Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0370

    Kawża C-370/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Novara (l-Italja) fl-4 ta’ Lulju 2016 – Bruno Dell’Acqua vs Eurocom Srl, Regione Lombardia

    ĠU C 383, 17.10.2016, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 383/2


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Novara (l-Italja) fl-4 ta’ Lulju 2016 – Bruno Dell’Acqua vs Eurocom Srl, Regione Lombardia

    (Kawża C-370/16)

    (2016/C 383/02)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Novara

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Bruno Dell’Acqua

    Konvenuti: Eurocom Srl, Regione Lombardia

    Domandi preliminari

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qed tiġi mistoqsija jekk l-awtorizzazzjoni minn qabel skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tal-“Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea” (ĠU C 310, p. 261, 16.12.2004,) hijiex neċessarja jew le meta, fil-proċeduri ta’ infurzar f’idejn parti terza, il-flus maqbuda ma għadhomx f’idejn il-Kummissjoni Ewropea, iżda diġà ġew ittrasferiti lill-aġenziji ta’ pagamenti nazzjonali.


    Top