Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0045

Kawża T-45/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2017 – Alfonso Egüed vs EUIPO – Jackson Family Farms (BYRON) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Talba għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva BYRON — Trade mark preċedenti mhux irreġistrata BYRON — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Sistema tal-azzjoni tal-‘common law’ kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) — ‘Goodwill’ — Prova tal-kisba u tal-permanenza tad-dritt preċedenti”)

ĠU C 283, 28.8.2017, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2017 – Alfonso Egüed vs EUIPO – Jackson Family Farms (BYRON)

(Kawża T-45/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva BYRON - Trade mark preċedenti mhux irreġistrata BYRON - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Sistema tal-azzjoni tal-‘common law’ kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) - ‘Goodwill’ - Prova tal-kisba u tal-permanenza tad-dritt preċedenti”))

(2017/C 283/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nelson Alfonso Egüed (Madrid, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Jackson Family Farms LLC (Santa Rosa, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2015 (Każ R 822/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jackson Family Farms u N. Alfonso Egüed.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nelson Alfonso Egüed huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


Top