EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016FN0015

Kawża F-15/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs SEAE

ĠU C 191, 30.5.2016, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/52


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-15/16)

(2016/C 191/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni li tiċħadilha il-permess li tippubblika artiklu, fl-assenza ta’ emenda tat-test propost.

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti talbet li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku:

jannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

jikkundanna s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għall-ispejjeż.


Top