EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0133

Kawża T-133/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence vs BĊE

ĠU C 175, 17.5.2016, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/30


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence vs BĊE

(Kawża T-133/16)

(2016/C 175/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence (Aix-en-Provence, Franza) (rappreżentant: H. Savoie, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2016 (ECB/SSM/2016 – 969500TJ5KRTCJQWXH05/98), adottata skont l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew u skont l-Artikoli L. 511-13, L. 511-52, L. 511-58, L. 612-23-1 u R. 612-29-3 tal-kodiċi monetarju u finanzjarju Franċiż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali, sa fejn tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (iktar ’il quddiem id-“Direttiva CRD IV”), u dawk tal-Artikolu L. 511-13 tal-kodiċi monetarju u finanzjarju Franċiż (iktar ’il quddiem is-“CMF”).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali, sa fejn tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L. 511-52 tas-CMF.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali, sa fejn il-BĊE jikser l-Artikolu L. 511-13 tas-CMF u l-Artikoli 13 u 88 tad-Direttiva CRD IV.

4.

Ir-raba’ motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija wkoll illegali, sa fejn il-BĊE jikser l-Artikolu L. 511-58 tas-CMF.


Top