EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0788

Kawża T-788/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2018 – De Geoffroy et vs Il-Parlament (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Leave — Adozzjoni ta’ linji gwida ġodda tal-Parlament dwar il-ġestjoni tal-leave — Deċiżjonijiet individwali li jadottaw il-linji gwida l-ġodda fid-dipartimenti tal-interpretazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Interess tas-servizz — Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

ĠU C 381, 22.10.2018, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2018 – De Geoffroy et vs Il-Parlament

(Kawża T-788/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave - Adozzjoni ta’ linji gwida ġodda tal-Parlament dwar il-ġestjoni tal-leave - Deċiżjonijiet individwali li jadottaw il-linji gwida l-ġodda fid-dipartimenti tal-interpretazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Interess tas-servizz - Eċċezzjoni ta’ illegalità”))

(2018/C 381/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dominique De Geoffroy (Brussell, il-Belġju) u l-14-il rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment N. de Montigny u J.-N. Louis, sussegwentement N. de Montigny, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u L. Deneys, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tal-linji gwida tal-Parlament tal-21 ta’ Marzu 2016 dwar l-implimentazzjoni, għad-Dipartimenti ta’ Interpretazzjoni, tal-Artikolu 4(5) tar-regoli interni dwar il-ġestjoni tal-leave, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-12 ta’ April 2016 li taċċetta t-talba għal leave ta’ Françoise Joostens, iżda li tintegra l-ġranet tal-leave mitluba f’kwota ta’ tliet ijiem u nofs, it-tielet nett, tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-2 ta’ Ġunju 2016 li tirrifjuta leave mitlub minn F. Joostens u, ir-raba’ nett, tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-13 ta’ Ġunju 2016 li tirrifjuta leave mitlub minn Stéphane Grosjean.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Ġunju 2016 li tirrifjuta leave mitlub minn Stéphane Grosjean hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.


Top