Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0848

    Kawża T-848/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Deichmann vs EUIPO – Vans (V) “Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea V — Trade marks figurattivi internazzjonali preċedenti V — Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni ta’ trade mark preċedenti rreġistrata — Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li sar l-Artikolu 7(2)(a)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625]”

    ĠU C 72, 25.2.2019, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 72/21


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Deichmann vs EUIPO – Vans (V)

    (Kawża T-848/16) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea V - Trade marks figurattivi internazzjonali preċedenti V - Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni ta’ trade mark preċedenti rreġistrata - Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li sar l-Artikolu 7(2)(a)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625]”)

    (2019/C 72/26)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Deichmann SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u D. Hanf, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vans, Inc. (Cypress, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Hirsch, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-20 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2129/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deichmann u Vans.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2129/2015-4) hija annullata.

    2)

    L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti minn Deichmann SE.

    3)

    Vans., Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


    Top