Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0732

    Kawża T-732/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2020 – Valencia Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija minn Spanja lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali – Garanzija – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Vantaġġ – Impriża f’diffikultà – Kriterju ta’ investitur privat – Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà – Ammont tal-għajnuna – Benefiċjarju tal-għajnuna – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    ĠU C 175, 25.5.2020, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/8


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2020 – Valencia Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-732/16) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn Spanja lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali - Garanzija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Vantaġġ - Impriża f’diffikultà - Kriterju ta’ investitur privat - Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà - Ammont tal-għajnuna - Benefiċjarju tal-għajnuna - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    (2020/C 175/08)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Valencia Club de Fútbol, SAD (Valencia, Spanja) (rappreżentanti: J. García-Gallardo Gil-Fournier, G. Cabrera López u D. López Rus, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (belt, pajjiż) (rappreżentanti: J. García-Valdecasas Dorrego u J. Ruiz Sánchez, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) implimentata minn Spanja għal Valencia Club de Fútbol SAD, Hércules Club de Fútbol SAD u Elche Club de Fútbol SAD (ĠU 2017, L 55, p. 12).

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) implimentata minn Spanja għal Valencia Club de Fútbol SAD, Hércules Club de Fútbol SAD u Elche Club de Fútbol SAD, hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil Valencia Club de Fútbol, SAD.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Valencia Club de Fútbol, inkluż dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji quddiem il-Qorti Ġenerali.

    3)

    Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


    (1)  ĠU C 454, 5.12.2016.


    Top