This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0504
Case C-504/16: Request for a preliminary ruling from the Finanzgericht Köln (Germany) lodged on 23 September 2016 — Deister Holding AG, as full legal successor to Traxx Investments N.V. v Bundeszentralamt für Steuern
Kawża C-504/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Settembru 2016 – Deister Holding AG bħala s-suċċessur legali ġenerali tal-impriża Traxx Investments N.V. vs Bundeszentralamt für Steuern
Kawża C-504/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Settembru 2016 – Deister Holding AG bħala s-suċċessur legali ġenerali tal-impriża Traxx Investments N.V. vs Bundeszentralamt für Steuern
ĠU C 475, 19.12.2016, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 475/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Settembru 2016 – Deister Holding AG bħala s-suċċessur legali ġenerali tal-impriża Traxx Investments N.V. vs Bundeszentralamt für Steuern
(Kawża C-504/16)
(2016/C 475/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deister Holding AG bħala s-suċċessur legali ġenerali Traxx Investments N.V.
Konvenuta: Bundeszentralamt für Steuern
Domandi preliminari
I.) |
L-Artikolu 43 KE, moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE (illum l-Artikolu 49 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 54 TFUE), jipprekludi dispożizzjoni fiskali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrifjuta l-eżenzjoni ta’ ħlasijiet ta’ dividendi mit-taxxa fuq id-dħul mill-kapital lil kumpannija omm barranija li l-uniku azzjonist tagħha għandu r-residenza tiegħu fit-territorju nazzjonali, meta l-ishma f’din il-kumpannija jkunu miżmuma minn persuni li ma jkollhomx dritt għar-rimbors jew għall-eżenzjoni jekk huma jirċievu d-dħul direttament u
filwaqt li l-eżenzjoni tingħata lill-kumpanniji ommijiet stabbiliti fit-territorju nazzjonali mingħajr il-ħtieġa li l-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq jiġu osservati? |
II.) |
L-Artikolu 5(1), moqri flimkien mal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 90/435/KEE (1), jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrifjuta l-eżenzjoni ta’ ħlasijiet ta’ dividendi mit-taxxa fuq id-dħul mill-kapital lil kumpannija omm barranija li l-uniku azzjonist tagħha għandu r-residenza tiegħu fit-territorju nazzjonali, meta l-ishma f’din il-kumpannija jkunu miżmuma minn persuni li ma jkollhomx dritt għar-rimbors jew għall-eżenzjoni jekk huma jirċievu d-dħul direttament u
filwaqt li l-eżenzjoni tingħata lill-kumpanniji ommijiet stabbiliti fit-territorju nazzjonali mingħajr il-ħtieġa li l-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq jiġu osservati? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147).