Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0623

    Kawża T-623/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2016 – Volkswagen vs EUIPO – Paalupaikka (MAIN AUTO WHEELS)

    ĠU C 383, 17.10.2016, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 383/23


    Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2016 – Volkswagen vs EUIPO – Paalupaikka (MAIN AUTO WHEELS)

    (Kawża T-623/16)

    (2016/C 383/33)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus u J. Engberding, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paalupaikka Oy (Iisalmi, il-Finlandja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “MAIN AUTO WHEELS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 863 643

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 2189/2015-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top