EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0101

Kawża T-101/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Klausner Holz Niedersachsen vs Il-Kummissjoni Ewropea (“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Għajnuna mill-Istat — Provvista ta’ injam — Eżami preliminari ta’ allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi fil-forma ta’ kuntratti ta’ provvista ta’ injam — Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni f’terminu raġonevoli — Inammissibbiltà manifesta”)

ĠU C 178, 6.6.2017, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Klausner Holz Niedersachsen vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-101/16) (1)

((“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Għajnuna mill-Istat - Provvista ta’ injam - Eżami preliminari ta’ allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi fil-forma ta’ kuntratti ta’ provvista ta’ injam - Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni f’terminu raġonevoli - Inammissibbiltà manifesta”))

(2017/C 178/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Klausner Holz Niedersachsen GmbH (Saalburg-Ebersdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Reich, C. Hipp u T. Ilgner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset illegalment milli tieħu deċiżjoni, f’terminu raġonevoli, fil-kuntest tal-eżami preliminari ta’ allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lir-rikorrenti fil-forma ta’ kuntratti ta’ provvista ta’ injam.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Klausner Holz Niedersachsen GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 145, 25.4.2016.


Top