Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0703

Kawża C-703/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Wien - l-Awstrija) – Adelheid Krah vs Universität Wien (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-persuni – Artikolu 45 TFUE – Ħaddiema – Regolament (UE) Nru 492/2011 – Artikolu 7(1) – Lecturers anzjani postdottorali – Limitazzjoni tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi preċedenti ta’ attività rilevanti mwettqa fi Stat Membru ieħor – Sistema ta’ remunerazzjoni li torbot il-benefiċċju ta’ remunerazzjoni iktar għolja mal-anzjanità miksuba mal-persuna attwali li timpjega)

ĠU C 423, 16.12.2019, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Wien - l-Awstrija) – Adelheid Krah vs Universität Wien

(Kawża C-703/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Artikolu 45 TFUE - Ħaddiema - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7(1) - Lecturers anzjani postdottorali - Limitazzjoni tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi preċedenti ta’ attività rilevanti mwettqa fi Stat Membru ieħor - Sistema ta’ remunerazzjoni li torbot il-benefiċċju ta’ remunerazzjoni iktar għolja mal-anzjanità miksuba mal-persuna attwali li timpjega)

(2019/C 423/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Adelheid Krah

Konvenuta: Universität Wien

Dispożittiv

L-Artikolu 45(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regoli ta’ università ta’ Stat Membru, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, għall-finijiet tal-istabbiliment tal-klassifikazzjoni salarjali ta’ ħaddiem bħala lecturer anzjan postdottorali f’din l-università, jieħdu inkunsiderazzjoni biss tul totali ta’ mhux iktar minn erba’ snin tal-perijodi preċedenti ta’ attività mwettqa minn dan il-ħaddiem fi Stat Membru ieħor, jekk din l-attività kienet ekwivalenti, jew saħansitra identika, għal dik li l-imsemmi ħaddiem għandu jeżerċita fil-kuntest ta’ din il-funzjoni ta’ lecturer anzjan postdottorali.

L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux tali regoli jekk l-attività preċedentement imwettqa f’dan l-Istat Membru l-ieħor ma kinitx ekwivalenti, iżda tirriżulta sempliċement utli għall-eżerċizzju tal-imsemmija funzjoni ta’ lecturer anzjan postdottorali.


(1)  ĠU C 13, 9.4.2018.


Top