Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0057

    Kawża T-57/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2016 – Chanel vs EUIPO – Li Jing Zhou u Golden Rose 999 (Rappreżentazzjoni ta’ ornament)

    ĠU C 118, 4.4.2016, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 118/35


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2016 – Chanel vs EUIPO – Li Jing Zhou u Golden Rose 999 (Rappreżentazzjoni ta’ ornament)

    (Kawża T-57/16)

    (2016/C 118/40)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Chanel SAS (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentant: C. Sueiras Villalobos, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Li Jing Zhou (Fuenlabrada, Spanja) u Golden Rose 999 Srl (Ruma, l-Italja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Disinn ikkontestat ikkonċernat: disinn Komunitarju rappreżentazzjoni ta’ ornament – Disinn Komunitarju Nru 1 689 027-0001

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-18 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 2346/2014-3

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tiddikjara l-invalidità tad-disinn ikkontestat;

    tikkundanna lill-EUIPO u lil kull parti li tista tintervjeni f’dawn il-proċedimenti insostenn tad-deċiżjoni kkontestata għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament Nru 6/2002.


    Top