This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0769
Case T-769/16: Action brought on 7 November 2016 — Picard v Commission
Kawża T-769/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novemrbu 2016 – Picard vs Il-Kummissjoni
Kawża T-769/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novemrbu 2016 – Picard vs Il-Kummissjoni
Information about publishing Official Journal not found, p. 44–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 14/44 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novemrbu 2016 – Picard vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-769/16)
(2017/C 014/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Maxime Picard (Hettange-Grande, Franza) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni li tiffissa minn qabel ċerti elementi tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu jew in-nuqqas li tiġi adottata tali deċiżjoni imposta mir-Regolamenti tal-Persunal b’riżultat tal-messaġġ mibgħut fl-4 ta’ Jannar 2016 lir-rikorrent minn persuna responsabbli għas-Settur 001 “Pensjonijiet” tal-Unità 4 tal-PMO li jinformah, b’risposta għat-talba tiegħu tal-istess jum, li d-drittijiet għall-pensjoni tiegħu kienu nbidlu b’riżultat tar-reklutaġġ tiegħu mill-ġdid fil-Grupp ta’ Funzjonijiet II b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2014, peress li l-età pensjonabbli tiegħu kienet saret 66 sena u r-rata ta’ akkumulazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu kienet saret 1,8 % mill-1 ta’ Ġunju 2014; |
— |
tannulla, sa fejn ikun neċessarju, id-deċiżjoni tas-26 ta’ Lulju 2016 tad-Direttur tad-Direttorat E tad-Direttorat Ġenerali tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni, sa fejn hija tiċħad bħala inammissibbli, minħabba nuqqas ta’ att li jikkawża preġudizzju u sussidjarjament bħala infondat, l-ilment tar-rikorrent tal-1 ta’ April 2016 kontra d-deċiżjoni jew l-assenza ta’ deċiżjoni li tirriżulta mill-messaġġ tal-4 ta’ Jannar 2016; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq ksur tat-tieni u tal-ħames paragrafi tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 21 u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tal-Anness XIII ta’ dawn ir-regolamenti, applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 109 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra (Kondizzjonijiet tal-impjieg), li bihom huwa vvizzjat il-messaġġ tal-4 ta’ Jannar 2016, sa fejn id-data ta’ dħul fis-servizz meħuda inkunsiderazzjoni għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal kienet dik tal-1 ta’ Ġunju 2014, id-data li fiha daħal fis-seħħ il-kuntratt li permezz tiegħu r-rikorrent daħal fil-Grupp ta’ Funzjonijiet II (“GF II”) b’applikazzjoni tal-Artikolu 87(4) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, meta din id-data messha kienet l-1 ta’ Lulju 2008, id-data li fiha huwa daħal inizjalment fis-servizz tal-Kummissjoni, bħala membru tal-persunal bil-kuntratt fil-Grupp ta’ Funzjonijiet I.
Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet:
— |
L-ewwel parti, ibbażata fuq il-fatt li s-Settur 1 tal-Unità 4 tal-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Ħlas tad-Drittijiet Individwali (“PMO”) u d-Direttur tad-Direttorat E tad-Direttorat Ġenerali tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni (“DGHR”) żbaljaw meta qiesu, għar-raġuni li l-kuntratt tad-19 ta’ Mejju 2014 li permezz tiegħu r-rikorrent kien daħal fil-GF II kien ġdid u kien ta lok għal reklutaġġ ġdid, li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal ma kinux applikabbli għalih, b’mod li, min-naħa l-oħra, il-ħames u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal kienu applikabbli għalih, meta d-data ta’ dħul fis-servizz prevista mill-Artikoli 21 u 22 tal-Anness XIII hija dik tal-ewwel reklutaġġ. |
— |
It-tieni parti, ibbażata fuq l-iżball li s-Settur 1 tal-Unità tal-PMO u d-Direttur tad-Direttorat E tad-DGHR wettqu wkoll meta qiesu, għar-raġuni li l-kuntratt tad-19 ta’ Mejju 2014 li permezz tiegħu r-rikorrent kien daħal fil-GF II kien jikkostitwixxi qtugħ ta’ kontinwità fil-karriera tiegħu, li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal ma kinux applikabbli għalih, b’mod li, min-naħa l-oħra, il-ħames u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal kienu applikabbli għalih, meta dan il-kuntratt kien jifforma parti mill-kontinwità tal-karriera tiegħu peress li l-għan u l-effett tiegħu kienu li huwa jiġi kklassifikat mill-ġdid mingħajr ebda bdil fil-funzjonijiet tiegħu ħlief għal bdil formali. |