EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0239

Kawża C-239/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Gert Teglgaard, Fløjstrupgård I/S vs Fødevareministeriets Klagecenter Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika Agrikola Komuni — Skemi ta’ għajnuna għall-bdiewa — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Artikolu 6(1) — Regolament (KE) Nru 73/2009 — Artikolu 23(1) — Regolament (KE) Nru 796/2004 — Artikolu 66(1) — Regolament (KE) Nru 1122/2009 — Artikolu 70(8)(a) — Kundizzjonalità — Tnaqqis f’pagamenti diretti minħabba nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti regolatorji marbuta mal-ġestjoni jew mal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba — Determinazzjoni tas-sena li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat il-perċentwal ta’ tnaqqis — Is-sena li fiha seħħ in-nuqqas ta’ osservanza

ĠU C 328, 17.9.2018, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Gert Teglgaard, Fløjstrupgård I/S vs Fødevareministeriets Klagecenter

(Kawża C-239/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika Agrikola Komuni - Skemi ta’ għajnuna għall-bdiewa - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Artikolu 6(1) - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Artikolu 23(1) - Regolament (KE) Nru 796/2004 - Artikolu 66(1) - Regolament (KE) Nru 1122/2009 - Artikolu 70(8)(a) - Kundizzjonalità - Tnaqqis f’pagamenti diretti minħabba nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti regolatorji marbuta mal-ġestjoni jew mal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba - Determinazzjoni tas-sena li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat il-perċentwal ta’ tnaqqis - Is-sena li fiha seħħ in-nuqqas ta’ osservanza)

(2018/C 328/21)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gert Teglgaard, Fløjstrupgård I/S

Konvenut: Fødevareministeriets Klagecenter

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1782/2003, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 146/2008 tal-14 ta’ Frar 2008 u l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament Nru 1782/2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-tnaqqis fil-pagamenti diretti minħabba nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kundizzjonalità għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-pagamenti mogħtija jew li għandhom jingħataw inkonnessjoni mas-sena li matulha jkun seħħ dan in-nuqqas ta’ osservanza.

2)

L-Artikolu 66(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, u l-Artikolu 70(8)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-tnaqqis fil-pagamenti diretti hekk ikkalkulat għandu jiġi applikat għall-pagamenti riċevuti jew li għandhom jiġu riċevuti inkonnessjoni mas-sena kalendarja li matulha jkun ġie kkonstatat in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kundizzjonalità.

3)

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-finijiet tal-kalkolu tat-tnaqqis f’pagamenti diretti meta bidwi ma jkunx osserva r-regoli tal-kundizzjonalità matul is-snin 2007-2008, iżda meta dan in-nuqqas ta’ osservanza jkun ġie kkonstatat biss matul is-sena 2011, hija dik tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 għas-sena 2007 u l-ewwel tliet xhur tas-sena 2008, u tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament, kif emendat bir-Regolament Nru 146/2008, għall-perijodu ta’ bejn ix-xahar ta’ April u x-xahar ta’ Diċembru 2008.


(1)  ĠU C 221, 10.07.2017


Top