Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0220

    Kawża C-220/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Planta Tabak-Manufaktur Dr. Manfred Obermann GmbH & Co. KG vs Land Berlin (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Validità tad-Direttiva 2014/40/UE — Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabbakk — Regolamentazzjoni ta’ “ingredjenti” — Projbizzjoni ta’ prodotti tat-tabakk)

    ĠU C 112, 25.3.2019, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Planta Tabak-Manufaktur Dr. Manfred Obermann GmbH & Co. KG vs Land Berlin

    (Kawża C-220/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Validità tad-Direttiva 2014/40/UE - Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabbakk - Regolamentazzjoni ta’ “ingredjenti” - Projbizzjoni ta’ prodotti tat-tabakk))

    (2019/C 112/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgericht Berlin

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Planta Tabak-Manufaktur Dr. Manfred Obermann GmbH & Co. KG

    Konvenuta: Land Berlin

    Dispożittiv

    1)

    L-eżami tal-ewwel domanda preliminari ma rrevela xejn li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 7(1), (7) u (14) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE;

    2)

    L-Artikolu 7(14) tad-Direttiva 2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa waħda, l-kunċett ta’ “kategorija ta’ prodotti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jkopri s-sigaretti u t-tabakk tal-brim u min-naħa l-oħra, l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi stabbilit jekk prodott tat-tabakk partikolari jilħaqx il-limitu ta’ 3 % jew iktar tal-bejgħ previst f’din id-dispożizzjoni għandu jiġi stabbilit skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

    3)

    L-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva 2014/40 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jippermettux lill-Istati Membri jistabbilixxu perijodi ta’ traspożizzjoni addizzjonali għal dik prevista fl-Artikoli 29 u 30 ta’ din id-direttiva.

    4)

    L-eżami tat-tieni domanda ma żvelat l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-tat-tieni subparagrafu, tal-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 9(6), tal-Artikolu 10(1), (b), (e) u (f), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1), tal-imsemmija Direttiva 2014/40.

    5)

    L-Artikolu 13(1)(ċ) u (3), tad-Direttiva 2014/40 għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-Istati Membri jipprojbixxu l-użu ta’ informazzjoni li tirreferi għat-togħma, ir-riħa, l-aroma jew addittiv ieħor, anki fil-każ ta’ informazzjoni mhux promozzjonali u li l-użu ta’ ingredjenti kkonċernati tibqa’ awtorizzata.

    6)

    L-eżami tal-ewwel domanda preliminari ma rrevela xejn li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 13(1), (7) u (3) tad-Direttiva 2014/40.


    (1)  ĠU C C 239, 24.07.2017.


    Top