This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0018
Case T-18/16: Action brought on 18 January 2016 — DMC v OHIM — Etike’ International (De Giusti Orgoglio)
Kawża T-18/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2016 – DMC vs UASI – Etike’ International (De Giusti Orgoglio)
Kawża T-18/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2016 – DMC vs UASI – Etike’ International (De Giusti Orgoglio)
ĠU C 90, 7.3.2016, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 90/26 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2016 – DMC vs UASI – Etike’ International (De Giusti Orgoglio)
(Kawża T-18/16)
(2016/C 090/35)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: DMC Srl (San Vendemiano, l-Italja) (rappreżentant: B. Osti, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Etike’ International Srl (Baronissi, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “De Giusti Orgoglio”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 499 468
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 1764/2013-5
Talbiet
— |
tbiddel id-deċiżjoni kkontestata peress li hija infondata fil-fatt u fil-liġi; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż; |
— |
tordna li jiġu ppreżentati l-fajls tal-proċedimenti ta’ oppożizzojni Nru B 001757973 u tar-rikors Nru R 1764/2013-5. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |