Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0659

    Kawża T-659/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2017– LG Electronics vs EUIPO (Second Display) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Second Display — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

    ĠU C 249, 31.7.2017, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 249/28


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2017– LG Electronics vs EUIPO (Second Display)

    (Kawża T-659/16) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Second Display - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2017/C 249/42)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 106/2016-1), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Second Display bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    LG Electronics, Inc hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


    Top