma tkunx tkopri riskju partikolari ( 24 ), li madankollu, hija kienet tkun tista tkopri kieku l-Istat kien ittraspona b’mod korrett l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva, huwa dan tal-aħħar li għandu jassumi finanzjarjament il-konsegwenzi. |
63. |
Bil-kontra ta’ dak li qed jipprova jistabbilixxi l-Gvern Irlandiż, nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali kuntrarji għall-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva ma jistax ikollu bħala konsegwenza awtomatika li jimponi fuq l-assiguratur ir-responsabbiltà li jikkumpensa lil D. Smith. Nosserva li l-klawżola ta’ esklużjoni li tidher fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni inkwistjoni jikkostitwixxi l-implementazzjoni tar-regoli stabbiliti mil-leġiżlatur nazzjonali bl-għan li jistabbilixxi polza ta’ assigurazzjoni approvata. Fil-kuntest tal-kawża prinċipali, l-Istat Irlandiż ma jistax jinvoka l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva bl-għan li ma tiġix applikata din il-klawżola kuntrattwali u sabiex jiġi dedott l-obbligu għall-assiguratur li jieħu responsabbiltà sabiex jikkumpensa lil D. Smith. |
64. |
Jekk jiġi permess tali trasferiment tar-responsabbiltà għall-konsegwenzi ta’ traspożizzjoni żbaljata ta’ direttiva jmur kontra l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi li l-att ta’ dritt sekondarju li jikkostitwixxi d-direttiva ma huwiex adattat, fid-dawl tan-natura u tal-karatteristiċi tiegħu, sabiex jimponi direttament xi obbligi fuq l-individwi. |
65. |
F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 288 TFUE, in-natura vinkolanti ta’ direttiva li fuqha hija msejsa l-possibbiltà ta’ invokazzjoni ta’ din tal-aħħar teżisti biss fir-rigward ta’ “l-Istati Membri [destinatarji]” ( 25 ). Isegwi, skont ġurisprudenza stabbilita, li direttiva ma tistax fiha nnifisha toħloq obbligi fir-rigward ta’ individwu u għalhekk ma tistax tiġi invokata bħala tali fil-konfront ta’ tali persuna quddiem qorti nazzjonali ( 26 ). Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, jekk l-invokabbiltà ta’ direttivi li ma jkunux ġew trasposti tiġi estiża għall-qasam tar-relazzjonijiet bejn l-individwi, dan iwassal sabiex jiġi rrikonoxxut li l-Unjoni Ewropea għandha s-setgħa li tistabbilixxi b’effett immedjat obbligi fuq l-individwi meta fil-fatt hija għandha din il-kompetenza biss fejn ingħatat is-setgħa li tadotta regolamenti ( 27 ). Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li, anki jekk individwu jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae ta’ direttiva, id-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar ma jistgħux jiġu invokati bħala tali fil-konfront tiegħu quddiem qrati nazzjonali ( 28 ). Għaldaqstant, ma jistax jiġi rrikonoxxut l-effett dirett vertikali l’isfel għad-dispożizzjonijiet ta’ direttiva, sa fejn Stat ma jistax jibbenefika min-nuqqasijiet tiegħu stess kontra individwi ( 29 ). |
66. |
Barra minn hekk, bil-kontra ta’ dak li l-Gvern Irlandiż sostna fil-kuntest ta’ din il-proċedura preliminari, l-obbligu għal FBD li tieħu responsabbiltà għall-kumpens ta’ D. Smith ma jistax jirriżulta mill-applikazzjoni b’analoġija, tal-kurrent ġurisprudenzjali li jirriżulta mis-sentenzi tat-30 ta’ April 1996, CIA Security International (C-194/94, EU:C:1996:172), u tas-26 ta’ Settembru 2000, Unilever (C-443/98, EU:C:2000:496), li jikkonċernaw it-tnejn li huma l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tan-normi u r-regolamenti tekniċi ( 30 ). Bħalma indikat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 51 ta’ din is-sentenza tal-aħħar, l-ispeċifiċità ta’ dan il-kurrent ġurisprudenzjali huwa bbażat fuq il-konstatazzjoni li tipprovdi li d-“Direttiva 83/189 ma tiddefinixxix il-kontenut materjali tar-regola tad-dritt li fuqu għandha ruħha tibbaża l-qorti nazzjonali biex taqta’ kawża pendenti quddiemha. Hija la toħloq drittijiet u lanqas obbligi fuq l-individwi”. |
67. |
Barra minn hekk, is-sentenza tat-28 ta’ Marzu 1996, Ruiz Bernáldez (C‑129/94, EU:C:1996:143), ma tistax, fl-opinjoni tiegħi, tinftiehem li għandha l-effett li tippermetti lill-Istat li jinvoka l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva kontra FBD sabiex dan isostni r-responsabbiltà għall-kumpens, peress li l-problematika dwar l-invokabbiltà ta’ direttiva kontra individwu ma hijiex eżaminata bħala tali mill-Qorti tal-Ġustizzja f’din is-sentenza. |
68. |
Fl-aħħar nett, nenfasizza li jekk tiġi imposta fuq FBD ir-responsabbiltà sabiex tikkumpensa lil D. Smith f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jwassal għal riżultat mhux ekwu u kuntrarju għall-prinċipju ta’ ċertezza legali. Effettivament, hekk kif tirrileva ġustament il-qorti tar-rinviju, huwa ċar li parti privata bħal FBD aġixxiet manifestament fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali kkontestati li jipprevedu l-esklużjoni ta’ garanzija, u dan sabiex tinħareġ polza ta’ assigurazzjoni approvata. FBD ma kellhiex libertà kuntrattwali u l-ħruġ ta’ tali polza ma kienx ir-riżultat ta’ aġir awtonomu min-naħa tal-assiguratur, iżda aġir iddettat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
69. |
Barra minn hekk, kif tinnota ġustament il-qorti tar-rinviju, “ma hemmx dubju li l-ispiża tal-polza ta’ assigurazzjoni mfassla minn FBD f’dan il-każ tirrifletti dak li kien leġittimament mifhum bħala limiti tar-riskji li kienet tassigura u li dawn ir-riskji ma kinux jinkludu l-passiġġieri li jivvjaġġaw f’vannijiet li ma għandhomx siġġijiet fissi” ( 31 ). Jekk jiġi ammess effett dirett vertikali l’isfel tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva, dan iwassal għar-responsabbiltà tal-assiguratur għal servizz li ma kienx previst fil-kuntratt. |
70. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma nistax naċċetta li l-effett tal-esklużjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali kuntrarji li jipproduċi l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva fil-kawża bejn FBD u l-Istat Irlandiż, ikollu bħala konsegwenza li jimponi direttament fuq dan l-assiguratur, b’effett retroattiv, l-obbligu previst minn dan l-artikolu, jiġifieri l-kumpens għal “korrimenti fuq il-persuna tal-passiġġieri, apparti minn għax-xufier, li joriġinaw mill-użu ta’ vettura”. |
71. |
Anki jekk jiġi kkunsidrat li l-obbligu impost fuq l-assiguratur ma jirriżultax mill-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva, iżda mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li minnu tneħħew l-elementi kuntrarji għal dan l-artikolu, dan ma jbiddilx il-pożizzjoni tiegħi li hija bbażata fuq ir-regola li tipprovdi li l-Istat ma jistax, b’mod jew ieħor, jikseb kwalunkwe vantaġġ mit-traspożizzjoni żbaljata ta’ direttiva, billi jipprova jimponi fuq l-assiguraturi r-responsabbiltà li jiggarantixxu riskji li l-Istat stess kien eskluda b’mod espliċitu mill-obbligu ta’ garanzija. |
72. |
F’dan ir-rigward, infakkar li mill-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva u mill-ewwel subparagrafu tat-Tielet Direttiva jirriżulta li huwa kull Stat Membru li kellu l-obbligu li jieħu l-miżuri utli kollha sabiex ir-responsabbiltà ċivili dwar is-sewqan tal-vetturi, għad-danni korporali sostnuti mill-passiġġieri ta’ vettura, bħal D. Smith, ikunu koperti minn assigurazzjoni. Jekk Stat Membru ma ħax tali miżuri u anki, bħal f’dan il-każ, ħa miżuri li għandhom l-effett li jeskludu mill-kuntratti ta’ assigurazzjoni l-kumpens ta’ din il-kategorija ta’ danni, dan għandu, fl-opinjoni tiegħi, jieħu responsabbiltà finanzjarja tal-konsegwenzi. |
73. |
Fil-qosor, l-assiguratur ma kiser la r-regola prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva u lanqas id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li ttraspona dan l-artikolu. Huwa l-Istat li kiser l-imsemmi artikolu billi ttrasponieh b’mod żbaljat. Ma jistax jipprova jieħu vantaġġ minn din is-sitwazzjoni ta’ traspożizzjoni ħażina. |
74. |
Jaqa’ taħt il-loġika stess tal-ġurisprudenza li stabbilixxiet l-effett dirett tad-direttivi li persuna privata bħal FBD, li nfakkar li hija ssurrogata fid-drittijiet tal-vittma, tkun f’pożizzjoni, fil-kuntest ta’ kawża kontra l-Istat, li teżiġi mingħand dan tal-aħħar li josserva l-obbligi tiegħu. F’dan ir-rigward, infakkar li fil-bażi tat-teorija tal-effett dirett jinsab l-argument ibbażat fuq “it-tħaris tal-individwi kkonċernati għas-salvagwardja tad-drittijiet tagħhom” ( 32 ). |
75. |
Abbażi ta’ dak li ntqal, jista’ jsir sunt tas-sitwazzjoni inkwistjoni kif ġej: billi aċċettat ftehim bonarju ma’ D. Smith wara d-deċiżjoni tal-High Court (il-Qorti Għolja), tal-5 ta’ Frar 2009, sabiex tikkumpensa lil dan tal-aħħar, FBD fir-realtà wettqet obbligu li huwa r-responsabbiltà tal-Istat Irlandiż. Tali obbligu ma jistax jiġi ttrasferit ġuridikament lil FBD, peress li dan iwassal sabiex l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva, jipproduċi effett dirett kontra dan l-assiguratur, billi dan tal-aħħar jiġi mġiegħel isostni riskju li ma kienx ittieħed inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-prezz tal-polza ta’ assigurazzjoni. |
76. |
B’hekk, is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija simili għal arrikkiment indebitu tal-Istat Irlandiż u għandha għaldaqstant tiġi rregolarizzata sabiex tiġi żgurata il-konformità tagħha mal-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva u mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva. |
77. |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, kumpannija tal-assigurazzjoni, li hija ssurrogata fid-drittijiet tal-vittma li lilha ħallset kumpens, u min-naħa l-oħra, l-Istat, il-qorti nazzjonali hija marbuta ma tapplikax id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jipprovdu li l-assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur, ma tkoprix ir-responsabbiltà għad-danni korporali kkawżati lill-persuni li jkunu qegħdin jivvjaġġaw f’parti ta’ vettura bil-mutur li ma tkun ġiet la ddiżinjata u lanqas mibnija b’siġġijiet għall-passiġġieri, li l-kontradizzjoni tagħha mal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva tirriżulta mis-sentenza tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229). |
78. |
Tali nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali kuntrarji għall-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva ma jistax ikollu l-konsegwenza li jimponi fuq l-assiguratur li kkonforma ma’ tali dispożizzjonijiet, l-oneru li jikkumpensa lill-vittma għal dannu mhux kopert mill-polza ta’ assigurazzjoni approvata. |
IV. Konklużjoni
79. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti r-risposta segwenti għad-domanda tal-Court of appeal (il-Qorti tal-Appell, l-Irlanda):
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249), (iktar ’il quddiem it-“Tielet Direttiva”).
( 3 ) Sentenza tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229, punt 36).
( 4 ) Sentenza tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229, punt 44).
( 5 ) ĠU 2009, L 263, p. 11.
( 6 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10, iktar ’il quddiem, “l-Ewwel Direttiva”.
( 7 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3, iktar ’il quddiem, “it-Tieni Direttiva”.
( 8 ) Ara d-deċiżjoni tar-rinviju (punt 32).
( 9 ) Ara d-deċiżjoni tar-rinviju (punt 34).
( 10 ) Sentenza tad-19 ta’ Novembru 1991, Francovich et (C-6/90 u C-9/90, EU:C:1991:428).
( 11 ) Sentenza tad-19 ta’ Novembru 1991, Francovich et (C-6/90 u C-9/90, EU:C:1991:428).
( 12 ) Ara d-deċiżjoni tar-rinviju (punt 9).
( 13 ) Sentenza tad-19 ta’ Novembru 1991, Francovich et (C-6/90 u C-9/90, EU:C:1991:428).
( 14 ) Ara d-deċiżjoni tar-rinviju (punti 8 u 25).
( 15 ) Sentenza tad-9 ta’ Marzu 1978, Simmenthal (106/77, EU:C:1978:49, punt 21).
( 16 ) Sentenza tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229, punt 36).
( 17 ) Sentenza tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229, punt 44).
( 18 ) Sentenza tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 19 ) Sentenza tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229, punt 38).
( 20 ) Sentenza tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229, punt 38).
( 21 ) Sentenza tal-10 ta’ Ottubru 2017, Farrell (C-413/15, EU:C:2017:745, punt 42).
( 22 ) Sentenzi tad-19 ta’ April 2007, Farrell (C-356/05, EU:C:2007:229), u tal-10 ta’ Ottubru 2017, Farrell (C-413/15, EU:C:2017:745).
( 23 ) Sentenza tal-10 ta’ Ottubru 2017, Farrell (C-413/15, EU:C:2017:745, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 24 ) Hekk kif iddeċidiet ukoll il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal-11 ta’ Lulju 2013, Csonka et (C-409/11, EU:C:2013:512), “L-intervent ta’ tali organu kien għaldaqstant inħaseb bħala miżura tal-aħħar rikors, prevista biss fil-każ fejn id-danni ġew ikkawżati minn vettura li ma hijiex identifikata jew minn vettura li ma jkunx ġie ssodisfatt l-obbligu ta’ assigurazzjoni tagħha stabbilit fl-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva” (punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata). Din l-ipoteżi tal-aħħar tikkonċerna, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “vettura li ma jeżistix kuntratt ta’ assigurazzjoni għaliha” (punt 31).
( 25 ) Ara s-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2013, Portgás (C-425/12, EU:C:2013:829, punt 22).
( 26 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-10 ta’ Ottubru 2017, Farrell (C-413/15, EU:C:2017:745, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata). Bħalma ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-8 ta’ Ottubru 1987, Kolpinghuis Nijmegen (80/86, EU:C:1987:431), “awtorità nazzjonali ma tistax tinvoka, kontra individwu, dispożizzjoni ta’ direttiva li t-traspożizzjoni neċessarja fid-dritt nazzjonali għadha ma seħħietx” (punt 10). Ara, wkoll, is-sentenza tas-27 ta’ Frar 2014, OSA (C‑351/12, EU:C:2014:110, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 27 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-10 ta’ Ottubru 2017, Farrell (C-413/15, EU:C:2017:745, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 28 ) Ara s-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2013, Portgás (C-425/12, EU:C:2013:829, punt 25).
( 29 ) Ara, f’dan ir-rigward, Simon, D., Le Système juridique communautaire, It-tielet edizzjoni, Presses universitaires de France, Paris, 2001, § 317, partikolarment p. 396 u 397.
( 30 ) ĠU 1983, L 109, p. 8.
( 31 ) Ara d-deċiżjoni tar-rinviju (punt 33).
( 32 ) Sentenza tal-5 ta’ Frar 1963, van Gend & Loos (26/62, EU:C:1963:1, p. 25). Nirreferi wkoll għall-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawża Portgás (C-425/12, EU:C:2013:623), li fihom dan tal-aħħar fakkar, billi rrifera għas-sentenza tas-26 ta’ Frar 1986, Marshall (152/84, EU:C:1986:84, punt 47), li “r-rikonoxximent tal-effett dirett tad-direttivi huwa bbażat, fl-aħħar mill-aħħar, fuq żewġ għanijiet kumplimentari: in-neċessità li tkun iggarantita l-effiċjenza tad-drittijiet li l-individwi jista’ jkollhom minn dawn l-atti kif ukoll ix-xewqa li jkunu ssanzjonati l-awtoritajiet nazzjonali li ma osservawx l-effett obbligatorju u naqsu milli jiżguraw applikazzjoni effettiva tagħhom” (punt 30).