EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0570

Kawża T-570/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2017 – HF vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għal assistenza — Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal — Fastidju psikoloġiku — Article 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Terminu ta’ erba’ xhur għal risposta stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal — Deċiżjoni tal-ASTK li tiftaħ investigazzjoni amministrattiva — Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni mill-ASTK, fit-terminu għal risposta stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal, dwar ir-realtà tal-fastidju psikoloġiku allegat — Kunċett ta’ deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza — Att ineżistenti — Inammissibbiltà)

ĠU C 178, 6.6.2017, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2017 – HF vs Il-Parlament

(Kawża T-570/16) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku - Article 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Terminu ta’ erba’ xhur għal risposta stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal - Deċiżjoni tal-ASTK li tiftaħ investigazzjoni amministrattiva - Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni mill-ASTK, fit-terminu għal risposta stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal, dwar ir-realtà tal-fastidju psikoloġiku allegat - Kunċett ta’ deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza - Att ineżistenti - Inammissibbiltà))

(2017/C 178/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: HF (rappreżentant: A. Tymen, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ tal-Parlament, allegatament meħuda fil-11 ta’ April 2015, li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti fil-11 ta’ Diċembru 2014 u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati nofs l-ispejjeż sostnuti minn HF.

3)

HF għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016 (kawża rreġistrata inizjalment quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-142/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Settembru 2016).


Top