EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0905

Kawża T-905/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2018 – Chefaro Ireland vs EUIPO – Laboratoires M&L (NUIT PRECIEUSE) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva NUIT PRECIEUSE — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti EAU PRECIEUSE — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

ĠU C 381, 22.10.2018, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2018 – Chefaro Ireland vs EUIPO – Laboratoires M&L (NUIT PRECIEUSE)

(Kawża T-905/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva NUIT PRECIEUSE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti EAU PRECIEUSE - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2018/C 381/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chefaro Ireland DAC (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: P. Maeyaert u J. Muyldermans, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, D. Walicka u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratoires M&L SA (Manosque, Franza) (rappreżentant: F. Cordt, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 2596/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Chefaro Ireland u Laboratoires M&L.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Chefaro Ireland DAC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 53, 20.2.2017.


Top