Wybierz funkcje eksperymentalne, które chcesz wypróbować

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 62016TA0328

    Kawża T-328/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Paice vs EUIPO – Blackmore (DEEP PURPLE) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali DEEP PURPLE — Trade mark preċedenti mhux irreġistrata DEEP PURPLE — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Sistema tal-azzjoni ta’ common law kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) — Assenza ta’ riskju ta’ preżentazzjoni qarrieqa”)

    ĠU C 427, 26.11.2018, str. 41—42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 427/41


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Paice vs EUIPO – Blackmore (DEEP PURPLE)

    (Kawża T-328/16) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali DEEP PURPLE - Trade mark preċedenti mhux irreġistrata DEEP PURPLE - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Sistema tal-azzjoni ta’ common law kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) - Assenza ta’ riskju ta’ preżentazzjoni qarrieqa”)

    (2018/C 427/51)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ian Paice (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Engelman, barrister, u J. Stephenson, solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Walicka, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Richard Hugh Blackmore (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Edwards-Stuart, sussegwentement minn T. Alkin, barristers)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 (Każ R 736/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn I. Paice u R.H. Blackmore.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ian Paice huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 305, 22.8.2016.


    Góra