EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0293

Kawża T-293/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2017 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MONT) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Revoka tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti GOLD MOUNT — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

ĠU C 63, 19.2.2018, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2017 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MONT)

(Kawża T-293/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Revoka tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti GOLD MOUNT - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 063/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kaane American International Tobacco Co. Ltd. FZE, li kienet Kaane American International Tobacco Co. Ltd. (Jebel Ali, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: G. Hinarejos Mulliez u I. Valdelomar Serrano, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Global Tobacco FZCO (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: G. Hussey, solicitor u B. Brandreth, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ April 2016 (Każ R 2699/2014-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kaane American International Tobacco u Global Tobacco.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 279, 1.8.2016.


Top