Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0583

    Kawża C-583/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Versailles (Franza) fis-17 ta’ Novembru 2016 – Green Yellow Canet en Roussillon SNC vs Enedis, SA

    ĠU C 38, 6.2.2017, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Versailles (Franza) fis-17 ta’ Novembru 2016 – Green Yellow Canet en Roussillon SNC vs Enedis, SA

    (Kawża C-583/16)

    (2017/C 038/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour d’appel de Versailles

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Green Yellow Canet en Roussillon SNC

    Konvenuta: Enedis, SA

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-mekkaniżmu ta’ obbligu ta’ xiri tal-elettriku prodott mill-installazzjonijiet li jużaw l-enerġija tar-radjazzjoni solari bi prezz ogħla minn prezz tas-suq u li l-finanzjament tiegħu huwa sostnut mill-konsumaturi finali tal-elettriku, kif dan il-mekkaniżmu jirriżulta mid-digrieti ministerjali tal-10 ta’ Lulju 2006 (JORF Nru 171, tas-26 ta’ Lulju 2006, p. 11133) u tat-12 ta’ Jannar 2010 (JORF Nru 011, tal-14 ta’ Jannar 2010, p. 727) li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għax-xiri ta’ dan l-elettriku, moqrija flimkien mal-Liġi Nru 2000-108, tal-10 ta’ Frar 2000, dwar il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tas-servizz pubbliku tal-elettriku, id-Digriet Nru 2000-1196, tas-6 ta’ Diċembru 2000 u d-Digriet Nru 2001-410, tal-10 ta’ Mejju 2001, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat?

    2)

    U, fl-affermattiv, l-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea b’dan il-mekkanimżu jaffettwa l-validità tad-digrieti msemmija hawn fuq li jimplementaw il-miżura ta’ għajnuna kontenzjuża?


    Top