EUR-Lex El acceso al Derecho de la Unión Europea

Volver a la página principal de EUR-Lex

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 62016TN0085

Kawża T-85/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 – Shoe Branding Europe vs EUIPO – adidas (Pożizzjoni ta’ żewġ strixxi fuq żarbuna)

ĠU C 136, 18.4.2016, p. 39/40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/39


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 – Shoe Branding Europe vs EUIPO – adidas (Pożizzjoni ta’ żewġ strixxi fuq żarbuna)

(Kawża T-85/16)

(2016/C 136/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shoe Branding Europe (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkonċernata: ir-rikorrent

Trade mark ikkonċernata: trade mark ta’ pożizzjoni tal-UE, li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli mqegħda fuq is-superfiċji ta’ barra tal-parti superjuri ta’ żarbuna – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 10 477 701

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni appellata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 3106/2014-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

prinċipalment:

tannulla d-deċiżjoni appellata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

sussidjarjament:

tirreferi l-kawża lill-konvenut u tordna eżami mill-ġdid independenti mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża Nru T-145/14;

iktar sussidjarjament:

tirreferi l-kawża lill-konvenut, tordna sospensjoni tal-proċedimenti fuq l-eżitu tal-appell mid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża Nru T-145/14, ippreżentata mir-rikorrenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, Kawża Nru C-396/15 P, u meta tingħata s-sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’din il-kawża, twettaq evalwazzjoni tagħha tas-similitudnijiet u d-differenzi bejn it-trade marks imqabbla.

Motivi invokati

il-konvenut żbalja meta ma wettaqx evalwazzjoni tiegħu tas-similitudnijiet u tad-differenzi bejn it-trade mark ikkontestata tar-rikorrenti u t-trade mark preċedenti tal-parti li qed topponi, irreġistrata bħala trade mark tal-UE Nru 3 517 646;

il-konvenut żbalja meta kkonkluda li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 kienu ssodisfatti.


Arriba