Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0369

Kawża C-369/16 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2016 mill-Irlanda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fit-22 ta’ April 2016 fil-Kawżi magħquda T-50/06 RENV II u T-69/09 RENV II: Aughinish Alumina Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 371, 10.10.2016, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/2


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2016 mill-Irlanda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fit-22 ta’ April 2016 fil-Kawżi magħquda T-50/06 RENV II u T-69/09 RENV II: Aughinish Alumina Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-369/16 P)

(2016/C 371/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, T. Joyce, aġenti, P. McGarry, Senior Counsel)

Partijiet oħra fil-proċedura: Aughinish Alumina Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza

tannulla d-Deċiżjoni (1)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż

Aggravji u argumenti prinċipali

L-Irlanda tippreżenta erba’ aggravji f’ dan l-appell:

a)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija legalment żbaljata sa fejn sostniet li l-prinċipju ta’ ċertezza legali ma kienx japplika u/jew ma kienx ta’ benefiċċju għall-Irlanda u Aughinish Alumina Ltd, minkejja d-dewmien inskużabbli tal-Kummissjoni sabiex waslet għad-deċiżjoni kkontestata.

b)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, minkejja l-konstatazzjoni li d-dewmien fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni kien bla ġustifikazzjoni u inskużabbli.

c)

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonkludiet li l-għajnuna inkwistjoni “ikkorrispondiet ma’ skema ta’ għajnuna” kif iddefinita fl-Artikolu 1(d) tar-Regolament tal-Kunsill 659/1999 (2); barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonkludiet li l-perijodu ta’ limitazzjoni fl-Artikolu 15 tar-Regolament 659/1999 beda jiddekorri mid-data ta’ kull importazzjoni ta’ żjut minerali minn Aughinish Alumina Ltd.

d)

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta rrifjutat li tilqa’ r-rikors fuq il-bażi li l-għajnuna tista’ tiġi ddefinita bħala għajnuna eżistenti qabel l-adeżjoni.


(1)  2006/323/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala fjuwil għall-produzzjoni ta’ alumina fir-reġjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardenja, implementata rispettivament minn Franza, l-Irlanda u l-Italja [innotifikata taħt id-dokument numru C (2005) 4436], ĠU L 119. p. 12.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.


Top