Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0698

    Kawża T-698/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Trasta Komercbanka et vs BĊE (“Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Missjonijiet speċifiċi ta’ superviżjoni fdati lill-BĊE – Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu – Mewt ta’ rikorrent – Assenza parzjali ta’ lok li tingħata deċiżjoni – Kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti u tal-BĊE fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Użu ħażin ta’ poter – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    ĠU C 35, 30.1.2023, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 35/43


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Trasta Komercbanka et vs BĊE

    (Kawża T-698/16) (1)

    (“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Missjonijiet speċifiċi ta’ superviżjoni fdati lill-BĊE - Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu - Mewt ta’ rikorrent - Assenza parzjali ta’ lok li tingħata deċiżjoni - Kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti u tal-BĊE fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Użu ħażin ta’ poter - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    (2023/C 35/49)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Trasta Komercbanka AS (Riga, il-Latvja) u 6 rikorrenti oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Koupepidou, C. Hernández Saseta u A. Witte, aġenti, assistiti minn B. Schneider, avukat)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: K. Pommere u J. Davidoviča, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u A. Steiblytė, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni ECB/SSM/2016 – 529900WIP0INFDAWTJ81/2 WOANCA-2016-0005 tal-BĊE tal-11 ta’ Lulju 2016 li tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ Trasta Komercbanka għall-aċċess għall-attivitajiet ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors peress li dan ġie ppreżentat minn Igors Buimisters.

    2)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    3)

    Trasta Komercbanka AS u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness, bl-eċċezzjoni ta’ I. Buimisters, huma kkundannati għall-ispejjeż.

    4)

    I. Buimisters huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess.

    5)

    Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Latvja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


    (1)  ĠU C 441, 28.11.2016.


    Top