This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0535
Case C-535/16: Request for a preliminary ruling from the Tribunalul Specializat Mureș (Romania) lodged on 21 October 2016 — Michael Tibor Bachman v FAER IFN SA
Kawża C-535/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Specializat Mureș (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Ottubru 2016 – Michael Tibor Bachman vs FAER IFN SA
Kawża C-535/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Specializat Mureș (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Ottubru 2016 – Michael Tibor Bachman vs FAER IFN SA
ĠU C 38, 6.2.2017, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Specializat Mureș (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Ottubru 2016 – Michael Tibor Bachman vs FAER IFN SA
(Kawża C-535/16)
(2017/C 038/09)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Specializat Mureș
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Michael Tibor Bachman
Konvenuta: FAER IFN SA
Domanda preliminari
L-Artikolu 2[(b)] tad-Direttiva 93/13/KEE (1), li jiddefinixxi l-kunċett ta “konsumatur”, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi wkoll persuna fiżika li, wara novazzjoni, impenjat ruħha fil-konfront ta’ stabbiliment ta’ kreditu li tirrimborsa krediti inizjalment mogħtija lil kumpannija għall-finijiet tal-attività tagħha, jiġifieri investimenti fl-attività tat-trasport ta’ merkanzija bit-triq, meta l-persuna fiżika inkwistjoni ma għandhiex rabta manifesta ma’ din il-kumpannija, iżda aġixxiet b’dan il-mod għal finijiet li ma jaqgħux fl-ambitu tal-attività professjonali tagħha, minħabba r-rabtiet tagħha mal-persuna li kienet tikkontrolla l-kumpannija li bbenefikat mill-krediti inizjali kif ukoll mal-persuni li ffirmaw kuntratti anċillari għall-kuntratti ta’ kreditu inizjali (kuntratti ta’ garanzija jew ta’ garanzija immobiljari/ipoteka)?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).