Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0478

    Kawża T-478/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2016 – OP vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 475, 19.12.2016, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 475/17


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2016 – OP vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-478/16)

    (2016/C 475/27)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: OP (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Conrad, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda u d-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-konvenuta tas-16 u tat-30 ta’ Settembru 2016 [ref. Ares (2016) 5716994] li tiddeċiedi dwar ir-rikors amministrattiv ippreżentat mir-rikorrenti fis-17 ta’ April 2016, konformement mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003, intiż għall-kontroll tal-legalità tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka tat-18 ta’ Marzu 2016 [ref. Ares (2016) 1371979], li waslet għand ir-rikorrenti fit-28 ta’ April 2016, sa fejn it-talba għal sussidju mressqa mir-rikorrenti fit-28 ta’ April 2016 (Nru 716017 – QUASIMODO) fil-kuntest tal-Programm Qafas “Horizon 2020”, programm ta’ ħidma tal-KER 2016 (ERC Starting Grant), tqieset li hija inadegwata u ġiet miċħuda;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tar-rikorrenti għall-kontroll tal-legalità tal-atti tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka mill-konvenuta, peress li din tal-aħħar ma weġbitx għar-rikors amministrattiv ippreżentat mir-rikorrenti fit-terminu previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 (1).

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-illegalità taċ-ċaħda tat-talba għal sussidju tar-rikorrenti

    Ir-rikorrenti ssostni li ċ-ċaħda tar-rikors amministrattiv tar-rikorenti hija wkoll illegali, peress li d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal sussidju tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka hija, hija stess, illegali.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 235).


    Top