Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0903

    Kawża T-903/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — RE vs Il-Kummissjoni (“Data personali — Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ din id-data — Dritt ta’ aċċess għal din id-data — Regolament (KE) Nru 45/2001 — Rifjut ta’ aċċess — Rikors għal annullament — Ittra li tirreferi għal rifjut parzjali ta’ aċċess preċedenti mingħajr ma jgħaddi għal eżami mill-ġdid — Kunċett ta’ att kontestabbli fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE — Kunċett ta’ att purament konfermattiv — Applikabbiltà fir-rigward tal-aċċess għal data personali — Fatti ġodda u sostanzjali — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    ĠU C 131, 8.4.2019, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 131/40


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — RE vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-903/16) (1)

    (“Data personali - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ din id-data - Dritt ta’ aċċess għal din id-data - Regolament (KE) Nru 45/2001 - Rifjut ta’ aċċess - Rikors għal annullament - Ittra li tirreferi għal rifjut parzjali ta’ aċċess preċedenti mingħajr ma jgħaddi għal eżami mill-ġdid - Kunċett ta’ att kontestabbli fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE - Kunċett ta’ att purament konfermattiv - Applikabbiltà fir-rigward tal-aċċess għal data personali - Fatti ġodda u sostanzjali - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    (2019/C 131/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: RE (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Kranenborg u D. Nardi, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tan-nota tad-direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Ottubru 2016, li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jitlob aċċess għal ċerta data tagħha personali.

    Dispożittiv

    1)

    In-nota tad-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea, tat-12 ta’ Ottubru 2016, li tiċħad it-talba tal-21 ta’ Settembru 2016 ta’ RE li jitlob aċċess għal ċerta data personali tiegħu, hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 53, 20.2.2017.


    Top