Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0087

    Kawża T-87/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Eurofast vs Il-Kummissjoni (Għajnuna finanzjarja — Is – seba’ programm qafas għall – azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Konvenzjoni ASSET — Deċiżjoni ta’ rkupru permezz ta’ tpaċċija ta’ ċerti somom imħallsa wara awditu finanzjarju — Rikors għal annullament — Aspettattivi leġittimi — Klawżola ta’ arbitraġġ — Terminu għall – komunikazzjoni tar – rapport ta’ awditu — Prinċipju ta’ kontradittorju — Eliġibbiltà tal – ispejjeż — Responsabbiltà kuntrattwali)

    ĠU C 374, 6.11.2017, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 374/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Eurofast vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-87/16) (1)

    ((Għajnuna finanzjarja - Is – seba’ programm qafas għall – azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Konvenzjoni ASSET - Deċiżjoni ta’ rkupru permezz ta’ tpaċċija ta’ ċerti somom imħallsa wara awditu finanzjarju - Rikors għal annullament - Aspettattivi leġittimi - Klawżola ta’ arbitraġġ - Terminu għall – komunikazzjoni tar – rapport ta’ awditu - Prinċipju ta’ kontradittorju - Eliġibbiltà tal – ispejjeż - Responsabbiltà kuntrattwali))

    (2017/C 374/47)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Eurofast SARL (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà, S. Delaude u S. Lejeune, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2015 li tirkupra permezz ta’ tpaċċija, skont il-konklużjonijiet ta’ awditu finanzjarju, ta’ ċerti somom imħallsa lir-rikorrenti b’eżekuzzjoni tal-ftehim ta’ sussidju Nru 211625 għat-twettiq tal-proġett Asset, konkluż fil-kuntest tas-seba’ programm qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża għall-konstatazzjoni tal-ineżistenza tal-imsemmi dejn, sabiex l-ispejjeż sostnuti fl-eżekuzzjoni tal-ftehim ta’ sussidju Nru 211625 għat-twettiq tal-proġett Asset jiġu ddikkjarati eliġibbli u sabiex il-Kummissjoni tikkonferma l-leġittimità tal-finanzjament mogħti, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tħallas somma ineżekuzzjoni tal-ftehim ta’ sussidju Nru 607049 għat-twettiq tal-proġett Eksistenz u sabiex din tal-aħħar tiġi kkundanata tħallas kumpens kuntrattwali.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Eurofast SARL hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma ta’ EUR 78 380,28, li tikkorrispondi għar-rimbors tal-għajnuna finanzjarja li bbenefikat minnha abbażi tal-ftehim ta’ sussidju Nru 211625 għat-twettiq tal-proġett “Aeronautic Study on Seamless Transport”, flimkien mal-interessi moratorji ta’ 3,55 % mit-13 ta’ Jannar 2015, tnaqqis tal-ammont impaċċi, jiġifieri EUR 69 923,68 sad-data tas-17 ta’ Diċembru 2015.

    3)

    Eurofast għandha tbati, minbarra spejjeż oħra, dawk sostnuti mill-Kummissjoni, inkluż dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 136, 18.04.2016.


    Top