Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016FN0018

    Kawża F-18/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 251, 11.7.2016, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 251/49


    Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-18/16)

    (2016/C 251/56)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: F. Sciaudone u R. Sciaudone, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma jitqiesx li r-rikorrent jeżerċita responsabbiltajiet partikolari li jagħtu lok għall-klassifikazzjoni tiegħu fl-impjieg tat-tip ta’ “Kap ta’ Unità jew ekwivalenti” jew “Konsulent jew ekwivalenti”, skont l-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni SEC (2013) 691, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li temenda r-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-kabinetti tal-Membri tal-Kummissjoni u l-kelliema.

    Talbiet

    jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tiegħu li jitqies bħala li jeżerċita responsabbiltajiet partikolari li jagħtu lok għall-klassifikazzjoni tiegħu fl-impjieg tat-tip ta’ “Konsulent jew ekwivalenti”, skont l-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

    b’mod inċidentali, fl-assenza ta’ implementazzjoni kompleta u nondiskriminatorja tal-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, jannulla l-Komunikazzjoni tal-2013 (u l-Komunikazzjoni tal-2014 fil-parti fejn hija tirriproduċi l-Komunikazzjoni tal-2013);

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top