Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0817

    Kawża T-817/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Vans vs EUIPO – Deichmann (V) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea V — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti V — Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni ta’ trade mark preċedenti — Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li sar l-Artikolu 7(2)(a)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625] — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

    ĠU C 72, 25.2.2019, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 72/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Vans vs EUIPO – Deichmann (V)

    (Kawża T-817/16) (1)

    ((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea V - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti V - Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni ta’ trade mark preċedenti - Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li sar l-Artikolu 7(2)(a)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625] - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

    (2019/C 72/25)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Vans, Inc. (Cypress, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Hirsch, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Hanne, sussegwentement A. Söder u D. Hanf, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Deichmann SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2030/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deichmann u Vans.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Vans, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


    Top