Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0117

    Kawża T-117/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2016 – Isdin vs EUIPO – Spirig Pharma (ERYFOTONA ACTINICA)

    ĠU C 191, 30.5.2016, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 191/35


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2016 – Isdin vs EUIPO – Spirig Pharma (ERYFOTONA ACTINICA)

    (Kawża T-117/16)

    (2016/C 191/47)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Isdin, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, P. López Ronda, G. Marín Raigal u E. Armero, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Spirig Pharma AG (Egerkingen, l-Isvizzera)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO

    Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “ERYFOTONA ACTINICA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 853 116

    Proċedimenti quddiem il-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 1387/2015-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż essenzjali sostnuti fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

    Motivi invokati

    Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li ma tissospendix il-proċedimenti tikkostitwixxi żball manifest ta’ evalwazzjoni, abbuż ta’ poter u ksur tar-Regola 20(7) flimkien mar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95, tar-Regola 52(1) tar-Regolament Nru 2868/95, tal-Artikoli 75, 76(1) u 99(1) tar-Regolament Nru 207/2009 u ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza quddiem il-liġi, ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba;

    Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top