Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CB0440

    Kawża C-440/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln – il-Ġermanja – GS vs Bundeszentralamt für Steuern (Talba għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Tassazzjoni diretta — Libertà ta’ stabbiliment — Direttiva 2011/96/UE — Artikolu 1(2) — Kumpannija omm — Holding — Taxxa f’ras il-għajn tal-profitti ddistribwiti lil kumpannija omm holding mhux residenti — Eenzjoni — Frodi, evażjoni u abbuż fil-qasam fiskali — Preżunzjoni))

    ĠU C 328, 17.9.2018, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/24


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln – il-Ġermanja – GS vs Bundeszentralamt für Steuern

    (Kawża C-440/17) (1)

    ((Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Tassazzjoni diretta - Libertà ta’ stabbiliment - Direttiva 2011/96/UE - Artikolu 1(2) - Kumpannija omm - Holding - Taxxa f’ras il-għajn tal-profitti ddistribwiti lil kumpannija omm holding mhux residenti - Eenzjoni - Frodi, evażjoni u abbuż fil-qasam fiskali - Preżunzjoni)))

    (2018/C 328/30)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Köln

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: GS

    Konvenuta: Bundeszentralamt für Steuern

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/13 tat-13 ta’ Mejju 2013, u l-Artikolu 49 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tapplika taxxa f’ras il-għajn fuq dividendi mogħtija minn sussidjarja residenti lill-kumpannija omm mhux residenti tagħha, iżda li teskludi d-dritt li din tal-aħħar tikseb ir-rimbors jew l-eżenzjoni minn tali taxxa f’ras il-għajn, meta, minn naħa, ishma f’din il-kumpannija omm huma miżmuma minn persuni li ma jkollhomx id-dritt għal tali rimbors jew għal tali eżenzjoni li kieku huma kienu rċevew direttament dividendi li joriġinaw minn tali sussidjarja u fejn il-kumpannija omm ma ġġeneratx id-dħul gross tagħha għas-sena finanzjarja kkonċernata permezz tal-attività ekonomika rispettiva tagħha u meta, min-naħa l-oħra, waħda miż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni tkun sodisfatta, jiġifieri, jew ma jeżistux raġunijiet ekonomiċi jew raġunijiet importanti oħra li jiġġustifikaw l-interpożizzjoni ta’ din l-istess kumpannija omm, jew din tal-aħħar ma tipparteċipax fl-attività ekonomika ġenerali ma impriża organizzata b’mod xieraq fid-dawl tal-għan tal-kumpannija, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi organizzattivi, ekonomiċi jew karatteristiċi importanti oħra tal-impriżi li għandhom rabtiet mal-kumpannija omm inkwistjoni.


    (1)  ĠU C 374, 06.11.2017


    Top