Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0354

    Kawża C-354/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht Verden (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Ute Kleinsteuber vs Mars GmbH

    ĠU C 350, 26.9.2016, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 350/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht Verden (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Ute Kleinsteuber vs Mars GmbH

    (Kawża C-354/16)

    (2016/C 350/18)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Arbeitsgericht Verden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ute Kleinsteuber

    Konvenuta: Mars GmbH

    Domandi preliminari

    1.

    a)

    Id-dritt tal-Unjoni applikabbli, partikolarment il-Klawżola 4(1) u (2) tal-ftehim qafas dwar xogħol part-time li jinsab fl-Anness tad-Direttiva 97/81 (1), fil-verżjoni tiegħu kif emendat bid-Direttiva 98/23 (2) (iktar ’il quddiem il-“ftehim qafas”), u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/54 (3), moqri flimkien mad-Direttiva 2000/78 (4), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet legali jew użanzi nazzjonali li, għall-kalkolu tal-ammont ta’ pensjoni tal-irtirar ta’ impriża, jagħmlu distinzjoni bejn id-dħul mix-xogħol li huwa iktar baxx mil-limitu tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-pensjoni tal-irtirar obbligatorja u d-dħul mix-xogħol li jeċċedi dan il-limitu (“formula ddifferenzjata għall-kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar”), b’mod li ma jieħdux inkunsiderazzjoni d-dħul minn impieg part-time billi jikkalkolaw l-ewwel id-dħul minn impieg full-time korrispondenti, jiddeterminaw il-proporzjon ’il fuq u ’l isfel mil-limitu tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet u sussegwentement japplikaw dan il-proporzjon fuq id-dħul imnaqqas tal-impieg part-time?

    Jekk id-domanda 1.a) titlob risposta negattiva:

    b)

    Id-dritt tal-Unjoni applikabbli, partikolarment il-Klawżola 4(1) u (2) tal-ftehim qafas u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/54/KE, moqrti flimkien mad-Direttiva 2000/78/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet legali jew użanzi nazzjonali li, għall-kalkolu tal-ammont ta’ pensjoni tal-irtirar ta’ impriża, jagħmlu distinzjoni bejn id-dħul mix-xogħol li huwa iktar baxx mil-limitu tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-pensjoni tal-irtirar obbligatorja u d-dħul mix-xogħol li jeċċedi dan il-limitu (“formula ddifferenzjata għall-kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar”), u, fil-każ ta’ persuna impjegata li ħadmet parzjalment full-time u parzjalment part-time, ma jiħdux inkunsiderazzjoni perijodi speċifiċi (pereżempju snin kalendarji differenti), iżda jikkalkolaw rata ta’ attività unika għaż-żmien kollu tar-relazzjoni tal-impieg u japplikaw il-formula ddifferenzjata għall-kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar biss fir-rigward tar-remunerazzjoni medja li tirriżulta?

    2.

    Id-dritt tal-Unjoni applikabbli, partikolarment il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, li s-sinjifikat konkret tagħha jinsab speċifikat fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fid-Direttiva 2000/78/KE, partikolarment fl-Artikoli 1, 2 u 6 ta’ din tal-aħħar, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet legali jew użanzi nazzjonali li jipprevedu pensjoni tal-irtirar ta’ impriża li l-ammont tagħha jikkorrispondi għar-relazzjoni bejn l-anzjanità u t-tul taż-żmien bejn id-dħul fl-impriża u l-età normali tal-irtirar stabbilita mill-assigurazzjoni tal-pensjoni tal-irtirar obbligatorja (kalkolu skont il-prinċipju pro rata temporis), u għalhekk b’limitu ta’ snin li jistgħu jingħaddu, bil-konsegwenza li l-persuni impjegati li jkunu kisbu l-anzjanità tagħhom meta kienu iżgħar jirċievu pensjoni tal-irtirar ta’ impriża iktar baxxa minn dik li jirċievu l-kollegi tagħhom li jkunu kisbu l-anzjanità tagħhom meta kienu ikbar fl-età, minkejja li l-perijodu ta’ servizz mal-impriża taż-żewġ gruppi ta’ impjegati jkun l-istess?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267).

    (2)  Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE, tas-7 ta’ April 1998, li testendi d-Direttiva 97/81/KE dwar il-ftehim strutturali fuq ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, CEEP u L-ETUC lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 278).

    (3)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, p. 23).

    (4)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


    Top