EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0901

Kawża T-901/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2020 – Elche Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija minn Spanja lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali – Garanzija – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Benefiċjarju indirett – Imputabbiltà lill-Istat – Vantaġġ – Kriterju ta’ investitur privat”)

ĠU C 175, 25.5.2020, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2020 – Elche Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-901/16) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn Spanja lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali - Garanzija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Benefiċjarju indirett - Imputabbiltà lill-Istat - Vantaġġ - Kriterju ta’ investitur privat”)

(2020/C 175/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Elche Club de Fútbol, SAD (Elche, Spanja) (rappreżentanti: M. Segura Catalán, M. Clayton u J. Morant Vidal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. García-Valdecasas Dorrego, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) implimentata minn Spanja għal Valencia Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva, Hércules Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva u Elche Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva (ĠU 2017, L 55, p. 12).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) implimentata minn Spanja għal Valencia Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva, Hércules Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva u Elche Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva, hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil Elche Club de Fútbol, SAD.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Elche Club de Fútbol, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 53, 20.2.2017.


Top