EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016FN0017

Kawża F-17/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 191, 30.5.2016, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/53


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-17/16)

(2016/C 191/77)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) li ma tiħux inkunsiderazzjoni t-talba mressqa tardivament, intiża għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 – 3, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni impliċita li ma tintlaqax din it-talba.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), tas-17 ta’ Awwissu 2015, indirizzata lilha b’posta elettronika, li ma tiħux inkunsiderazzjoni t-talba li hija kienet ressqet fit-13 ta’ Awwissu 2015, intiża għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni mogħtija mill-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 – 3 li hija ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti ta’ din il-kompetizzjoni;

jannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 – 3 li ma tintlaqax it-talba li hija kienet ressqet fit-13 ta’ Awwissu 2015, intiża għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni mogħtija minn dan il-Bord tal-Għażla li hija ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti ta’ din il-kompetizzjoni;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.


Top