EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0262

Kawża T-262/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2017 – Globo Media vs EUIPO – Globo Comunicação e Participações (GLOBO MEDIA) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GLOBO MEDIA — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti TV GLOBO PORTUGAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 202, 26.6.2017, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2017 – Globo Media vs EUIPO – Globo Comunicação e Participações (GLOBO MEDIA)

(Kawża T-262/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GLOBO MEDIA - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti TV GLOBO PORTUGAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 202/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Globo Media, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Estropá Navarro u J. Calderón Chavero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u B. Uriarte Valiente, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Globo Comunicação e Participações S/A (Rio de Janeiro, il-Brażil)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Marzu 2016 (Każ R 0561/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Globo Comunicação e Participações u Globo Media.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Globo Media, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


Top