Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0346

    Kawża T-346/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2017 – CSL Behring vs EUIPO – Vivatrex (Vivatrex) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Vivatrex — Revoka tat-trade mark preċedenti tal-Unjoni Ewropea — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 269, 14.8.2017, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/21


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2017 – CSL Behring vs EUIPO – Vivatrex (Vivatrex)

    (Kawża T-346/16) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Vivatrex - Revoka tat-trade mark preċedenti tal-Unjoni Ewropea - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

    (2017/C 269/30)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: CSL Behring (Bern, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Best, U. Pfleghar u S. Schäffner, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vivatrex GmbH (Aachen, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Stangl, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ April 2016 (Każijiet Magħquda R 1263/2015-4 u R 1221/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CSL Behring u Vivatrex.

    Dispożittiv

    1)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 305, 22.8.2016.


    Top