Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0131

    Kawżi T-131/16 u T-263/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Il-Belġju u Magnetrol International vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna implimentata mill-Belġju — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa — Deċiżjoni fiskali bil-quddiem (tax ruling) — Eżenzjoni tal-profitti eċċessivi — Awtonomija fiskali tal-Istati Membri — Kunċett ta’ skema ta’ għajnuna — Miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni”)

    ĠU C 131, 8.4.2019, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 131/39


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Il-Belġju u Magnetrol International vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi T-131/16 u T-263/16) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna implimentata mill-Belġju - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa - Deċiżjoni fiskali bil-quddiem (tax ruling) - Eżenzjoni tal-profitti eċċessivi - Awtonomija fiskali tal-Istati Membri - Kunċett ta’ skema ta’ għajnuna - Miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni”)

    (2019/C 131/43)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent fil-Kawża T-131/16: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment C. Pochet, M. Jacobs u J.-C. Halleux, sussegwentement C. Pochet u J.-C. Halleux, aġenti, assistiti minn M. Segura Catalán u M. Clayton, avukati)

    Rikorrenti fil-Kawża T-263/16: Magnetrol International (Zele, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams u J. Bocken, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. J. Loewenthal u B. Stromsky, sussegwentement P. J. Loewenthal u F. Tomat, aġenti)

    Intervenjenti fil-Kawża T-131/16: L-Irlanda (rappreżentanti: inizjalment E. Creedon, G. Hodge u A. Joyce, sussegwentement K. Duggan, M. Browne u M. Joyce, u fl-aħħar nett M. Joyce u J. Quaney, aġenti, assistiti minn P. Gallagher, M. Collins, SC, B. Doherty u S. Kingston, barristers)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699 tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju (ĠU 2016, L 260, p. 61).

    Dispożittiv

    1)

    Il-Kawżi T-131/16 u T-263/16 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

    2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699 tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju hija annullata.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tar-Renju tal-Belġju, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji, u ta’ Magnetrol International.

    4)

    L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


    Top