This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TB0170
Case T-170/16: Order of the General Court of 11 October 2017 — Guardian Glass España, Central Vidriera v Commission (Actions for annulment — State aid — Tax advantages granted by a territorial entity within a Member State — Aid scheme declared to be incompatible with the internal market — Implementation of the decision — Obligation to examine the individual situation of the recipients — Commission’s failure to adopt a position — Act not open to challenge — Inadmissibility)
Kawża T-170/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2017 – Guardian Glass España, Central Vidriera vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Vantaġġi fiskali mogħtija minn entità territorjali ta’ Stat Membru — Skema ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern — Eżekuzzjoni tad-deċiżjoni — Obbligu ta’ verifika tas-sitwazzjoni individwali tal-benefiċjarji — Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”)

ĠU C 402, 27.11.2017, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/34 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2017 – Guardian Glass España, Central Vidriera vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-170/16) (1)
((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Vantaġġi fiskali mogħtija minn entità territorjali ta’ Stat Membru - Skema ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern - Eżekuzzjoni tad-deċiżjoni - Obbligu ta’ verifika tas-sitwazzjoni individwali tal-benefiċjarji - Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))
(2017/C 402/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Guardian Glass España, Central Vidriera, SLU (Llodio, Spanja) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd, D. Armesto Macías u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab f’dokument tal-15 ta’ Lulju 2015 intitolat “Tilwim fiskali fil-País Vasco (Álava) – Messaġġ informali dwar argumenti supplimentari għall-kompatibbiltà mal-Linji Gwida tal-1998 dwar l-għajnuna mill-Istat għal skop reġjonali”.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju ta’ Spanja. |
3) |
Guardian Glass España, Central Vidriera, SLU għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
4) |
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu marbuta mat-talba għal intervent. |