Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0072

    Kawża T-72/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2016 – BBY Solutions vs EUIPO – Worldwide Sales Corporation España (BEST BUY mobile)

    ĠU C 118, 4.4.2016, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 118/37


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2016 – BBY Solutions vs EUIPO – Worldwide Sales Corporation España (BEST BUY mobile)

    (Kawża T-72/16)

    (2016/C 118/43)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: BBY Solutions, Inc. (Minneapolis, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Poulter, Solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Worldwide Sales Corporation España, SL (Sant Vicenç dels Horts, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “BEST BUY mobile” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 213 424

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 53/2015-2

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-6 ta’ Novembru 2014 fl-Oppożizzjoni Nru B 1485 137;

    taċċetta r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 007213424;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

    Motivi invokati

    Il-Bord tal-Appel kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi evalwa b’mod żbaljat l-elementi dominanti u distintivi tat-trade marks;

    Il-Bord tal-Appel kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi evalwa b’mod żbaljat l-impressjoni ġenerali mogħtija mit-trade marks;

    Il-Bord tal-Appel kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi evalwa b’mod żbaljat l-identità tas-servizzi koperti mit-trade marks; u

    Il-Bord tal-Appel kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi kkonkluda b’mod żbaljat li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti tal-parti li qed topponi u dik tar-rikorrenti.


    Top