Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0618

    Kawża T-618/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2017 – Dreimane vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament u għad-danni — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali — Kalkolu tas-snin ta’servizz pensjonabbli — Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Terminu — Inammissibbiltà manifesta”)

    ĠU C 202, 26.6.2017, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 202/19


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2017 – Dreimane vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-618/16) (1)

    ((“Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali - Kalkolu tas-snin ta’servizz pensjonabbli - Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Terminu - Inammissibbiltà manifesta”))

    (2017/C 202/33)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sandra Dreimane (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Ābiks, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiffissa l-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz pensjonabbli li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-iskema tal-pensjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq talba għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba n-nuqqas ta’ osservanza, mill-Kummissjoni, ta’ terminu raġonevoli għat-trattament ta’ din it-talba għal trasferiment.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    3)

    Sandra Dreimane għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 371, 10.10.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-48/16 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Settembru 2016).


    Top